Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1060187
illum | Il-Ħadd 9 ta' Diċembru 2018 18 Opinjoni Ħ afna persuni li qatt ma vvutaw lill-Partit Laburista kienu ġenwinament jemmnu li l-Partit Laburista ma kellux pjan ekonomiku. Issib minnhom li kienu jgħidulek li l-Partit Laburista hu b'saħħtu fejn tidħol il- politika soċjali imma qatt ma kienu jemmnu li l-Partit Laburista kien b'saħħtu fejn tidħol l-ekonomija. L-istorja wriet li taħt Joseph Muscat kellna u għandna Gvern b'saħħtu kemm soċjalment u kemm ekonomikament. L-Uffiċċju tal-Istatistika tal- Unjoni Ewropea, l-Eurostat ikkonferma nhar il-Ġimgħa li għaddiet li fit-tielet kwart ta' din is-sena, Malta kellha l-akbar żieda fit-tkabbir ekonomiku fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea u anke dawk fiż-Żona Ewro. Ċifri tal-Eurostat juru li l-Prodott Gross Domestiku f 'Malta bejn Lulju u Settembru żdied bi 3.6% u laħaq 7.9% meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra. It-tkabbir ekonomiku ta' Malta kien erba' darbiet aktar il-medja tat-tkabbir ekonomiku fil-pajjiżi tal- Unjoni Ewropea li fit-tielet kwart tas-sena kien ta' 1.6% fiż-Żona Ewro u 1.8% fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Dan ma kienx biżżejjed. Fi statistika oħra tal-Eurostat, ħareġ ukoll li matul l-istess perjodu Malta kellha l-akbar rata tat-tkabbir fl-impjieg fost it-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea. Mill-istatistika joħroġ li l-impjiegi f 'Malta bejn Lulju u Settembru żdiedu b'4.9% meta mqabbel mal-istess tliet xhur tas-sena l-oħra. Din ir-rata hija aktar mid-doppju tal-medja tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea fejn l-impjiegi żdiedu bir-rata ta' 1.8%. Altru milli Labour won't work- bħalissa f 'pajjiżna hu l-aqwa żmien għax-xogħol u għat-tkattir tal-ġid. Governanza tajba Huwa importanti ħafna li id f 'id mat-tkabbir tal- opportunitajiet tax-xogħol u t-tisħiħ tal-ekonomija jissaħħu l-istrutturi li jserrħu ras iċ-ċittadin onest li l-Gvern qed jitmexxa bl-aħjar mod fejn tidħol amministrazzjoni pubblika. F'dan is-sens l-Oppożizzjoni l-ħin kollu takkuża lill-Gvern li aħna ma nimxux biżżejjed mar-regoli tal-Governanza tajba. Ironikament l-iktar nies li jikkritikaw lill-Gvern f 'dan is-sens huma n-nies li l-iktar għandhom allegazzjonijiet fil- konfront tagħhom taż-żmien meta kienu Ministri. Jien tgħallimt li hu faċli ħafna tpaċpaċ dwar il-Governanza tajba. Li hu diffiċli hu li twettaq id-differenza. Aħna saħħaħna r-regoli tal-Governanza tajba f 'livelli bla preċedent - il–liġi tat- tneħħija tal-preskrizzjoni, il-liġi tal-whistleblowers, il-liġi tal-finanzjament tal-partiti, iI-liġi tal-iskrutinju taċ- Chairpersons, il-liġi li tillimita l-poteri tal-Avukat Ġenerali fil-kawżi tad-droga u oħrajn, il-liġi tal-istandards fil-ħajja pubblika u l-liġi li biddlet il- mod ta' kif jinħatru l-Imħallfin u l-Maġistrati. Dawn huma kollha riformi b'saħħithom li għamlu d-differenza. Ħaddieħor kellu 25 sena ċans biex idaħħalhom. Konna aħna li daħħalniehom kollha f 'inqas minn sitt snin. Qatt m'għidna li aħna perfetti jew li ma nagħmlux żbalji. Iżda anke meta nagħmlu żbalji naraw kif nikkoreġuhom u ntejbu l-operat. Nieħdu pereżempju r-rapporti tal-Awditur Ġenerali. Din il-ġimgħa l-Awditur Ġenerali ġibed l-attenzjoni tal-Kunsill Malti għall-Arti dwar ċertu nuqqasijiet amministrattivi. L-iktar kritika ġustifikata kienet il-fatt li għas-snin 2016 u 2017 ma tlestewx il-financial statements. Immedjatament ħarġet stqarrija tal- Kunsill Malti għall-Arti li pubblikament irringrazzja lill-Awditur Ġenerali ta' dan ir-rapport li hu opportunità li wieħed itejjeb l-operat u qal li sa l-aħħar tas-sena se jagħlaq il-financial statements għas- sena 2016 u sa April 2018 ikunu lesti tal-2017. Għalija dan hu l-mod korrett kif il- Gvern għandu jitratta mal- Awditur Ġenerali. Ħaddieħor kien joħroġ jattakka u jikkritika lill-Awditur Ġenerali meta dan jiġbed l-attenzjoni fuq xi ħaġa. Ma jfissirx li meta aħna ma naqblux mal-Awditur Ġenerali m'għandniex dritt ngħidu - bl–ikbar rispett – Ii ma naqblux. Pereżempju jien ma naqbilx mal-kritika li saret lejn il-Kunsill Malti għall-Arti għaliex dan ingaġġa b'mod dirett artisti. Fil-fehma tiegħi fejn jidħlu kuntratti ta' mertu artistiku dawn bilfors iridu jinħatru b'mod dirett – semmejt pereżempju lill-artist ċelebri Al di Meola. Xi ħadd jimmaġina li wieħed jagħmel sejħa għall-offerti biex Al di Meola jinġieb idoqq fil-Jazz Festival? Wara kollox dan il-punt kien anke ġie diskuss fil-kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi fejn kien sar qbil li fejn jidħol mertu artistiku bilfors wieħed irid jingaġġa b'mod dirett. Brian Tonna Din il-ġimgħa media internazzjonali u lokali kellhom kritika qawwija fil-konfront tiegħi għaliex kont ingaġġajt lil Brian Tonna - l–ewwel fuq bażi full time u mbagħad fuq bażi part time – bħala konsulent bejn l-2014 u l-2017 u ssemmiet iċ-ċifra ta' €5,000 fix-xahar. Ġejt ikkritikat li kien hemm perjodu fejn Brian Tonna kien qed jiġi investigat minn Maġistrat u fl-istess waqt kien konsulent tiegħi. Naturalment stejjer bħal dawn jattiraw interess kbir u huwa fl-obbligu tagħna li niċċaraw u nispjegaw mal-ewwel opportunità għaliex wara kollox hawn qed nitkellmu fuq fondi pubbliċi. Jien immedjatament mort il-Parlament u weġibt id-domandi kollha fil-ħin disponibbli għalija li saru kemm minn MPs tal-Gvern u kemm mill-Oppożizzjoni dwar is-suġġett. Spjegajt li kemm taħt Gvern Nazzjonalista u kemm taħt Gvern Laburista hemm regoli ċari u pubbliċi li jispjegaw li kull Ministru għandu dritt jaħtar sa massimu ta' 4 konsulenti full time b'pagi u allowances li huma stabbiliti u li sa fejn naf jien ma nbidlux minn żmien amministrazzjoni Nazzjonalista. Mela s-salarju mhux jien nivvintah imma regoli li ilhom hemm is-snin u li jien imxejt magħhom. Lil Brian Tonna jiena ingaġġajtu fuq bażi full time, imbagħad part time, sabiex jassisti lill-Ministeru b'mod tekniku fl-applikazzjoni ta' fondi Ewropej għal lista ta' proġetti kulturali li qed jibbenefika minnhom il- poplu Malti u Għawdxi. Fil-fatt irnexxielna bil-ħidma tat-tim ta' Brian Tonna u taċ-ċivil tagħna naċċertaw irwieħna minn fondi ERDF li żgur li għamlu u se jagħmlu differenza fis-settur kulturali. Dan hu riżultat importanti għas-settur kulturali. Din l-informazzjoni jien diġà kont ħriġtha sentejn u nofs ilu f 'risposta parlamentari għal domanda ta' Jason Azzopardi. Onestament ma nistax nifhem x'kien hemm esklussiv fi storja li kienet diġà ħarġet sentejn u nofs ilu. Lanqas ma nista' nifhem għaliex it-Times of Malta ħasset il-bżonn li tagħmel Freedom of Information request meta kulma kellha bżonn tagħmel hu li tirreferi għall-PQ ta' sentejn u nofs ilu. Dwar il-punt li Brian Tonna kien qed jiġi investigat minn Maġistrat u fl-istess waqt kien konsulent irrid infakkar qabelxejn li l-investigazzjoni Maġisterjali bdiet fi żmien meta l-Parlament kien xolt għaliex il-Prim Ministru Joseph Muscat kien ħabbar elezzjoni ġenerali għat-3 ta' Ġunju fil-mass meeting tal-1 ta' Mejju. L-investigazzjoni bdiet f 'nofs Mejju, ċioè meta l-Gvern kien diġà caretaker u l-elezzjoni wara l-bieb. Dan apparti mill-fatt li f 'inkjesta maġisterjali kull persuna investigata mhux biss hija preżunta innoċenti imma lanqas biss tkun għadha ġiet indizzjata, wisq inqas misjuba ħatja! Hu x'inhu wara l-elezzjoni ġenerali jien erġajt assumejt l-istess kariga Ministerjali li kelli u għażilt konsulenti ġodda. Iktar ħidma Fil-Parlament din il-ġimgħa approvajna fi stadju ta' tieni qari abbozz ta' liġi li għandu l-għan li jsaħħaħ il-liġijiet tagħna fil-ġlieda kontra t-terroriżmu. It-terroriżmu hu pjaga li tweġġa' lil min hu innoċenti u li m'għandu tort ta' xejn. Aħna bħala pajjiż Ewropej irridu nkunu ċerti li għandna l-liġijiet tagħna aġġornati u skont l-aqwa direttivi Ewropej tas-settur. Dan hu pass ieħor fir- riformi li qed inwettqu fis- settur tal-Ġustizzja. OWEN BONNICI Inkomplu nkabbru s-suċċessi ekonomiċi