Illum previous editions

ILLUM 9 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1060187

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

5 Aħbarijiet Il-Ħadd 9 ta' Diċembru 2018 | illum jawgurawx tajjeb għall-futur tas-saħħa mentali" Monte Carmeli għamlu dan minħabba problemi mentali relatati ma' droga. Filwaqt li kważi wieħed minn kull tliet pazjent li daħħal f 'dan l-Isptar kontra l-volontà tiegħu, kellu inqas minn 30 sena. Ir-rapport jenfasizza l-bżonn, li niggwidaw liż-żagħżagħ 'il bogħod mill-abbuż ta' dawn is-sustanzi. Apparti minn dan id-diżordni assoċjati ma' dan l-abbuż għandhom ikunu meqjusa bħala kundizzjonijiet kroniċi bħal oħrajn u mhux falliment morali jew kriminali. • Jiġi adottat qafas regolatorju li jimminimizza l-konsum tal-alkoħol u d-drogi. • Jiġi provdut appoġġ għal żgħażagħ li jinsabu maqbudin fi ċrieki vizzjużi ta' abbuż minn sustanzi. Kura fil-komunitajiet madwar Malta u Għawdex Id-dokument qed jipproponi li l-kura tas-saħħa mentali timxi lil hinn mill-Isptar u tibda ssir ġewwa kliniċi tal-komunità. Din it-tranżizzjoni, se tkun pjanata madwar iċ-ċentri tal-komunità kollha f 'Malta u Għawdex u kull ċentru se jkollu tip responsabbli mis-servizzi kollha tar-reġjun inkluż kura urġenti. Kull tim mistenni jkollu minn tal-inqas żewġ psikjatri, psikologi, infermiera, 'social workers' u psiko-terapisti. Għalhekk, fost l-oħrajn l-istrateġija nazzjonali qiegħda tagħmel dawn il- proposti: • Jitwaqqfu faċilitajiet ta' kliniċi fil-komunità fosthom fiċ-ċentru ta' Raħal Ġdid u ieħor fit- Tramuntana ta' Malta • Jitwaqqfu erba' timijiet multi-dixxiplinarji biex jaħdmu f 'dawl il-kliniċi komunitarji. • Jiġi provdut inċentiv u taħriġ lit-tobba kemm fis-settur privat kif ukoll fis-settur pubbliku biex ikunu huma li jagħmlu l-ewwel kuntatt ma' persuni li jesperjenzaw kundizzjonijiet ta' saħħa mentali. Sptar psikjatriku ġdid biswit l-Isptar Mater Dei Skont id-dokument, l-Isptar Monti Karmeli m'għadux adegwat sabiex joffri kura psikoloġika akuta. Għalhekk diġà beda x-xogħol fuq sptar ġdid li se jkun qed jipprovdi trattament u kura akuta fuq il- kampus tal-Isptar Mater Dei. • Tinqered l-istigma assoċjata ma' ċertu faċilitajiet • Tibda tiġi provduta kura f 'ambjent estetikament sabiħ u wieħed li jirrispetta d-dinjità u l-privatezza tal- pazjent. • Jinbena sptar ġdid ta' 120 sodda fuq il-kampus ta' Mater Dei. • Jitwaqqaf qafas li jkun jista' jipprovdi terapija multi- dixxiplinarja Bżonn kbir ta' ħaddiema fil- qasam tas-saħħa mentali Id-dokument jagħmilha ċara li sabiex tiġi provduta kura tajba hemm bżonn ta' aktar ħaddiema f 'dan il-qasam. Ir-rapport jgħid ukoll li waħda mill-isfidi kbar wara l-implimentazzjoni ta' timijiet multi-dixxiplinarji hi n-nuqqas ta' ħaddiema f 'kull livell ta' dan is-settur. Għalhekk, fost l-oħrajn l-istrateġija nazzjonali qiegħda tagħmel dawn il-proposti: • Jiġi mrawwem il- kunċett ta' edukazzjoni interprofessjonali • Jitfassal studju bl-għan li jinħoloq pjan li jittratta u jżommu professjonisti jaħdmu mas- settur pubbliku u l-NGO's • Jibda jiġi provdut servizz aċċessibbli u kunfidenzjali lill-ħaddiema f 'dan is- settur bl-għan li jiġi evitat 'burnout'.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 December 2018