Illum previous editions

ILLUM 9 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1060187

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 9 ta' Diċembru 2018 "Il-konsum tal-alkoħol u d-drogi ma jawgurawx ISSAĦĦA mentali hi prijorità, il-kuntentizza essenzjali, il-kura personali tagħna neċessità. Żgur mhux forsi li s-saħħa mentali għandha tingħata l-istess attenzjoni u dedikazzjoni daqs is-saħħa fiżika tagħna. Għalhekk din il-ġimgħa, fl-Università Antika tal-Belt Valletta, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas- Saħħa Chris Fearne, nieda konsultazzjoni pubblika dwar l-Istrateġija tas-Saħħa Mentali Nazzjonali, 2020-2030. F'din l-okkażżjoni, l-ewwel waħda f 'dan il-qasam partikolari, ġie ppubblikat dokument li mistenni jservi bħala qafas għal diskussjoni u kunsiderazzjonijiet fuq dawn il-materji importanti għall- benesseri tas-soċjetà. Fid-dawl ta' dan kollu, din il-gazzetta tat ħarsa lejn dan id-dokument rigoruż li jiġbor ġewwa fih mal-75 proposta. X'se jiġri minn Monti Karmeli? Monti Karmeli fetaħ il-bibien tiegħu fl-1861 dak iż-żmien meqjus bħala faċilità avvanzata fejn tidħol kura ta' saħħa mentali. Iżda llum il-ġurnata, dan l-Isptar sikwit jkun fiċ- ċentru ta' kritika, kemm minħabba l-istigma li toħnoq lil din il-faċilità kif ukoll minħabba n-nuqqas ta' infrastruttura adegwata. Apparti minn hekk, waqt id-diskors tiegħu din il-ġimgħa, il-Ministru Fearne sostna li," għalkemm mhuwiex post sabiħ xorta waħda għandna bżonnu, minħabba l-fatt li hemm diversi pazjenti li ilhom hemm snin u għalhekk diffiċli li noħorġuhom minn hemm." Allura x'qed jingħad f 'dan id- dokument rigward l-Isptar Monti Karmeli. • Se tkompli l-ħidma sabiex jiġu rilokati persuni minn ġo dan l-isptar f 'faċilitajiet oħra. • L-Isptar se jkun riabilitat f 'faċilità li tieħu ħsieb l-aktar nies anzjani u nies li għandhom bżonn attenzjoni medja. • Se jieħu ħsieb ukoll nies li jibatu minn problema ta' saħħa mentali akuta, però li għandhom bżonn aktar appoġġ qabel ma jintbagħtu fiċ-ċentri tal-komunità. • Parti żgħira minn Monte Karmeli se tiġi żviluppata biex tieħu ħsieb pazjenti li jbatu minn problemi ta' saħħa mentali relatati mal- użu tad-droga. • Se jsir eżerċizzju ta' 're branding' biex tinqered l-istigma assoċjata ma' dan l-Isptar. Is-saħħa mentali integrata fuq il-post tax-xogħol Dan id-dokument jittratta wkoll problemi ta' saħħa mentali li jiskattaw fuq il-post tax- xogħol. Għalhekk, fost l-oħrajn l-istrateġija nazzjonali qiegħda tagħmel dawn il-proposti: • L-implimentazzjoni ta' inizjattivi bl-għan li jonqos l-istress fuq il-post tax- xogħol. • Jibda jiġi provdut servizz ta' 'counselling' fuq il-post tax-xogħol. • Il-post tax-xogħol għandu jkun aktar involut fl- identifikazzjoni bikrija, riferiment u appoġġ għal nies għaddejjin minn problemi ta' saħħa mentali. B'mod partikolari għal dawk barranin li jaf jagħti l-każ li ma jkollhomx l-appoġġ tal-familja. Inqas stress u aktar eżerċizzju fiżiku għall-istudenti Id-dokument aċċena wkoll għar-relazzjoni bejn l-istituzzjonijiet edukattivi tal- pajjiż u s-saħħa mentali. Skont dan id-dokument, jeħtieġ li jkun l-istudenti jkollhom relazzjoni tajba mal-għalliema, mal- ġenituri u l-istudenti sħabhom filwaqt li jkollhom trobbija tajba għall-żvilupp ta' mġiba soċjalment pożittiva. Għalhekk, fost l-oħrajn l-istrateġija nazzjonali qiegħda tagħmel dawn il-proposti: • Tkompli r-riforma fis- sistema edukattiva bl-għan li jonqos l-istress u l-problemi ta' ansjetà relatati mal- eżamijiet u l-istudenti. • Tkun imħeġġa aktar diskussjoni relatata mas- saħħa mentali fil-lezzjonijiet tal-PSCD. • Jiġi provdut taħriġ għall-edukaturi sabiex ikunu aktar imħarrġa biex jirrikonoxxu tibdil fl-imġiba tat-tfal. • Jiġu provduti programmi varji ta' promozzjoni fl-iskejjel inkluż l-identifikazzjoni bikrija ta' problemi ta' saħħa mentali. • Jiżdied il-ħin allokat għall- eżerċizzju fiżiku. Is-solitudini, l-anzjani u s-saħħa mentali Id-dokument isemmi t-tħassib tiegħu dwar il-prevalenza tad-dipressjoni u s-solitudni fl-anzjani. Dan isemmi kif il- kommunitajiet lokali u l-NGOs varji se jkunu strumentali sabiex jiġi żviluppat trattament aħjar biex jikumbatti l-problemi ta' saħħa mentali fl-anzjani. Għalhekk, fost l-oħrajn l-istrateġija nazzjonali qiegħda tagħmel dawn il-proposti: • Jibda jiġi provdut taħriġ lit- tobba u infermiera dwar kif jistgħu jintergraw l-għajnuna psikjatrika mas-servizzi ta' kura ġenerali. • Jitnieda studju fuq ix-xejriet tas-solitudni fl-anzjani. • Jiżdiedu ċ-ċentri tal-anzjani li fihom isiru diversi attivitajiet li jippromovu interazzjoni soċjali u attivitajiet li jtejbu s-saħħa mentali u dik fiżika. Alkoħol, drogi u s-saħħa mentali Id-dokument jgħid li l-konsum tal-alkoħol u d-drogi partikolarment miż-żgħażagħ ma jawgurawx tajjeb għall-futur tas-saħħa mentali f 'pajjiżna. Apparti minn dan, skont statistika separata tal-EHIS (European Health Interview Survey), fl-2017, kwart tal- pazjenti kollha li ddaħħlu Vakanza PROJECT PROMOTER (Permess ta' Jobsplus Nru: 583/2018) Bħala parti mill-proġett 820451 Prepare the Ground for Economic Independence, inħolqot vakanza għall-pożizzjoni ta' Project Promoter, fi ħdan il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal- Ugwaljanza (NCPE). Din il-vakanza hija ekwivalenti għal Skala ta' Salarju 7 tas-Servizz Pubbliku. Din il-pożizzjoni tingħata b'kuntratt definit fuq bażi full-time (li jiskadi f'Awwissu 2020) fejn il-persuna magħżula tkun responsabbli ta' għadd ta' attivitajiet relatati mal-proġett, fosthom: - li tiffaċilita l-komunikazzjoni ġenerali tal-Proġett u l-attivitajiet ta' PR; - li tkun responsabbli mill-kampanja onlajn, torganizza u tieħu ħsieb it-twettiq t' attivtajiet fuq barra, tippubblika artikli u tipparteċipa fi programmi fuq il-midja skond il-bżonn; u - li toħloq għarfien dwar l-attivitajiet ta' dan il-proġett u li tqajjem interess dwaru fost il-gruppi li jridu jintlaħqu. Il-Project Promoter għandu/ha jkollu/ha: Jew lawrja post-graduate (Masters) relevanti; jew kwalifika rikonoxxuta xierqa komparabbli flimkien ma' sena esperjenza f'xogħol relevanti f'immaniġġjar ta' proġett tal-UE Jew first degree; jew kwalifika rikonoxxuta xierqa komparabbli flimkien ma' 3 snin esperjenza f'xogħol relevanti, fejn sena minnhom trid tkun f'xogħol f'immaniġġjar ta' proġett tal-UE Il-kandidati għandhom ikollhom degree f'wieħed minn dawn is-suġġetti: Soċjoloġija / Psikoloġija / Antropoloġija / Public Policy / Social Policy / Kummerċ / Liġi / Studji Ewropej / Komunikazzjoni / Studji Internazzjonali / Social Work. Il-kandidati għandhom ikollhom ħila li jaħdmu f'tim, ikollhom għarfien tajjeb tal-qasam tal-ugwaljanza, ikunu jafu jużaw sew il-kompjuter u kapaċi jużaw sew l- applikazzjonijiet kollha tal-Microsoft Office. Huwa essenzjali li l-kandidati jkollhom kapaċitajiet tajba ta' komunikazzjoni, inkluż kitba eċċellenti tal-Malti u tal-Ingliż. Esperjenza / għarfien fl-Accounts, Management u Kuntratti Pubbliċi tal-Gvern huma meqjusa bħala vantaġġ. Dawk kollha interessati għandhom jibagħtu l-ittra tagħhom, flimkien ma' CV dettaljat, lid-Direttur Eżekuttiv tal-NCPE sa mhux aktar tard minn nhar l-Ġimgħa 21 ta' Diċembru 2018. Applikazzjonijiet li jaslu wara din id-data ma jiġux ikkunsidrati. NCPE Dar Gattard, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda ĦMR 9010 Tel: 2295 7850 E-mail: equality@gov.mt Web: www.equality.gov.mt Programm Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza (2014-2020) Proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropeja Rata ta' ko-finanzjament: 80% fondi Ewropej; 20% fondi Nazzjonali lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter Din il-ġimgħa tħabbret l-ewwel Strateġija Nazzjonali tas-Saħħa Mentali. L-ILLUM tagħti ħarsa lejha, lejn dak propost mill-Ministeru tas-Saħħa.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 December 2018