Illum previous editions

ILLUM 9 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1060187

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 Minn Albert Gauci Cunningham u Yendrick Cioffi ANA Gomes, il-Membru Parlamentari Ewropew li ġiet Malta diversi drabi bħala parti minn delegazzjoni li investigat is-saltna tad-dritt f 'Malta, fetħet il-kanuni kontra l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia. Dan wara li kien żvelat illi l-allegat involviment tiegħu f 'xibka ta' prostituzzjoni qed tkun investigata. Gomes, li f 'Malta kienet tkun akkumpanjata mill-MEP tal-PN David Casa, mhux biss esiġiet li Delia jirreżenja imma akkużatu illi kemm idum fil-kariga se jkun qed jimmina l-missjoni ta' dawk li qed jaħdmu kontra l-korruzzjoni. Aktar minn hekk Gomes implikat li l-fatt li Delia baqa' fil-kariga tissuġġerixxi li hu ried jimmina l-investigazzjoni tal-awtoritajiet u ma jħallihomx iwettqu l-investigazzjoni b'mod estensiv. Gomes kienet qed twieġeb mistoqsijiet tal-gazzetta ILLUM mibgħutin lilha aktar kmieni din il-ġimgħa wara li nhar il-Ħadd li għadda l-gazzetta The Sunday Times żvelat kif il-Pulizija qed jinvestigaw l-allegat involviment tal-Kap tal-Oppożizzjoni f 'xibka ta' prostituzzjoni f 'Soho, liema allegazzjonijiet saru minn Daphne Caruana Galizia. Fil-qosor hija kienet allegat illi żewġt aħwa Maltin Eucharist u Emanuel Bajada kienu qed imexxu burdell f 'Soho, Londra u l-flus li kienu qed jagħmlu mill-kirjiet ta' appartamenti, hi kienet allegat, Eucharist kien qed jitfagħhom f 'kont f 'Jersey, proprjetà ta' Adrian Delia. Skont Caruana Galizia l-kont kien miftuħ espliċitament biex minnu jgħaddu dawn il-flus għall-għan ta' ħasil. Il-gazzetta ILLUM staqsiet lil Gomes żewġ mistoqsijiet. 'Adrian Delia għandu jirreżenja jew għandu jistenna l-eżitu tal-investigazzjoni?' u 'Taħseb li Delia allura qed jimmina l-ġlieda kontra l-korruzzjoni?' Gomes sostniet li Delia għandu jirreżenja. "Il- kredibilità ta' politiku tesiġi li kull persuna li tkun taħt suspetti serji għandha tirriżenja, kemm jekk mill-Gvern jew mill-partit/parlament sakemm l-investigazzjoni tistabbilixxi l-verità u r-responsabilità individwali (tal-akkużat)," sostniet Gomes. Insistiet illi din tmur oltrè mill-unur personali, f 'dan il-każ ta' Delia u hija wkoll dwar "il- preservazzjoni tal-integrità tal- politika f 'għajnejn iċ-ċittadini." Għall-mistoqsija dwar il-ġlieda tal-korruzzjoni Gomes qalet illi Delia qiegħed jimminaha, qabel imbagħad għamlet alegazzjonijiet pjuttost serji fil-konfront tiegħu. Hi qalet li Delia ilu jimmina l-ġlieda kontra l-korruzzjoni "minn meta ħa t-tmexxija tal-partit sal-aħħar żviluppi politiċi." Fakkret illi Daphne Caruana Galizia esponiet dokumenti li hi qalet illi kienu "suspettużi" dwaru. "Persuna diċenti, wara li jkunu marbutin miegħu suspetti serji, bħalma għandu suspetti serji fuqu Delia, ma jesponix lill- partit tiegħu stess għal problemi tas-sitwazzjoni tiegħu," insistiet Gomes mal-ILLUM qabel kompliet bl-aktar akkuża serja. "Li fittex l-ogħla pożizzjoni fil- partit, minkejja l-allegazzjonijiet fuqu, ma tissuġerixxix biss li injora l-konsegwenzi li dawn se jġibu fuq il-partit u l-pajjiż, imma wkoll ħeġġa li jibqa' fil-poter (għax li tmexxi l-partit tal-oppożizzjoni huwa poter) biex ma jħallix lill-awtoritajiet jagħmlu investigazzjoni estensiva u kif suppost." F'dan il-punt Gomes qabblet lil Delia mal-Gvern li jmexxi Joseph Muscat u qalet lil din il-gazzetta illi Delia qed iġib ruħu bħall-Gvern. Hija qalet illi hekk kif Delia jirrifjuta li jitlaq jkun, "sfortunatament qed jagħmel bħall-Gvern li qed imexxi l-pajjiż bil-Prim Ministru jaqbeż għal nies bħal Konrad Mizzi, Keith Schembri u Neville Gafà. Hija ddeskriviet lil dawn it- tlieta bħala 'kriminali'. It-talba ta' Gomes tiġi wara talba għar-riżenja ta' Adrian Delia mill-Occupy Justice , għaqda ta' nisa illi jgħidu li qed jiġġieldu biex issir ġustizzja ma' Daphne Caruana Galizia. Fost dawk li jipparteċipaw u jagħtu daqqa ta' id lil Occupy Justice hemm (jew kien hemm) is-sieħba ta' Simon Busuttil, Kristina Chetcuti. Delia bħala reazzjoni għall- istorja ta' nhar il-Ħadd li għadda sostna li jsibha stramba illi qed tkun investigata r-rabta tiegħu max-xibka ta' prostituzzjoni u sadinattant il-Pulizija għadha ma bagħtitx għalih. Nhar il-Ħadd li għadda l-gazzetta The Sunday Times żvelat illi rapport tal-FIAU dwar l-allegata xibka ta' prostituzzjoni u l-allegati rabtiet ma' Delia permezz ta' dan il-kont, għadda lill-Pulizija f 'Marzu li għadda. L-aħħar li ġiet Malta Gomes kien f 'għeluq is-sena mill- assasinju ta' Daphne Caruana Galizia. Dakinhar kienet tat diskors li għalih kienet ingħatat 'standing ovation' mill-MEP David Casa u l-eks PM u eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Lawrence Gonzi. Fid-diskors kienet ikkritikat diversi kuntratti tal-Gvern, fosthom dak mogħti lil Vitals Global Healthcare. Ara wkoll paġna 19 illum | Il-Ħadd 9 ta' Diċembru 2018 Aħbarijiet Gomes timplika li Delia baqa' fil-poter biex jimmina l-investigazzjonijiet fuqu Vakanza KOORDINATUR TA' PROĠETT (Permess ta' Jobsplus Nru: 582/2018) Bħala parti mill-proġett 820451 Prepare the Ground for Economic Independence, inħolqot vakanza għall-pożizzjoni ta' Koordinatur ta' Proġett, fi ħdan il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal- Ugwaljanza (NCPE). Din il-vakanza hija ekwivalenti għal Skala ta' Salarju 7 tas-Servizz Pubbliku. Din il-pożizzjoni tingħata b'kuntratt definit fuq bażi full-time (li jiskadi f'Awwissu 2020) fejn il-persuna magħżula tkun responsabbli ta' għadd ta' attivitajiet relatati mal-proġett, fosthom: - li ġġorr responsabbilità sħiħa tal-ippjanar, koordinazzjoni, implimentazzjoni u amministrazzjoni tal- proġett mill-bidu sat-tmiem tiegħu; - li tkun responsabbli għall-iskrutinju finanzjarju ta' kull pagament, procurement u monitoraġġ tal- proġett; u - li żżomm kuntatt mas-service providers u li tassigura li x-xogħol jitlesta fil-ħin u jkun ta' livell għoli. Il-Koordinatur ta' Proġett għandu/ha jkollu/ha: Jew lawrja post-graduate (Masters) relevanti; jew kwalifika rikonoxxuta xierqa komparabbli flimkien ma' sena esperjenza f'xogħol relevanti f'immaniġġjar ta' proġett tal-UE Jew first degree; jew kwalifika rikonoxxuta xierqa komparabbli flimkien ma' 3 snin esperjenza f'xogħol relevanti, fejn sena minnhom trid tkun f'xogħol f'immaniġġjar ta' proġett tal-UE Il-kandidati għandhom ikollhom degree f'wieħed minn dawn is-suġġetti: Soċjoloġija / Psikoloġija / Antropoloġija / Public Policy / Social Policy / Kummerċ / Liġi / Studji Ewropej / Komunikazzjoni / Studji Internazzjonali / Social Work. Il-kandidati għandhom ikollhom ħila li jaħdmu f'tim, ikollhom għarfien tajjeb tal-qasam tal-ugwaljanza, ikunu jafu jużaw sew il-kompjuter u kapaċi jużaw sew l- applikazzjonijiet kollha tal-Microsoft Office. Huwa essenzjali li l-kandidati jkollhom kapaċitajiet tajba ta' komunikazzjoni, inkluż kitba eċċellenti tal-Malti u tal-Ingliż. Esperjenza / għarfien fl-Accounts, Management u Kuntratti Pubbliċi tal-Gvern huma meqjusa bħala vantaġġ. Dawk kollha interessati għandhom jibagħtu l-ittra tagħhom, flimkien ma' CV dettaljat, lid-Direttur Eżekuttiv tal-NCPE sa mhux aktar tard minn nhar l-Ġimgħa 21 ta' Diċembru 2018. Applikazzjonijiet li jaslu wara din id-data ma jiġux ikkunsidrati. NCPE Dar Gattard, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda ĦMR 9010 Tel: 2295 7850 E-mail: equality@gov.mt Web: www.equality.gov.mt Programm Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza (2014-2020) Proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropeja Rata ta' ko-finanzjament: 80% fondi Ewropej; 20% fondi Nazzjonali Ana Gomes twieġeb lill-gazzetta ILLUM u tinsisti li Delia għandu jirreżenja, takkużah li qed jimmina l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u tgħid illi l-ħeġġa biex jibqa' Kap tista' tissuġġerixxi li qed jipprova jimmina investigazzjoni estensiva fuqu... Gomes ħdejn David Casa f 'waħda miż-żjarat tad-delegazzjoni dwar is-saltna tad-dritt Adrian Delia

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 December 2018