Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1060187
12 Intervista illum | Il-Ħadd 9 ta' Diċembru 2018 Dar Papa Franġisku titma' madwar " Hawnhekk dierenti. Hawnhekk in-nies jiakru x'jisimni." Din il-frażi ħarġet minn fomm raġel li sab ambjent ta' familja f 'Dar Papa Franġisku, l-ewwel xelter ta' emerġenza li nfetaħ f 'Malta f 'Lulju tal-2016. Ta' kuljum din id-dar toffri ikel f 'nofsinhar li min ma jistax ikollu platt sħun u sodda, lil min filgħaxija jsib ruħu jdur fit-toroq mingħajr saqaf fuq rasu. Xi ftit jew wisq, anke għax il-ħafna sejrin tajjeb, il-familji huma komdi u n-negozji qed ibigħu, naljenaw lilna nfusna u naħsbu li din ir-realtà, almenu f 'pajjiżna, ma teżistix. Vera li l-istatistiċi jgħidu iswed fuq l-abjad li l-ekonomija sejra tajjeb, iżda dan ma jfissirx li kulħadd isib l-ikel lest jew is-sodda mifruxa meta jiġi biex jorqod. Din il-ġimgħa, il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Ernest Cherrett u Ian Galea, li jmexxu dan ix-xelter ta' emerġenza għall-irġiel miftuħ mill-Fondazzjoni Dar il-Hena li hija mwaqqfa mill- Gvern, il-Caritas u l-Alfred Mizzi Foundation. L-istess fondazzjoni, fl-istess triq, għandha wkoll Dar Maria Dolores, xelter ta' emerġenza għan-nisa. Bdejt billi staqsejt lil Cherrett kemm imorru nies għall-ikel. Wieġeb li bejn wieħed u ieħor, Dar Papa Franġisku tipprovdi ikel, mit-Tnejn sal-Ħadd lil madwar 40 persuna kuljum. In-numru mhuwiex wieħed żgħir, anke għax dan huwa xelter ta' emerġenza, jiġifieri n-nies li jirrikorru għall- għajnuna jinbidlu tista' tgħid kuljum. Madanakollu, hemm oħrajn li jmorru regolarment għall- ikel f 'Dar Papa Franġisku, mhux għax ma għandhomx flus, imma għax dawn il-persuni ma għandhom lil ħadd ma' min jiftħu qalbhom jew jgħidu kelma. Kien għalhekk li għażilt li niftaħ dan l-artiklu b'din il- kwotazzjoni, għax Dar Papa Franġisku tiftaħ idha wkoll għal dawk li l-faqar tagħhom ma jitkejjilx bl-istatistika. "Mhuwiex numru żgħir l-għadd ta' dawn il-persuni li jiġu jieklu biex isibu ma' min jgħidu kelma," qalilna Cherrett. "Dan ukoll huwa faqar. Is-solitudni tista' tieklok, toqtlok, tkissirlek moħħok. Dan il-faqar ma jagħmilx ħoss. Qed niftakar f 'raġel partikolari li għalih aħna l-familja tiegħu. Jaf li hawn se jiġi, se jsib min ikellmu u min jgħinu fl- affarijiet ta' kuljum." Cherrett u Galea ma waqfux hemm. Saħqu li minn dak li jaraw kuljum f 'Dar Papa Franġisku, jikkonkludu li dejjem qed jikber in-numru ta' persuni li jħossuhom waħedhom u li ma għandhom lil ħadd fuq min iduru. "Is-soċjetà tagħna, tant hija aljenata, tant hija mgħaġġla, li qed iżżidhom lil dawn in-nies." Kien hawn li Cherrett irrefera għall-kliem ta' dak ir-raġel, li kien iħossu tajjeb f 'Dar Papa Franġisku, sempliċiment għax in-nies isejħulu b'ismu. "Dak il-ħin ixxukkjani. Urini li barra minn dawn il-ħitan, huwa minsi. Id-dinja, lil dan ir- raġel, insietu." Iżda dawn ikunu biss anzjani? Mhux kollha. Spjegaw kif uħud minn dawn ikunu rġiel, li ġeneralment ikollhom bejn il-25 u l-55 sena, għalkemm l-etajiet ivarjaw minn xahar għal xahar. 'Jiġu għandna nies minn kull klassi soċjali' Iżda apparti dawn, persuni oħra li jmorru għall-ikel f 'Dar Papa Franġisku huma batuti finanzjarjament. "Ikun hemm minnhom li għandhom dħul baxx u ma jistgħux ilaħħqu, oħrajn li minħabba kundizzjoni mentali ma jistgħux iżommu impjieg fiss, oħrajn li jkunu vittma ta' xi vizzju bħad- droga u l-logħob u realtajiet oħra," kompla jispjega Cherrett. Ikun hemm min, forsi anke min qed jaqra din l-intervista, li mill-ewwel jipponta subgħajh u jgħid li dawn ikunu nies bla skola, minn klassi soċjali baxxa, ġejjin minn xi familja mħarbta jew saħansitra joqogħdu f 'xi lokalità partikolari. Min jaħseb hekk sejjer żbaljat. F'Dar Papa Franġisku jmorru nies ta' kull età, b'kull livell ta' edukazzjoni u minn kull klassi soċjali. "Ikollna firxa sħiħa. Ma nistax insemmi età jew inkella xi parti tas-soċjetà. Ikollna wkoll nies li kienu stabbli, kellhom xogħol, paga tajba iżda minħabba l-vizzju tal-logħob, jispiċċaw jitilfu kollox," qalilna Cherrett. "L-ikla ta' Dar Papa Franġisku qed tiġbor nies flimkien imma hija l-metafora ta' xi jfisser il- faqar. Kif tiftaħha se ssib kategoriji differenti," wieġeb Ian Galea. "Fl-ikla se ssib il-faċċati kollha tal-faqar. Aħna norbtu l-faqar biss mal-flus. Imma f 'din l-ikla se ssib ukoll is-solitudni, nies li qatgħu qalbhom u ħafna oħrajn," kompla Cherrett. Iżda kif spjegat aktar 'il fuq, dan ix-xelter ta' emerġenza joffri wkoll sodda lil min filgħaxija jsib ruħu bla saqaf fuq rasu. Jissejjaħ xelter ta' emerġenza għax Dar Papa Franġisku ma toffrix residenza permanenti kif jagħmlu djar oħra, fosthom Reach, li hija dar residenzjali tal-istess fondazzjoni. Qabel infetħu dawn ix- xelters, persuna li kienet issib ruħha bla saqaf fuq rasha, kellha tmur għall- kenn fl-għassa tal-Pulizija, tistenna li jisbaħ biex tingħata l-għajnuna minn xi orgnanizzazzjoni jew entità. Issa, l-istess persuna tista' tmur u għal dak il-lejl isib kenn f 'Dar Papa Franġisku. Anke jekk dan huwa xelter ta' emerġenza, ma jfissirx li dik il-persuna, jekk ikun hemm bżonn, mhux se tingħata għajnuna ulterjuri jew se ssib il-bieb magħluq jekk l-għada terġa' jkollha bżonn sodda fejn jorqod. "Dawn id-djar huma l-pont, li kien nieqes bejn is- servizz. Jekk mara trid titlaq illum qabel għada mid-dar għax qed tiġi msawta, illum għandha s-servizzi tagħna. Jekk hemm emerġenza, aħna qegħdin hawn," kompla jispjega Galea. 'Mid-droga sat-traffikar uman… kuljum niltaqgħu mal-ġdid' Iżda f 'Malta hawn nies bla saqaf fuq rashom? Kif jista' jkun? Forsi t-22 sodda f 'Dar Papa Franġisku mhux dejjem ikunu kollha mimlija, iżda tista' tgħid li kuljum, għadd ta' persuni jħabbtu l-bieb. Fejn jidħol il-kenn billejl, Dar Papa Franġisku ltaqgħet ma' realtajiet differenti. Nies b'vizzju tad-droga, ħaddiema barranin u saħansitra vittmi ta' traffikar uman. "Kull wiċċ ta' faqar jew 'homelessness' sab kenn f 'Dar Papa Franġisku," qalilna Galea. "Dejjem tiltaqa' mal-ġdid." Fil-fatt, semma kif dan l-aħħar qed jinnutaw li qed jiżdiedu l-persuni li għandhom 'il fuq minn 61 sena u li qed imorru għall- kenn f 'Dar Papa Franġisku. "Kważi kull xahar qed iħabbtilna anzjan bla saqaf fuq rasu." Minħabba r-realtajiet li jiltaqgħu magħhom, Dar Papa Franġisku taħdem id f 'id ma' entitajiet u awtoritajiet oħra, fosthom l-Aġenzija Appoġġ, il- Pulizija u anke ambaxxati u konsli. "Kellna divers każi ta' suċċess. Kien hemm irġiel li ġew biex jorqdu f 'Dar Papa Franġisku u wassalniehom għal programm ta' riabilitazzjoni, persuni li reġgħu marru għand il- familja u każijiet ta' traffikar uman li solvew il-konsli," saħaq Galea. Mistoqsija jekk il-persuni li jfittxu l-kenn billejl jiżdidux f 'ċertu żminijiet tas-sena, Galea u Cherrett Minn persuni bil-vizzju tad-droga għal vittmi tat-trakar uman iħabbtu l-bieb ta' Dar Papa Franġisku. L-ILLUM iżżur dan ix-xelter ta' emerġenza li kuljum jori ikel b'xejn u sodda lil min ittex kenn. X'realtajiet jiltaqgħu magħhom? Kemm jitimgħu u jraqqdu nies kuljum? Imma f'Malta hawn nies bla saqaf fuq rashom? ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Is-solitudni tista' tieklok, toqtlok, tkissirlek moħħok. Dan il-faqar ma jagħmilx ħoss Il-familja hija s-soluzzjoni għal ħafna mir-realtajiet li jesperjenzaw il-klijenti tagħna… persuna kulma tkun trid taptipa fuq spallitha jew persuna oħra li tpoġġi u tismagħha " " " "