Illum previous editions

ILLUM 16 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1062632

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 31

2 Aħbarijiet LEWWEL edizzjoni tal-Malta India Film Festival beda b'lejl mill- isbaħ f 'Dar il-Mediterran għall-konferenzi (MCC), fil-Belt Valletta, b'numru ta' dinjitarji mill-Gvern, film makers minn madwar id-dinja u d-direttur u l-iskrittur tal-film u membru tal-ġurija s-Sur Vijay Krishna Acharya flimkien ma' screening speċjali tal-Blockbuster Indjan - 'Thugs of Hindostan' Il-festival, l-ewwel wieħed tal-ġeneru tiegħu, irċieva rispons kbir ta' aktar minn 40 film b'element Malti jew Indjan u kienu jinkludu feature films, dokumentarji u films qosra. Aktar minn 24 film minn dawn se jintwerew matul il-weekend tal-14 sas-16 ta' Diċembru fil-Kavallier ta' San Ġakbu fil-Belt Valletta. Appoġġat mill-Ministeru tat-Turiżmu, il-viżjoni tal- Festival hu li jibni għaqda ta' kreattività bejn Malta u l-Indja u jinkoraġġixxi l-arti u l-kultura bejn iż- żewġ pajjiżi. Engelbert Grech, membru tal-ġurija u direttur tal- Malta India Film Festival qasam il-ħsibijiet tiegħu, "għandna programm ippakkjat b'total ta' 26 film. Minn Malta għandna total ta' sitt films fejn juri kif l-industrija tal-films f 'Malta qed tiżviluppa kontinwament. Dan huwa biss il-bidu ta' din l-avventura. L-għan ewlieni tal-festival hu li tgħaqqad iż-żewġ kulturi u joffri l-opportunità lil persuni li jagħmlu l-films kemm minn Malta kif ukoll mill-Indja biex jerġgħu jikkollaboraw." L-Onorevoli Ministru għat-Turiżmu f 'Malta s-Sur Konrad Mizzi żied jgħid: "Aħna tant eċċitati li fl-aħħar nistgħu naraw il-Malta India Film Festival isir realtà wara r-relazzjoni ta' Malta b'ħafna films emblematiċi, inkluż "Thugs of Hindostan" li witta t-triq għaċ-ċinema tal-blockbuster Indjan f 'Malta. Din l-inizjattiva meraviljuża ta' Streamcast Studios, jiena ċert, hija biss il-bidu ta' dimensjoni ta' tkabbir ġdid għall- industrija tal-films Indjani f 'Malta u viċi-versa." Is-Sur Vijay Krishna Acharya, wieħed mill-aqwa diretturi tal-films tal-Indja instema' jgħid 'Nista' ngħix Malta! Malta għandha post speċjali ħafna f 'qalbu fejn kien evidenti hekk kif huwa qal, "Malta hija post tajjeb ħafna għall-filmati b'ħafna pajsaġġi sbieħ u kapaċitajiet robusti. Madankollu, bħal ma dejjem nemmen, huma l-persuni li jagħmlu post memorabbli u verament kelli esperjenza mill- aqwa mal-poplu Malti. Ninsab tassew kuntent li erġajt lura fuq din il-gżira sabiħa, din id-darba bħala membru tal-ġurija ta' din l-inizjattiva li għandha linja eċċellenti ta' films tassew tajbin. U li jkollok "Thugs of Hindostan" miġbud f 'din il-Gżira stess, b'xi mod, inħossni qisni qiegħed id- dar." Il-Malta India Film Festival, inizjattiva tal- Malta India Film Academy, hija l-ewwel pjattaforma tipika għal dawk li jagħmlu l-films madwar id-dinja biex juru u jaqsmu x-xogħol tagħhom. Ir- rebbieħa jingħataw premju totali ta' €200,000. Il-films magħżula qed jintwerew għall-pubbliku fl-14, 15, 16 ta' Diċembru 2018 fil-Belt Valletta, Malta u fl-istess ħin f 'Mumbai, l-Indja fil-15 u s-16 ta' Diċembru 2018. Għal aktar dettalji, żur mifaa.com. illum | Il-Ħadd 16 ta' Diċembru 2018 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is- soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 20 • 15 • 61 • 14 • 29 36 • 80 • 13 Tlugħ Nru. 754 Chemimart Pharmacy Republic Street, 20/21, Triq ir-Repubblika, Valletta The Cross Pharmacy, 859, Triq il-Kbira San Ġuzepp, Ħamrun Collis Williams St. Venera Pharmacy, 532, Triq il-Kbira San Guzepp, Santa Venera St. Anne Pharmacy, 24, Misraħ Sant'Elena, Birkirkara Regal Pharmacy, 39B, Triq Antonio Bosio, Msida Potter Chemists, Triq Wilġa, Paceville, San Ġiljan Brown's Pharmacy, Unit 22, Triq Tigne, Sliema St. Joseph Pharmacy, 164, Annibale Preca Street, Lija St. Louis Pharmacy, Triq Cali', Mosta Remedies Pharmacy, 111, Triq George Borg Olivier (previously "Mellieħa Pharmacy"), Mellieħa Fleming Pharmacy, 61, Triq Ħaż- Żabbar, Paola Brown's Pharmacy, No. 8, Misraħ l-Arċisqof Gonzi (previously "Kalkara Pharmacy"), Kalkara Hompesch Pharmacy, 207/211, Triq Hompesch, Fgura Gerada's Pharmacy, 46, Triq Mater Boni Consigli, Żejtun St. Andrew's Pharmacy, 25, Triq Dun Pawl, Luqa Remedies Pharmacy, Peter Pan, Triq Nikola Zammit, Siġġiewi Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Rabat Palm Pharmacy, 2, Triq Palma, Victoria Gozo Chemists, Mġarr Road, Xewkija Airport Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 19˚Ċ L-INQAS: 13 ˚Ċ TEMP: Ftit imsaħħab li jsir ftit jew wisq imsaħħab b'xi ħalbiet tax-xita iżolati VIŻIBILITÀ: Tajba minbarra fil-ħalbiet tax-xita RIĦ: Tajba minbarra fil-ħalbiet tax-xita BAĦAR Moderat li jsir qawwi L-OGĦLA: 15˚Ċ L-INQAS: 10˚Ċ TEMP: Sabiħ jew ftit imsaħħab VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Majjistral forza 6 li jsir forza 5 għal 6 BAĦAR Qawwi Tibda l-ewwel edizzjoni tal- Malta India Film Festival

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 December 2018