Illum previous editions

ILLUM 25 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1055417

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

Sports 27 Il-Ħadd 25 ta' Novembru 2018 | illum s-soċjetà Maltija mxiet 'il quddiem. Uħud huma tal-fehma li l-futbol ma jgħoddx għan-nisa minħabba s-saħħa li jirrikjedi iżda huwa addattat biss għall-irġiel. Int kif tirribatti dan l-argument? Dan huwa argument totalment żbaljat u redikolu li lanqas biss huwa dehen li taħli l-ħin tirribbattih. Il-futbol tan-nisa f 'ħafna pajjiżi, speċjalment l-Amerika, il-Kanada, il- Germanja u l-pajjiżi Skandinavi huwa popolari mmens. Taqbel mal-format preżenti tal- Kampjonat tan-Nisa? Il-fatt li għadna m'aħniex nilagħbu il-kampjonat tan-nisa U/19 fuq livell ta' 11-a-side qed iżżommna lura ħafna fil-qasam internazzjonali. Il-plejers tagħna ta' taħt id-19-il sena jilagħbu 11-a-side biss mal-iskwadri nazzjonali tal-MFA, sakemm ma jkunux jilagħbu mal-ewwel 11 mal-klabb tagħhom. Din is-sitwazzjoni trid tiġi solvuta malajr kemm jista' jkun. Ma tħossx li hemm qabża kbira bejn timijiet bħalma huma Hibernians, Birkirkara u Mġarr United u timijiet oħra? Iva, iżda mhux sitwazzjoni li faċli tiġi rranġata f 'pajjiż żgħir bħal Malta, fejn il-plejers femminili għadhom f 'numru relattivament żgħir. Kif tara li qiegħed jiżviluppa l-livell tal-futbol tan-nisa f 'Malta? Imxejna 'l quddiem ħafna u wasalna f 'livell tajjeb meta tqabbel ma' pajjiżi tal-livell tagħna, iżda d-differenza mal-pajjiżi ta' livell għoli għadha kbira. Fil-futbol femminili meta mqabbel mal-futbol maskili, għad hemm differenza enormi bejn il-pajjiżi l-kbar fosthom il-Ġermanja, l-Ingilterra, Franza, pajjiżi Skandinavi, Stati Uniti u Ġappun u l-bqija tal-oħrajn. Kif tħossok bħala kowċ raġel tmexxi tim femminili? Inħossni onorat li mmexxi tim femminili. Hija esperjenza sabiħa ħafna, speċjalment fuq livell uman. In-nisa jgħallmuk tagħti kas iktar il- lat uman tar-relazzjoni bejn il-kowċ u l-plejers, iżjed mil-lat tekniku. Il-plejers femminili huma ħafna iżjed disposti li jagħmlu sagrifiċċji biex jilagħbu l-logħba li tant iħobbu. Tinsiex li l-plejers tagħna ma jitħallsux u għalhekk verament jilagħbu l-logħba sempliċiment għax iħobbu jilagħbu l-futbol. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek? Għalissa, nemmen li nista' nagħti kontribut kbir lill-futbol tan-nisa, għax dejjem qed nikseb iżjed esperjenza f 'dan is-settur. M'għandi l-ebda ħsieb li nfittex toroq oħra. Lest li nibqa' naħdem bis-sħiħ f 'dan is-settur biex dan tal-aħħar ikompli jimxi 'l quddiem. Iżjed minn hekk, għalissa mhux fil-ħsibijiet tiegħi. Il-futbol tan-nisa huwa l-preżent u l-futur tiegħi. Il-futur ma jista' jarah ħadd iżda kuntent ħafna kif jien. U lejn dak tal-futbol tan-nisa f 'Malta u tat-tim nazzjonali tan-nisa kemm dak tal-kbar kif ukoll dak ta' taħt id- 19-il sena mmexxi minnek? Qed nara futur sabiħ. Irridu nkomplu naħdmu bla heda biex inkabbru l-bażi tal-plejers femminili li jilagħbu din il-logħba tant maħbuba fid-dinja kollha. Iżjed ma jkollna bniet jilagħbu, iżjed nibnu futur sabiħ. Mingħajr din it-triq, ma nistgħux nimxu 'l quddiem. Irridu l-għajnuna ta' kulħadd, speċjalment ta' dawk li jħobbu l-futbol. Għandna numru sabiħ ta' żgħażagħ tfajliet li qed jimmaturaw u lesti li jibdew jagħmlu parti mit-tim nazzjonali tal-kbar. Bħalissa, it-tim tal-kbar għaddej minn proċess ta' rinnovament li miexi b'mod sod. It-tim tal-kbar illum huwa kompost minn ħafna tfajliet ta' età żgħira u dan jawgura tajjeb għall-futur. Barra minn hekk, l-iskwadri ta' taħt id-19, is-17 u l-15 'il sena kollha jħaddnu plejers ta' ċertu potenzjal tajjeb. Il-messaġġ tiegħek lejn it-tfajliet u l-ġenituri tagħhom, sabiex jitħajru jibdew jilagħbu din il-logħba tant sabiħa... Il-logħba tal-futbol, kif jaf kulħadd, hija l-iżjed sport popolari mad-dinja kollha. Ir-raġuni hi li hija logħba semplici li jista' jilgħabha kulħadd. Ħasra għalhekk li ħafna tfajliet m' għandhomx l-opportunità li jilagħbu din il-logħba. Illum anke pajjiżi Musulmani qegħdin jorganizzaw timijiet tal-futbol tan-nisa u għalhekk ma narax għalfejn pajjiżna m'għandux ikollu ħafna iżjed bniet jilagħbu l-futbol. Nappella lill-ġenituri li għandhom il-bniet, li ma jostakolawx lit-tfal tagħhom, jekk dawn tal-aħħar juru interess li jilagħbu din il-logħba. Illum hawn ħafna opportunitajiet li qabel ma kellniex. fil-futbol daqskemm qiegħed bħalissa' Huwa kowċ tal-ogħla livell u li bħalissa qed imexxi b'suċċess lit-tim nazzjonali Malti ta' taħt id-19-il sena tan-nisa. Huwa wkoll l-assistent kowċ tat-tim nazzjonali 'A' tan-Nisa Kien assistent kowċ u kowċ ta' Floriana FC. Beda jilgħab il-futbol ħdais-Sliema Sports Association (SSA) u ftit wara ma' Lija Athletic t- Tieni Diviżjoni. Wara Lija, ingħaqad mal-Melita FC, fejn hemmhekk kien plejer, membru tal-kumitat, segretarju u wara beda jikkowċja wkoll. FRANK SCHEMBRI Ritratt: James Bianchi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 November 2018