Illum previous editions

ILLUM 2 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1057931

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

Sports 30 illum | Il-Ħadd 2 ta' Diċembru 2018 Kif tħajjart tibda tipprattika d-duathlon? Jiena minn dejjem kont imħajjar li nipprattika xi forma ta' multisport għaliex nemmen li fl-isport huwa importanti ħafna li tvarja u mhux tiffoka biss fuq dixxiplina waħda. Id-duathlon f 'dan l-aspett tista' tgħid li jirrappreżenta l-ewwel stadju fil-multisport fejn għandek varjazzjoni ta' żewġ dixxiplini, ir- rota u l-ġiri. U għaliex għażilt id-duathlon u mhux it-triathlon? Ma naħsibx li huwa korrett li tgħid li din kienet għażla bejn id-duathlon u t-triathlon. Kif għedt qabel jiena nikkunsidra d-duathlon bħala l-ewwel stadju li jwassalni għat-triathlon. Qed nara li d-duathlon isservini bħala l-ewwel pass biex imbagħad nimxi għat- triathlon. Tikkunsidra li fil-futur tibda tipprattika wkoll it-triathlon? Għalkemm huma żewġ dixxiplini differenti, jiena qiegħed nara d-duathlon bħala l-ewwel pass li ser iwassalni biex nipprattika t-triathlon. U l-fatt li nikkompeti fit-triathlon ma jfissirx li ser nieqaf mid-duathlon għax nemmen li ż-żewġ sports jikkumplimentaw lil xulxin u wieħed ma jeskludix lil ieħor. Bdejt minn xi sport ieħor? Oriġinarjament, jiena bdejt bħala futboler. Infatti kont nilgħab mal-klabb tax-Xgħajra iżda wara ftit iddeċidejt li nibda nipprattika l-isport tal-ġiri fit-tul u bdejt nieħu sehem lokalment f 'tiġrijiet fid-distanzi ta' ħames u għaxar kilometri u fin-nofs maratona kemm lokalment kif ukoll barra minn Malta. X'tinvolvi eżatt id-duathlon u din kif tiddiversifika mit-triathlon? Id-differenza hija waħda sempliċi ħafna. Id-duathlon jinvolvi tliet stadji - wieħed ta' ġiri, it-tieni stadju fuq ir-rota u t-tielet u l-aħħar stadju ta' ġiri. It-triathlon ukoll jinvolvi tliet stadji imma kull stadju huwa dixxiplina differenti. L-ewwel stadju jinvolvi dejjem għawma filwaqt li t-tieni wieħed huwa stadju fuq ir-rota u t-tielet u l-aħħar stadju huwa ġirja. Ilkoll nafu kemm id-duathlon huwa sport li fih trid tkun aġli immens. X'tikkummenta? Peress li tnejn minn tliet stadji tad-duathlon huma ġiri, huwa loġiku li l-fattur prinċipali f 'dan l-isport huwa l-aġilità tal-atleta. Biss ma nixtieqx innaqqas mill- importanza tar-rota. Nemmen li inutli li tkun aġli imma mbagħad ma tkunx b'saħħtek fl-istadju tar- rota għax dak li tkun iggwadanjajt fl-ewwel stadju, titilfu. F'Ġunju li għadda, irbaħt il- Kampjonati Nazzjonali tad- Duathlon. Tina iktar dettalji. Li kieku xi ħadd kellu jgħidli li kelli nirbaħ il-Kampjonati Nazzjonali tad-Duathlon sitt xhur biss wara li bdejt nittrenja fil-multisport żgur li ma kontx nemmnu. Meta sena ilu ddeċidejt li nidħol fid-dinja tal-multisport, l-intenzjoni tiegħi kienet li nkattar iktar l-esperjenzi tiegħi fi sports differenti u mhux biss nibqa' ffukat fuq il-ġiri fit-tul. Kemm l-għawm kif ukoll ir-rota huma żewġ dixxiplini li jinvolvu ħafna teknika li jiena ma kellix. Barra minn hekk kull tiġrija li tgħaqqad iktar minn dixxiplina waħda tirrikjedi sforz akbar kemm fiżikament u anke mentalment. Mill-bidu nett tlabt l-għajnuna ta' Fabio Spiteri li huwa kowċ u atleta sinonimu ħafna fix-xena tal-multisport lokali. Fabio kien strumentali biex jurini kif il- metodi tat-taħriġ tiegħi jridu jinbidlu sabiex jakkomodaw it- tliet dixxiplini. Riċentament ukoll aċċettajt li ningħaqad u nibda nirrappreżenta lill-klabb lokali ta' Birkirkara St Joseph fil-multisport. Għalkemm kif għidt qabel dħalt fil-multipsort mingħajr l-ebda prożunzjoni bħal kull ħaġa oħra li nagħmel, dħalt b'ruħi u b'ġismi. Kont nittrenja prattikament seba' darbiet fil-ġimgħa u ġieli anke darbtejn kuljum. Il-maġġoranza tat-taħriġ tiegħi jsir jew kmieni filgħodu inkella tard filgħaxija. Dan ovvjament minħabba l-impenji tax-xogħol tiegħi. Ovvjament mhux kollox kien ward u żahar, infatti sofrejt minn injury f 'saqajja li ġegħlitni nimmodifika l-pjan tat-taħriġ tiegħi. L-għan prinċipali tiegħi f 'din it-tiġrija kien li nġib iktar esperjenza f 'dan l-isport u nitgħallem minn atleti veterani lokali li kienu ser jipparteċipaw. Għalkemm kont kunfidenti mill- ġirja tiegħi, kont naf li fl-istadju tar-rota kont ser nibda żvantaġġjat. Infatti, għalkemm wara l-ewwel stadju tat-tiġrija kelli vantaġġ komdu, dan il-vantaġġ tnaqqar kompletament mill-atleta Michael Bongailas fl-istadju tar-rota li meritatament beda t-tielet stadju fl-ewwel post. Biss kif bdejt l-aħħar stadju, dak ta' erba' kilometri ġiri ndunajt mill-ewwel li l-iżvantaġġ li kelli ma kienx daqshekk kbir u ħassejt li kelli biżżejjed enerġija biex nirkupra kif fil-fatt għamilt. L-emozzjonijiet li ħassejt meta spiċċajt it-tiġrija ma nistax niddeskrivihom. Kuntent li rbaħt imma konxju li għad baqagħli ħafna u ħafna x'nitgħallem kemm fejn tiġi teknika u tqassim ta' enerġija kif ukoll fil-fażi tat-tranżizzjoni minn dixxiplina għall-oħra. Nistqarr imma li dan is-suċċess jimlieni b'kuraġġ biex inkompli nagħmel mill-aħjar li nista' biex nimxi 'l quddiem fil-multisport. Inħares 'il quddiem b'ħerqa u entużjażmu li niddefendi t-titlu li rbaħt fil-jiem li għaddew, is-sena d-dieħla u forsi 'l quddiem naqta' xewqti li nirrappreżenta lil pajjiżi barra minn Malta. Nhar il-Ħadd 14 t'Ottubru li għadda, ħadt sehem għall-ewwel darba fit-tellieqa nazzjonali tat- triathlon fuq distanza Olimpika organizzata mill-Federazzjoni Nazzjonali Tat-Triathlon. Tina iktar dettalji. Din it-tellieqa tirrappreżenta l-aħħar avveniment uffiċjali fl- istaġun lokali tal-multisport. Minħabba l-maltemp li laqat il- gżejjer Maltin fi tmiem il-ġimgħa, l-organizzaturi ħallew għall-aħħar id-deċiżjoni fuq il-format li kellha tieħu t-tiġrija. Infatti kien hemm il-possibiltà li t-tiġrija minn triathlon tiġi mmodifikata għal duathlon jew saħansitra aquathlon skont iċ-ċirkostanzi. Dan kollu żied l-inċertezza u awtomatikament żdiedet it-tensjoni. Fl-aħħar, ittieħdet id-deċiżjoni li t-tiġrija ssir kif kien ippjanat oriġinarjament jiġifieri għawma ta' 1.5km, 40 kilometru fuq ir-rota u ġirja ta' għaxar kilometri. L-ewwel stadju jiġifieri l-għawma bdiet fit-tmienja neqsin kwart. Il-baħar ma kienx perfett u l-imbatt għamel dan l-istadju iktar delikat speċjalment għalija li l-għawm huwa l-punt debboli tiegħi. Biss kont kuntent li mqabbel ma' għawmiet fuq distanzi iktar qosra irnexxieli nżomm ritmu tajjeb ħafna u ma tantx tlift ħin mill-grupp ta' quddiem. Dħalt fiż- żona tat-tranżizzjoni flimkien ma' sitt atleti oħra u bdejt it-tieni stadju li kien jikkonsisti f '40 kilometru fuq ir-rota fuq ċirkwit matul il-kosta ta' 'Id-duathlon jgħin mhux biss biex issaħħaħ l-aspett Cristian Antony Muscat Jesrit Angel Camilleri - atleta tad-duathlon tal-ogħla livell f 'pajjiżna u li f 'Ġunju li għadda rebaħ il- Kampjonati Nazzjonali tad-Duathlon waqt li f 'Ottubru ħa sehem għall-ewwel darba t-tellieqa nazzjonali tat-triathlon fuq distanza Olimpika organizzata mill-Federazzjoni Nazzjonali Tat-Triathlon. "Il-parir tiegħi huwa wieħed sempliċi. Taqtgħux qalbkom. Dejjem fittxu l-għajnuna ta' kowċis u klabbs lokali li jistgħu jiggwidawkom f 'dan l-isport vera sabiħ." "Li kieku xi ħadd kellu jgħidli li kelli nirbaħ il- Kampjonati Nazzjonali tad-Duathlon sitt xhur biss wara li bdejt nittrenja fil-multisport żgur li ma kontx nemmnu. Meta sena ilu ddeċidejt li nidħol fid-dinja tal-multisport, l-intenzjoni tiegħi kienet li nkattar iktar l-esperjenzi tiegħi fi sports differenti u mhux biss nibqa' ffukat fuq il-ġiri fit-tul. Kemm l-għawm kif ukoll ir-rota huma żewġ dixxiplini li jinvolvu ħafna teknika li jiena ma kellix."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 December 2018