Illum previous editions

ILLUM 2 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1057931

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

11 Aħbarijiet Il-Ħadd 2 ta' Diċembru 2018 | illum ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Dejjem b'xi spiża! Il-Maltin l-inqas li jsibu ruħhom daharhom mal-ħajt …minkejja dan kważi nofs is-'single parents' se jsibuha diffi ċli biex ilaħħqu ma' spiża li ġiet fuqhom għall-għarrieda LISPEJJEŻ ħadd ma jieħu gost bihom aktar u aktar jekk dawn issibhom ma' wiċċek mingħajr ma tkun qed tistenniehom. Madanakollu, stħarriġ tal-Eurostat wera li l-Maltin huma l-aktar li kapaċi jindirizzaw dawn l-ispejjeż meta jiġu fuqhom bħal sajjetta fil- bnazzi. Skont dan l-istħarriġ, sas-sena li għaddiet Malta kellha l-inqas rata ta' persuni li ma għandhomx biżżejjed flus biex iħallsu dawn l-ispejjeż mhux previsti. Fil-fatt huma 15.8% tal-Maltin li ma jifilħux ilaħħqu ma' dawn l-ispejjeż, jiġifieri inqas minn persuna minn kull erba' Maltin. F'sena, din ir-rata naqset b'5% hekk kif fl-2016 kienu 20.8% tal-Maltin li ma setgħux jifilħu għall-ispejjeż mhux previsti. Għalkemm dan xorta waħda ma jfissirx li kollox huwa ward u żahar, għax ifisser li għad hemm persuni li mhux ilaħħqu, ir-rata hija ferm inqas mill-medja Ewropea ta' 33.9%. Tant hu hekk, li skont l-istħarriġ, persuna minn kull tlieta fil-Latvja, fil- Kroazja u fil-Bulgarija ma jifilħux għal dawn l-ispejjeż li ma jkunux qed jistennew. F'dawn it-tliet pajjiżi, aktar min- nofs il-popolazzjoni ssib ruħha f 'diffikultà meta ffaċċjata b'dawn l-ispejjeż li ma tkunx ippreparata għalihom. Is-'single parents' l-aktar li jbatu… Madanakollu, jekk inti 'single parent' li tgħix waħdek bit-tfal, x'aktarx qed tgħid li dan l-istħarriġ ma jagħmilx sens għalik. Skont il-Eurostat, kważi nofs dawk il-Maltin li jgħixu waħedhom (49.5%) u li għandhom it-tfal għadhom qed jgħixu magħhom se jsibuha ħafna aktar diffiċli mill-bqija tal-Maltin biex ilaħħqu mal-ispejjeż li għalihom ma jkunux ippjanaw. Fil-fatt din hija l-aktar kategorija ta' Maltin li jsibu ruħhom daharhom mal-ħajt meta ffaċċjati b'dawn l-ispejjeż iżda r-rata hija pjuttost għolja fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea (medja ta' 56.9%) tant li dik ta' Malta xorta waħda tibqa' fost ir-rati l-aktar baxxi. U l-familji b'pensjonant/a x'jagħmlu? Kieku wieħed kellu jżomm mal-medja Ewropea, jirriżulta wkoll li l-inqas li jsibu ruħhom f 'diffikultà quddiem dawn l-ispejjeż huma dawk il- familji magħmula minn żewġ persuni adulti li minn tal-inqas wieħed minnhom huwa pensjonant, jiġifieri għandu 65 sena jew aktar. F'Malta huma 15.1% ta' dawn it-tip tal-familji li ma jistgħux iħallsu għal dawn l-ispejjeż għall- għarrieda. Għalkemm ir-rata tidher baxxa, il- familji b'pensjonant/a ta' disa' pajjiżi oħra, jiġifieri l-Iżvezja, il-Finlandja, l-Awstrija, l-Irlanda, il- Lussemburgu, il-Ġermanja, id-Danimarka, il-Belġju u r-Renju Unit, imorru aħjar. U kif imorru dawk il- familji li għadhom qed irabbu? Interessanti li dawk il-familji magħmula minn żewġ adulti li għandhom tifel wieħed jew tifla waħda, isibuha aktar diffiċli minn dawk li għandhom żewġt itfal dipendenti fuqhom. Skont l-istħarriġ, 14.3% ta' dawk li jrabbu tifel jew tifla waħda ma jifilħux iħallsu jekk spiża tiġi fuqhom ħabta u sabta filwaqt li huma 12.9% ta' dawk li jrabbu żewġt itfal li jsibu ruħhom daharhom mal- ħajt. Hemm ħafna raġunijiet li jistgħu jispjegaw dan. Jista' jkun li l-koppji li jiddeċiedu li jkollhom aktar minn wild wieħed ikunu jistgħu aktar finanzjarjament. Il-folja tinqaleb għal dawk li għandhom tlett itfal jew iktar. 26.5% ta' dawn il-ġenituri ma jistgħux iħallsu jekk iffaċjati bi spiża li għaliha ma jkunux ippjanaw. U jekk nibqa' 'single' aħjar? Għal min jippreferi jibqa' 'single' ħalli ma jkollux għal min jaħseb, ma jfissirx li għalih kollox se jkun ward u żahar. Skont il-Eurostat, 21.4% ta' dawk li huma 'single' u li jgħixu waħedhom se jsibuha diffiċli jħallsu għal spiża li ma rawx ġejja. Anke jekk is-'singles' f 'Malta jmorru aħjar minn dawk ta' pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea, ir-rata hija ftit għolja meta wieħed iqabbilha ma' dik ta' 13% għal dawk li jgħixu ma' persuna oħra. Intant, skont ċifri riċenti tal-Eurostat, fl-2017 f 'Malta kien hawn 83,000 persuna fir-riskju tal-faqar jew inkella l-esklużjoni soċjali. Filwaqt li fl-aħħar 10 snin, fl-Unjoni Ewropea kien hemm tnaqqis fl-għadd ta' persuni f 'riskju ta' faqar, f 'Malta dawn żdiedu b'2,000 persuna.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 December 2018