Illum previous editions

ILLUM 9 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1060187

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

7 Aħbarijiet Il-Ħadd 9 ta' Diċembru 2018 | illum minima ta' kuntratt u min irid ħafna aktar 'Li tobbliga lil xi ħadd ma jagħmilx sens...' Il-President tal-Malta Developers' Association (MDA) Sandro Chetcuti, li tirrappreżenta lill-aġenti tal-proprjetà wkoll, qal illi l-MDA ma temminx li l-Gvern għandu jidħol bejn żewġ partijiet f 'kuntratt. "Għandu jkun hemm inċentivi biex min lest li jagħti durata twila jagħtiha, imma dan dejjem fil-libertà li l-kuntratt isir kif maqbul bejn is-sid u l-inkwilin." Huwa sostna li l-MDA ma tridx durata obbligatorja, lanqas ta' sena, għax skontu din fil-fatt tista' twassal biex is-sidien jgħollu l-prezzijiet sabiex jiggarantixxu li tul il-kirja is-sid jieħu prezz tajjeb tal-proprjetà. Huwa qal illi l-MDA qed tagħmel diversi proposti, fosthom dawk illi permezz tagħhom persuna dejjem tħallas inqas taxxa, iktar kemm tikri fit-tul. Huwa spjega kif skont il-proposta li ressqu lill- Gvern jekk fl-ewwel sena persuna li tikri tħallas 15% taxxa fuq dak id-dħul, it-tieni sena tħallas 10% u t-tielet sena tħallas 5%. "Li tobbliga lil xi ħadd ma tagħmilx sens" 'Jekk id-durata ssir sena... inkunu bqajna fejn konna' Il-gazzetta ILLUM tkellmet ukoll ma' Johanna Axisa Mac Rae, persuna li tmexxi l-Malta Tenant Support. Hija sostniet illi personalment kienet tixtieq li l-White Paper kien fiha aktar affarijiet, imma temmen li s-soluzzjonijiet li qed toffri huma tajbin fil-kuntest lokali. "Il-proposti jogħġbuni kollha għalkemm nibża' li mhumiex se jsolvu l-problema ta' kirjiet li qed jiżdiedu." Imma Axisa Mac Rae tħoss li durata minima ta' sena hija bilanċ tajjeb? Ir-risposta ta' Mac Rae hija ċara; "le, sena huwa ftit wisq...jekk immorru għal durata minima ta' sena nibqgħu fejn aħna llum, għax illum ħafna mis-sidien xorta għal kuntratti ta' sena jidħlu." Mistoqsija dwar l-argument li l-Gvern ma jistax jindaħal, Axisa Mac Rae sostniet illi dan mhux minnu. "F'pajjiżi oħrajn il-Gvern irregola... ma jistax ikollok lis-sidien iżommu lill-pajjiż ostaġġ. Jekk hemm bżonn tiddaħħal taxxa fuq proprjetà li titħalla vojta," sostniet Ma Rae, definittivament miżura li kieku ssir issib ir-reżistenza qawwija ħafna. "Jekk immorru għal durata minima ta' sena, ix-xogħol kollu fantastiku li sar fuq il-White Paper jisfaxxa. Qisu ma sar xejn," sostniet Johanna Axisa Mac Rae li fakkret illi l-għan tad-dokument huwa propju li tingħata stabbilità lill-inkwilini, xi ħaġa li b'kuntratt garantit għal sena biss, hi temmen, li ma tistax tingħata. Imma ma temminx li kulħadd għandu dritt li jiddeċiedi jikrix għat- tul jew le hu, la l-proprjetà hija tiegħu? "Trid tkun obbligatorja. Jekk id-durata minima se tkun għażla mhux se taħdem," sostniet filwaqt li fakkret fl-uġigħ soċjali li qed toħloq iż-żieda qawwija fil-valur tal- kirjiet privati. ĦAMES entitajiet, il- GRTU, l-UĦM, il-GWU, l-assoċjazzjoni ta' min iħaddem u l-assoċjazzjoni tal-iżviluppaturi ngħataw total ta' madwar €300,000 biex jestendu l-ħidma tagħhom fuq livell Ewropew. Waqt iċ-ċerimonja, is- Segretarju Parlamentari għaż- Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima qal li l-Gvern jirrikonoxxi l-importanza li għandhom dawn l-organizzazzjonijiet f 'pajjiżna. Żied jgħid li b'dan il-fond ingħata impetu ġdid lis-soċjetà ċivili u l-mod ta' kif topera. Żied li r-rwol tal-Gvern hu li jkompli jħeġġeġ lill-għaqdiet jiftħu l-bieb li jwassal għal realtà u dimensjoni Ewropea. Il-fondi nħarġu mill- Fond għas-Soċjetà Ċivili amministrat mill-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju. L-għajnuna ngħatat mill- Fond għas-Soċjetà Ċivili, li huwa amministrat mill-Kunsill Malti għas- Settur Volontarju f 'isem is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat. Kull organizzazzjoni hija intitolata għal 80% tal-ispejjeż kollha li tkun għamlet f 'parteċipazzjoni f 'fora, mhux biss lokali imma anki fuq livell Ewropew. L-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili (CSOs) huma kkunsidrati bħala s-sinsla ta' kwalunkwe soċjetà demokratika. Skont il-Kummissjoni Ewropea, l-Organizzazzjonijiet tas- Soċjetà Ċivili (CSO's) jinkludu organizzazzjonijiet mhux governattivi (organizzazzjonijiet volontarji), organizzazzjonijiet lokali, koperattivi, Trade Unions, assoċjazzjonijiet professjonali, universitajiet, media u fondazzjonijiet indipendenti. €300,000 f 'għajnuna finanzjarja lil ħames unjins sabiex jibqgħu attivi fuq livell Ewropew

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 December 2018