Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1062632
Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 16 ta' Diċembru 2018 MINN l-ewwel kwart tas- sena d-dieħla mistennija jiżdiedu s-servizzi mediċi li qegħdin jingħataw mill- berġa tas-saħħa fil-lokalità Tal-Pietà. Fost is-servizzi ġodda li se jkunu qegħdin jingħataw minn din il- Berġa flimkien ma' dawk li qegħdin jingħataw bħalissa se jkun hemm il-podjatrija u l-patoloġija fil-lingwa mitkellma. Sadanittant bħalissa għaddej xogħol ta' rinovar u mmodernizzar f 'din l-istess berġa. Il-berġa f 'Tal-Pietà se tkun l-ewwel waħda li tinkwadra fil-Memorandum of Understanding iffirmat fil- jiem li għaddew bejn id- Dipartiment tal-Kura Primarja u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali. Dan se jwassal biex il-bereġ li minnhom jingħataw is-servizzi tas-saħħa f 'diversi lokalitajiet f 'Malta u Għawdex jgħaddu taħt ir-responsabbilità tal-Kunsilli Lokali rispettivi. L-għan ta' dan il-memorandum huwa li jittejjeb is-servizz tal- kura tas-saħħa fil-komunità minn ambjenti aħjar. Permezz ta' dan il-ftehim se jinħoloq qafas koperattiv bejn id- Dipartiment tal-Kura tas-Saħħa Primarja u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali biex jiffaċilita d-devoluzzjoni tal-bereġ fil-komunità mill-postijiet li qegħdin fihom bħalissa għall- binjiet li fihom hemm il-Kunsilli Lokali jew għal postijiet fil- komunità li jappartjenu lill- Kunsilli Lokali. Il-ftehim se jgħolli l-livell tas- servizzi tal-kura primarja offruti u jkunu kollha l-istess minn kull berġa. Apparti s-servizzi ta' tabib, infermiera kif ukoll patoloġija tal-lingwa f 'ħafna mill-bereġ fil-komunità l-eżerċizzju ta' devoluzzjoni se jagħmilha possibbli lid-Dipartiment tal- Kura Primarja biex jintroduċi servizzi ġodda bħalma huma l-podjatrija bażika, in- nutrizzjoni, id-dieta, it-terapija okkupazzjonali kif ukoll s-saħħa mentali. Dan se jkun ifisser li ċ-ċittadini se jkunu qegħdin jingħataw dawn is-servizzi fil- lokalità jew qrib il-lokalità fejn jgħixu. "Id-Dipartiment tal-Kura Primarja se jkun responsabbli għall-provdiment tal-apparat mediku kollu tal-bereġ flimkien mal-għamajjar anċillari għas- servizz kif ukoll li jipprovdi r-riżors uman għalihom biex ikunu sostnuti s-servizzi offruti filwaqt li l-Kunsilli Lokali jkunu responsabbli li jassiguraw it- tmexxija fiżika, manutenzjoni u tindif tal-postijiet flimkien mal-finanzjament għalihom," qal id-Deputat Prim Ministru. Id-Deputat Prim Ministru qal li l-Gvern jemmen bis-sħiħ fis- servizzi tas-saħħa fil-komunità għax apparti li jkun aktar komdu għaċ-ċittadin li jingħata kura primarja fl-istess lokalità li jgħix, iservi wkoll ta' mezz preventiv kontra l-mard peress li dan ikun qiegħed jinqabad fi stadju bikri. In-numru ta' bereġ f 'Malta u Għawdex jammonta għal 54 u kull sena huwa stmat li jagħmlu użu minnhom madwar 210,000 pazjent. Se jiżdiedu s-servizzi mill-berġa f 'Tal-Pietà Il-President ikkommemorat is-70 Anniversarju tad- Dikjarazzjoni Universali tad- Drittijiet tal-Bniedem flimkien mal-Għaqdiet taż-Żgħażagħ Maltin waqt serata ta' diskussjoni organizzata mill-Uffiċċju tal-President, fil-Palazz ta' San Anton. Il-President Coleiro Preca fakkret fir-responsabbilità li kulħadd għandu sabiex jiċċelebra u jipproteġi d-drittijiet universali ta' kull persuna, mingħajr ebda distinzjoni – huma min huma, huma minn fejn huma, u tenniet li, "d-drittijiet tal-bniedem jistabbilixxu l-istandards li permezz tagħhom irridu ngħixu fil-paċi u f 'dinjità." Il-President qalet li d-drittijiet tal-bniedem jiffokaw ukoll l-attenzjoni tagħna fuq il-valuri tal-ugwaljanza, tar- rispett u tal-ġustizzja, li huma l-pedament ta' demokrazija sħiħa u b'saħħitha. "Bħala studenti, intom tinsabu f 'perjodu fil-ħajja tagħkom, fejn jeħtieġ li tiddefendu dawn id-drittijiet, jekk tridu li tgħixu fil-paċi, u f 'demokrazija sħiħa u effettiva." Waqt l-indirizz tagħha lill- istudenti preżenti, il-President Coleiro Preca qalet li l-impenn lejn il-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem, iwassalhom sabiex jifhmu li l-inġustizzji li jeżistu fuq livell soċjali, ekonomiku jew ambjentali, huma ta' theddida għall-ħajja nnifisha. "Għandna naġixxu b'mod kuraġġuż, mhux biss minħabba li inġustizzji bħal dawn qed ikollhom effett fuq ħajjitna, iżda wkoll, għaliex ilkoll għandna d-dmir, sabiex nieħdu ħsieb u nagħtu appoġġ lil xulxin bħala familja umana waħda," tenniet il-President Coleiro Preca. Il-President qalet li hemm bżonn li tinbena kultura li tkun etika, kultura li tippromovi l-paċi, u kultura li trawwem ir-rispett. Hija qalet li hija din it-tip ta' kultura biss li twassal għas- salvagwardjar effettiv tad-dinjità umana, li tinsab fil-qalba tad- drittijiet tal-bniedem. Fil-proċess tkun qed tiġi maħluqa wkoll prosperità inklussiva. "Huwa ferm essenzjali li ż-żgħażagħ ikunu parteċipanti attivi, fil-proċessi u l-istrutturi demokratiċi meħtieġa ta' pajjiżna." Il-President qalet li l-vuċijiet ta' dawk preżenti, bħala żgħażagħ, għandhom jinstemgħu, mhux biss għax huma il-preżent tagħna, iżda huma wkoll il-mexxeja futuri tan-nazzjon tagħna u tad-dinja. Għal darb'oħra, il-President inkoraġġiet liż-żgħażagħ sabiex jipparteċipaw fis- settur tal-volontarjat – liema parteċipażżjoni hija kruċjali, għaliex tagħtihom l-opportunità biex jiżviluppaw il-ħila tal-ħsieb kritiku, taċ-ċittadinanza attiva u ta' tmexxija. Hija qalet li permezz ta' dawn il-ħiliet huma jsiru kontributuri effettivi għall- ġid komuni. "Nemmen li huwa tabilħaqq possibbli, li nibnu kultura li hija msejsa sew fil-valuri tad-drittijiet universali tal-bniedem." Il-President qalet li tul it-terminu tagħha bħala President hija kellha l-opportunità li tiltaqa' ma' ħafna studenti u żgħażagħ, minn kull sfera tas-soċjetà, li impressjonawha bl-għerf, bid- determinazzjoni u bil-viżjoni li għandhom għall-futur ta' Malta u tad-dinja. "Huwa għal din ir-raġuni li nemmen li Malta ser tkompli tiżviluppa l-vokazzjoni unika tagħha – dik li tkun hub għall-paċi u għad-djalogu, fir- reġjun Ewro-Mediterran. Jiena konvinta li, meta intom bħala żgħażagħ tpoġġu l-valuri tad- drittijiet tal-bniedem fil-prattika, tkunu qed tagħtu l-kontribut siewi tagħkom, sabiex tiżguraw l-iżvilupp demokratiku kontinwu tas-soċjetà tagħna, tar-reġjun tagħna u tad-dinja kollha tagħna," ikkonkludiet il- President Coleiro Preca. Fl-aħħar tad-diskussjoni, ir-rappreżentanti tal-għaqdiet taż-żgħażagħ Maltin kixfu lapida kommemorattiva fil-Palazz ta' San Anton. Il-President tħeġġeġ liż-żgħażagħ jipparteċipaw fil-volontarjat Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne flimkien mas-Segretarju Par- lamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis waqt l-iffirmar tal-MoU bejn id- Dipartiment tal-Kura Primarja u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali.