Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1060187
illum | Il-Ħadd 9 ta' Diċembru 2018 16 Opinjoni N itkellmu dwar it-Telgħa tas-Saqqajja. Imma jidher li s-Saqqajja għan- niżla! L-applikazzjoni ta' żvilupp biex żewġt idjar qodma fuq is-Saqqajja r-Rabat ikunu mibdula f 'lukanda żgħira (boutique hotel) hu attentat ieħor biex ikun sfrakassat il-wirt storiku tal-pajjiż. Il-filliera sħiħa ta' djar fuq is-Saqqajja flok ma jitħallew jinqerdu minn dak li wħud isejħulu żvilupp għandhom jingħataw protezzjoni fit-totalità tagħhom. Kif ippropona l-Professur Mario Buhagiar dawn id-djar fuq is-Saqqajja, tal-inqas, jistħoqqilhom protezzjoni fi Grade 2, jiġifieri li l-faċċata tagħhom ma tkunx tista' tintmiss. Possibbilment jistħoqqilhom iktar minn hekk ukoll: li jkunu mħarsa b'mod komplet fi Grad 1. L-applikazzjoni għal żvilupp bin-numru 9516/18 tipproponi li d-djar 14 u 15 fuq is-Saqqajja tar-Rabat (b'faċċata wkoll fuq Vjal Santu Wistin) jinbidlu f 'lukanda fi klassi 3B. Minn eżami tal-pjanti sottomessi jidher ċar li l-proposta tinkludi ż-żieda ta' żewġ sulari fuq il-binja eżistenti kif ukoll il-mutilazzjoni tal-partijiet interni ta' dawn iż-żewġt idjar biex ikunu jistgħu jkunu mibdula f 'lukanda żgħira. Bħal bosta oħrajn jiena wkoll ippreżentajt oġġezzjoni għal dan l-aħħar attakk fuq il-wirt tagħna lkoll. Ir-raġunijiet għal dan huma diversi. L-ikbar raġuni hi li l-iżvilupp propost jistona fil-kuntest li hu propost li jsir. Ser jeqred darba għal dejjem l-omoġenjità u l-armonija tal-faċċati tal- bini kemm fuq is-Saqqajja kif ukoll fuq Vjal Santu Wistin. Fuq Vjal Santu Wistin l-iżviluppatur irid iħarbat parti kbira mill-ġnien li jagħti karattru uniku u hu parti integrali mill-binja. Hi l-binja kollha, kif inhi, bil-ġnien kollu li teħtieġ li tkun protetta. Il-Pjan Lokali, li jqis liż-żona bħala waħda ta' konservazzjoni urbana jillimita l-iżvilupp fiż-żona għal żewġ sulari. Il-proposta ta' żvilupp tinjora din il- limitazzjoni kompletament. Huwa għaldaqstant ovvju li jekk din l-applikazzjoni tibqa' għaddejja u tkun approvata ser twassal għall-qerda tal- filliera sħiħa tad-djar fuq is-Saqqajja għax li jgħodd għal wieħed jgħodd għal kulħadd. Imbagħad tkun ġiet stuprata ż-żona kollha. Iżjed 'l isfel, fit-Telgħa tas- Saqqajja, fejn sa ftit ilu kien hemm it-Tattingers Club u xi propjetajiet oħra, il-ħerba tkompli. Dan is-sit ukoll għandu mdendla miegħu proposta ta' żvilupp: lukanda massiċċa ta' 110 kmamar mifruxa fuq 5600 metru kwadru. Mhumiex l-uniċi applikazzjonijiet fl-inħawi għax hemm oħrajn. Iżda huma l-iktar li jagħtu fl-għajn. Jidher li waslet id-daqqa tar-Rabat li jrid jiffaċċja l-forza tal-qerda li tpoġġi l-flus qabel il-wirt komuni tagħna lkoll. Il-mod kif ġiebet ruħha l-Awtorità tal-Ippjanar fil- passat ma tantx hu ta' awgurju tajjeb li din b'xi mod kapaċi tieqaf lill-forzi tal-qerda. Permezz tad-deċiżjonijiet tagħha sal-lum, l-Awtorità tal-Ippjanar bagħatet messaġġ ċar li, fil-fehma tagħha, l-impatt ekonomiku tal- industrija tal-kostruzzjoni jixirqilha ferm iktar attenzjoni minn kwlaunkwe ħaġa oħra. B'ġustizzja ngħid li hemm xi żewġ membri tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar li jispikkaw minħabba li b'differenza minn sħabhom jiddefendu regolarment kemm il-wirt storiku kif ukoll dak naturali. Imma dawn qegħdin f 'minoranza assoluta, avolja xi kultant ġieli jappoġġawhom uħud mill-bqija. Imma x'tistenna minn Bord tal-Awtorità tal- Ippjanar li l-membri tiegħu ma jħossuhomx skomdi madwar l-istess mejda ma' aġent tal-propjetà biex jgħaddu ġudizzju dwar liema applikazzjonijiet ta' żvilupp jixirqilhom ikunu approvati u liema le? M'għandi l-ebda idea dwar x'deċiżjoni ser ikollna, imma fid-dawl ta' kif ġiebet ruħha sal-lum l-Awtorità tal-Ippjanar xejn ma niskanta jekk tagħti l-approvazzjoni tagħha biex il-qerda tibda tielgħa t-Telgħa tas-Saqqajja. L-istupru tas-Saqqajja CARMEL CACOPARDO carmel.cacopardo@alternattiva.org.mt • http://carmelcacopardo.wordpress.com Ż gur li xi darba jew oħra, kulħadd għadda minn xi forma ta' solitudni. Esperjenza ta' wġigħ inspjegabbli u li anki jekk tkun ġo folla, xorta waħda tħossok waħdek. Hemm ħafna fatturi li jistgħu jġegħluna nħossuna waħedna. Wara kull wiċċ hemm storja wieħed x' jirrakkonta, u kulħadd bi storja differenti u partikolari. Minn dejjem kelli kuntatt ma' bnedmin li jħossuhom weħidhom u ltqajt ma' kull tip. Bosta huma dawk li ma jħossuhomx jappartjenu jew kumpatibbli fl-ebda klikka. Jiddejqu kullimkien u jippreferu magħluqin f 'kamrithom jew f 'darhom. Hemm min iħossu ikrah u diżgrazzjat u li żgur, li ħadd ma jrid iqatta' u jaqsam ħajtu miegħu jew magħha. Meta wieħed iħossu maqtugħ għalih waħdu għandu mnejn jiżdied hekk kif igerrbu s-snin u l-prospetti għaż-żwieġ jonqsu iżjed. Bosta huma dawk, anki jekk kibru fl-età li xebgħu weħidhom u għadhom jixtiequ li tiġihom l-opportunità. Xi wħud, tant ikunu draw weħidhom, li jħossuhom fgati meta f 'xi ħin jew ieħor tiġihom l-opportunità. Id-dwejjaq jikber għall-fatt li jibdew iħossuhom li ma jafux xi jridu f 'ħajjithom u li mhumiex kapaċi jissetiljaw jew jiddeċiedu. Xi wħud jaddattaw ruħhom sew għall-fatt li jibqgħu waħedhom, imma oħrajn isibu li iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar tikber ix-xewqa li jiżżewġu u jkollhom it-tfal. Hemm uħud li jħossu bħal vojt emozzjonali minħabba li m'għandu lil ħadd ma' min iħossu qrib. Meta tibqa' d-dar Fatturi oħra, bħal li tieħu ħsieb il-ġenituri ta' età avanzata jistgħu jġagħluk tħossok iżjed waħdek. Xi drabi dawk li jibqgħu id-dar jiġi kollox għal wiċċhom, u hija ħajja iebsa, l-aktar meta jidħol il-mard tal-ġenituri. Meta terfa' l-biċċa l-kbira tar-responsabilità, il-ħajja tkun aktar faċli kieku kellek taqsam l-uġigħ tiegħek ma' persuna speċjali li tagħtik appoġġ, anki sempliċiment li jkollok biss ma' min tiftaħ qalbek u li taf li hemm xi ħadd jagħdrek. Mhux faċli tgħix din il-ħajja, aktar u aktar meta tiġi mgħajjar minn ħutek jew mill-ġenituri stess u ma jiġix apprezzat dak li tkun qed tagħmel. Ħadd ma jkun jaf minn liema sagrifiċċji tkun għaddej. Hemm imbagħad dawk il-bnedmin aktar sensittivi minn oħrajn. Xi drabi n-nies iweġġgħuk b'ilsienhom, l-aktar jekk isemmulek xi sitwazzjonijiet jew siltiet mill- ħajja li jweġġgħuk. Hemm xi bnedmin li jistaqsu direttament u lsienhom jinfed fil-laħam il-ħaj. Xi wħud iħossuhom tassew weħidhom, anki jekk ikunu mistiedna f 'okkażjonijiet u jmorru. Il-fatt li jidħlu weħidhom għal tieġ jew okkażjoni oħra, u tibda tara gruppi ta' ħbieb, jew koppji, il-ħsibijiet tiegħek jiġru bik. Aktar u aktar jekk tkun għaddejt minn xi esperjenza ta' separazzjoni. Ferita li ma tagħlaq qatt, kważi kważi tibqa' ġġorr l-uġigħ tul ħajtek kollha, għalkemm il-ferita tagħlaq xi ftit maż-żmien. Kif tista' tegħleb is-sentimenti tas-solitudni u ta' li tħossok maqtugħ għalik waħdek? X'jistgħu jagħmlu l-oħrajn biex jgħinu, jekk kemm-il darba hemm xi ħaġa li tista' ssir? Alla miegħek Apparti li jeħtieġ li tfittex l-għajnuna professjonali, tajjeb li wieħed jemmen bis-sħiħ fl-Assolut u jqiegħed it-tagħbija tiegħu fih. Meta temmen fih u Alla jilmaħ fik li int bniedem ġust, ma jħallikx titfixkel, ibqa' fuq kliemi. Ir-responsabbilitajiet u l-ansjetajiet li jistgħu jġegħluna nsofru minħabba dak li jiġrilna fil-ħajja, mhux kulħadd jiflaħ għalihom, għalhekk trid tkun kalm u tifhem kemm tiflaħ terfa'. Kif ngħidu, Alla ma jtikx aktar milli tiflaħ. Xi wħud, anki fuq il-post tax-xogħol, mhux dejjem ikunu stmati u mhux l-ewwel darba li jippruvaw joħolqu inizzjattiva u bħal donnu l-għira anki ta' min imexxi, kważi kważi timpedih. Din hija wkoll forma ta' tbatija li wħud jaffaċċjaw u li jispiċċaw iħossuhom frustrati u mdejqa li jiddeċiedu jagħlqu s-shutter tal- ħajja, u jispiċċaw esklużi mis- soċjetà, sakemm ma tispiċċax taħrab minn kulħadd. Il-ħajja hija dejjem sfida u apparti l-komunikazzjoni mal-Assolut, trid ukoll tiskopri s-sigriet tal-kuntentizza. Xi drabi tispiċċa tiġġieled kontra l-ħsibijiet negattivi waħdek. Din taf tkun ġlieda kontinwa. Imma meta tiftaħ qalbek ma' xi ħadd li tafda, tkun qed taqsam nofs it-tbatija. Konvint li fid-dinja hemm bnedmin li huma kapaċi jisimgħu u interessati jisimgħu l-uġigħ tiegħek, mhux dejjem biex jitkixxfu fuqek, hemm dawk li jħobbuk u jirrispettawk, għax tassew iħossu għalik. Qatt mhu sewwa u xieraq li wieħed iġorr it-tagħbijiet waħdu. Għalkemm oħrajn jistgħu jgħinu, u l-appoġġ tagħhom jista' jkun tassew inkuraġġanti, "kull wieħed għandu t-tagħbija tiegħu x'jerfa'. Irridu wkoll noqogħdu attenti minn ċerti perikli. Is-solitudni tista' tirbaħna jekk nispiċċaw ningħalqu fina nfusna. Mill-banda l-oħra, nistgħu nirbħu s-solitudni bl- imħabba. Li nagħtu u naqsmu m'oħrajn huwa l-aħjar mod biex insibu l-hena. M'għandix ħafna ħin biex noqgħod naħseb li jiena waħdi. Meta nħossni utli u nżomm ruħi okkupat, ma nħossnix waħdi, ibqa' fuq kliemi. Irridu noqogħdu attenti wkoll li ma nħallux is-solitudni ġġegħalna nidħlu f 'relazzjoni jew ħbieberija mhux għaqlija. Problema li ma tkunx tista' tissolva għandu mnejn li wieħed ikollu jibqa' jaħdem fuqha u jissaportiha, għallinqas għalissa. Bl-għajnuna t'Alla, wieħed jista' jissaporti s-solitudni, u dejjem jibqa' jemmen li xi darba l-bżonnijiet kollha tagħna se jiġu sodisfati bl-aħjar mod possibbli. Is-solitudni IVAN BARTOLO