Illum previous editions

ILLUM 9 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1060187

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

14 Aħbarijiet illum | Il-Ħadd 9 ta' Diċembru 2018 WARA nuqqas ta' 50 sena, dalgħodu se tinħareġ f 'pellegrinaġġ l-istatwa tal-Immakulata Kunċizzjoni meqjuma fil-Knisja Arċipretali ta' Ħal Tarxien. Din l-okkażjoni qed issir hekk kif il-Fratellanza tal- Immakulata Kunċizzjoni, imwaqqfa fil-Knisja Parrokjali Tarxiniża, qed tiċċelebra t-350 anniversarju mit-twaqqif tagħha Dalgħodu, il-programm jibda fid-9:30am, b'konċelebrazzjoni solenni mmexxija mill-Arċipriet Dun Christopher Ellul u wara joħroġ il-pellegrinaġġ bl- istatwa tal-Immakulata. L-istatwa tal- Kunċizzjoni nħadmet fil-kartapesta mill- istatwarju ċelebri Carlo Darmanin fl-1870. Din saret fi żmien il-Kappillan Dun Paolo Lauron, li matul il- parrokat tiegħu, il- Parroċċa Tarxiniża stagħniet bil-bosta, hekk kif inġiebu minn Ruma l-kwadru titulari tal-Lunzjata u s-sotto- kwadru tal-Madonna tad-Duttrina fl-1874, xogħol Pietro Gagliardi. Il-Fratellanza tal- Kunċizzjoni ta' Ħal Tarxien twaqqfet mill- Isqof Lorenzo Astiria fit-22 ta' Settembru, 1668. Madanakollu, l-oriġini tal-Fratellanza jsibu l-għeruq tagħhom madwar ħamsin sena qabel, meta twaqqfet il-Kongregazzjoni tal- Kunċizzjoni fit-8 ta' Ottubru, 1622. Iżda, id-devozzjoni lejn il-Kunċizzjoni tmur lura ferm aktar fis-snin. Fil-fatt waqt li kienet għadha qed tinbena l-Knisja Parrokkjali, ċertu Dijonisju Calleja ngħata reskritt fl-1617 mill-Isqof Cagliares biex ikollu kappella ddedikata lill- Kunċizzjoni fil-Knisja Parrokkjali l-ġdida. Pellegrinaġġ storiku bl-istatwa tal-Immakulata Kunċizzjoni f 'Ħal Tarxien Pożizzjoni tista' tkun kofinanzjata minn Fondi Ewropej/Fondi Bilaterali PROGRAMME OFFICER (EU FUNDS) Qed jintlaqgħu applikazzjonijiet għall-pożizzjonijiet ta' Programme Officer (EU Funds) fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza. L-applikant għandu jkun fil-pussess ta' kwalifika ta' Baċellerat rikonoxxuta f'Livell 6 tal-MQF f'oqsma rilevanti flimkien ma' sena esperjenza ta' xogħol rilevanti. Id-dmirijiet jistgħu jkunu relatati ma' kwistjonijiet ta' policy li jikkonċernaw fondi tal-UE u/jew l-aspetti operattivi u ta' l-implimentazzjoni tat-tali fondi. L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu lid-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi, Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza, 31B, Tal-Pilar, Marsamxett Road, Valletta, VLT 1850 sa mhux aktar tard minn ia tat 17 ta' Diċ 1 Aktar dettalji jistgħu jiġu pprovduti mill-Gazzetta tal-Gvern ppublikata fit-30 ta' Novembru 2018. L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu mniżżla minn: https://publicservice.gov.mt/en/people/Pages/PeopleResourcingandCompl iance/FormsandTemplates.aspx ILKUMPANIJA BIM Ltd fetħet il-fabbrika ġdida tagħha wara li ġiet irrilokata mill-Marsa hekk kif beda l-proġett tal-Marsa Junction. It-twaqqigħ tal-fabbriki kien jifforma l-ewwel fażi tal- proġett. Fid-diskors tal- inawgurazzjoni tal-fabbrika ġdida, il-Ministru għall- Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar Chris Cardona qal kif permezz ta' dan l-investiment il-kumpanija se tkun kapaċi ttejjeb il- kompettitività tagħha u toħloq aktar opportunitajiet ta' mpjieg. L-impjant il- ġdid jaħdem biss bil-gass u għalhekk huwa ferm aktar nadif u b'rata ta' emissjonijiet li hija baxxa ħafna. Dan huwa f 'kuntrast qawwi mal-fabbrika fil-Marsa li kienet taħdem bid-diesel u għalhekk kienet tikkawża ħafna dħaħen u tniġġis fl-arja. "Dan huwa pass importanti għaliex huma sforzi bħal dawn li qed jgħinuna ntejbu l-kwalità tal-arja speċjalment fin-naħa ta' isfel ta' Malta. Grazzi għall-avvanzi fit-teknoloġija u anke għaliex qed nippruvaw inrawmu kultura tan-negozju li hija aktar sostenibbli, qed naraw aktar kumpaniji jimplimentaw sistemi favur l-ambjent." Il-Ministru Cardona fakkar li s-settur privat li kien fiċ-ċentru tas-suċċess ekonomiku li qed jesperjenza pajjiżna, u f 'dawn l-aħħar snin qed ikompli jinvesti iktar minn qatt qabel. "Aħna bħala Gvern nistgħu biss niffaċilitaw il-ħajja tan- negozji u nappoġjawhom fejn nistgħu meta jaslu għall-pass li jmiss għan-negozju tagħhom", saħaq il-ministru. BIM Ltd tiftaħ fabbrika ġdida ġewwa Ħal Far

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 December 2018