Illum previous editions

ILLUM 9 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1060187

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

Sports 31 Il-Ħadd 9 ta' Diċembru 2018 | illum kieku mhux għax għandi s-sapport massimu mill-familja, żgur li dan kien ikun aktar impossibli. Taħseb illi l-moħħ jilgħab parti importanti sabiex tirnexxi f 'dan l-isport? Lydan Debono u Clint Azzopardi –Iva, speċjalment f 'dan l-isport. Tista' tgħid li jekk ma jkollokx 'mindset' b'saħħitha ma tistax tirnexxi fuq livell internazzjonali. Meta tkun qed tilgħab jibdew għaddejjin ħafna ħsibijiet negattivi minn ġo moħħok u trid tkun kapaċi teliminahom biex tkun tista' toħroġ il-potenzjal kollu tiegħek. Kif qed taraw il-futur tal-blackball f 'pajjiżna? Hawn żgħażagħ tajbin telgħin bħalissa? Lydan Debonu u Clint Azzopardi - Futur f 'pajjiżna għal-logħba tal- blackball nemmnu li hu sabiħ. Filwaqt li għall-futur fejn tidħol kompetizzjoni internazzjonali, nistgħu nassigurawk li huwa sabiħ ħafna. Rigward iż-żgħażagħ, iva għandna żgħażagħ telgħin tajbin ħafna fosthom tajjeb li ngħidu li għandna żagħżugħ minnhom li jismu Leon Azzopardi li diġà kiseb suċċess bir-rebħ ta' Kampjonati Ewropej fost unuri oħra internazzjonali li kisbu l-U/18 u 23's matul dawn is-snin. Min huwa l-aqwa plejer fid-dinja tal-eight-ball bħalissa? Lydan Debono - Fil-mument nemmen li huwa Scott Gillespie mill- Iskozja li rebaħ diversi tournaments matul din is-sena. Clint Azzopardi - Naħseb li l-aqwa plejer tal-mument huwa Scott Gillespie tal-Iskozja, fejn apparti li għadu kif rebaħ żewġ tournaments tal-plejers professjonali, kompla jimpressjona fil-kampjonati tad- dinja preżenti meta għadu kif rebaħ it-titlu ta' champion tad-dinja individwalment. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek f 'dan l-isport? Lydan Debono- Ngħid għalija, il-futur tiegħi f 'dan l-isport huwa li nixtieq nitla' għal tournaments li jsiru barra minn Malta li jsiru mill-International Pool Association magħrufa aħjar bħala IPA. L-għan ikun li taqleb għal status professjonali biex b'hekk ikollok ċans iżjed għal prize money għoli filwaqt li tiġġieled biex tirbaħ titli ewlenin mal-aqwa plejers fid-dinja. Però, biex tagħmel dan mhux faċli għaliex jiswewk ħafna flus biex titla'. Għalhekk, mingħajr għajnuna finanzjarja kemm mill- Gvern jew minn xi sponsor li jkun jemmen fik huwa diffiċli. Nixtieqkom tgħaddu l-aħħar messaġġ lil dawk iż-żgħażagħ illi qed jaqraw din l-intervista. Lydan Debonu u Clint Azzopardi - Iva, lil dawk iż-żgħażagħ kollha nixtiequ ngħidulhom tiqfux tippruvaw tagħmlu dak kollu li intom tixtiequ li xi darba tagħmlu. Sakemm tibqgħu tippruvaw dejjem jibqa' ċans li dak li tixtiequ tagħmlu jsir realtà, iżda jekk taqtgħu qalbkom żgur li dak is-suċċess li tixtiequ tiksbu ma jsirx realtà. Kunu dedikati, emmnu fikom infuskom fejn ma tafux saqsu, agħtu każ lil min irid jgħallimkom, irrispetaw lill-avversarji tagħkom, tibżgħux mill-isfidi, kunu dixxiplinati u dedikati, u kunu ppreparati għall-ostakli li tistgħu tiffaċċjaw fil-ħajja. Ħa ssibu lil min jipprova jagħmililkom diffiċli u jidħilkom f 'wiċċkom u waqt li jagħmel dan, ikollu siequ maħruga 'l barra biex itik gambetta u jitfak għal wiċċek. Però, taqtgħux qalbkom tridu tkunu suldati taghkom infuskom u taqtgġu qalbkom qatt u jekk xi ħadd ikollu bżonn tal-għajnuna f 'dan ir-rigward aħna dejjem qegħdin hawn lesti għad-dispożizzjoni tagħkom kollha! L-aħħar u mhux l-inqas nixtiequ nirringrazzjaw lil Malta Eight Ball Federation ta' dak kollu li tagħmel kif ukoll lill-familjari tagħna tas- sapport kontinwu li jagħtuna għaliex mingħajr dan ma nkunux nistgħu nipprattikaw dan l-isport. unur kbir kemm għalina kif ukoll ghal pajjiżna' Huma ċ-Champions tal-Blackball l-kategorija Doubles tal-irġiel. Rebħu l-Kampjonati tad-Dinja li saru f 'Birdlington -Ingilterra. Huma rebħu l-nali kontra l-Irlanda ta' Fuq bl-iskor ta' 3-0. LYDAN DEBONO U CLINT AZZOPARDI Ritratt: James Bianchi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 December 2018