Illum previous editions

ILLUM 16 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1062632

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

ILKAP tad-Delegazzjoni Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew, David Casa, ma qagħadx idur mal-lewża meta ntalab mill-ILLUM biex jirreaġixxi għall- kummenti tal-kollega tiegħu, l-Ewroparlamentari Ana Gomes, li nhar il- Ħadd li għadda, qalet lil din il-gazzetta li Adrian Delia għandu jirriżenja. "Adrian Delia mhux qiegħed fil-poter biex jimmina xi investigazzjoni," insista Casa għall-kuntrarju ta' dak li qalet Gomes meta akkużat lill-Kap tal-Oppożizzjoni li jrid jibqa' fil-kariga biex "ma jħallix lill-awtoritajiet jagħmlu investigazzjoni estensiva u kif suppost." Casa ħareġ għonqu għall- Kap Nazzjonalista u fakkar lil Gomes u lil kulħadd li "għal darba, darbtejn, (Delia) stieden lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jekk għandu xi mistoqsijiet x'jagħmillu, jista' jmur u jagħmilhomlu." Mistoqsi jekk jaqbilx mal- kummenti li għadda l-Kandidat Nazzjonalista Frank Psaila, meta qal li Ana Gomes waqgħet għall-"ispin ta' Kastilja," David Casa saħaq li Gomes għandha aċċess għal dak li jintqal fil-pubbliku u bħal kulħadd tasal għall- konklużjonijiet tagħha. Madanakollu kompla jgħid li huwa żgur li Kastilja hija bla ebda dubju "l-instigatur ta' kull xniegħa jew attakk fuq kwalunkwe persuni li jazzardaw jiqfulha." Għalfejn Gomes trid lil Delia jirreżenja? Ana Gomes tkellmet esklussivament mal-gazzetta ILLUM wara li bħal-lum tliet ġimgħat, The Sunday Times żvelat kif il-Pulizija qed jinvestigaw l-allegat involviment tal-Kap tal-Oppożizzjoni f 'xibka ta' prostituzzjoni f 'Soho, wara rapport li rċevew mill-FIAU f 'Marzu li għadda. Kollox kien beda meta Daphne Caruana Galizia kienet allegat li żewġ aħwa Maltin, Eucharist u Emanuel Bajada kienu qed imexxu burdell f 'Soho, Londra u l-flus li kienu qed jagħmlu mill-kirjiet ta' appartamenti, Eucharist kien qed ipoġġihom f 'kont f 'Jersey li kien f 'isem Adrian Delia. Skont Daphne Caruana Galizia, il-kont kien miftuħ espliċitament għal għanijiet ta' ħasil tal-flus. X'kienet l-ewwel reazzjoni ta' Casa għall-kummenti ta' Gomes? Mistoqsi x'kienet l-ewwel reazzjoni tiegħu għall- kundanna ta' Ana Gomes u s-sejħa biex Delia jirriżenja, l-Ewroparlamentari reġa' tefa' l-ballun f 'saqajn Kastilja u insista li kull meta "Joseph Muscat isib dahru mal-ħajt jara kif jagħmel biex jeqleb id-diskors minn dak li jkun qiegħed jiġri fuq il-klikka tiegħu f 'Kastilja." Casa insista li kull min jikxef il-korruzzjoni tal-Gvern jew inkella jiġġieled "il-klikka ta' Muscat," qed jispiċċa fil-mira ta' attakki kkordinati u bla bażi. "Dan għamluh lili, għamluh lill-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil u issa jmiss lill-Kap Adrian Delia," saħaq Casa. Iżda aktar minn hekk insista li l-aħbar li Delia qiegħed taħt skrutinju kienet aħbar li kienu ilhom jispekulaw fuqha f 'Kastilja. "Ma għandhiex dubju li sar dan kollu abbażi ta' struzzjonijiet minn Kastilja stess. Huwa ovvju li l-għan ta' Muscat huwa li jipprova jpoġġi lil Adrian Delia u lil sħabu Keith Schembri u Konrad Mizzi f 'keffa waħda," kompla David Casa. "Hemm differenza enormi. Lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi qabduhom jisirqu mill-poplu Malti u Għawdxi." Għalhekk, anke jekk mhux jgħidha espliċitament, Casa qed ikompli ma' dak li qal is- illum | Il-Ħadd 16 ta' Diċembru2018 Casa jwieġeb lil Gomes: 'Delia mhu qed David Casa jirreaġixxi mal-gazzetta ILLUM wara li l-kollega tiegħu Ana Gomes fetħet il-kanuni kontra Adrian Delia u talbitu jirriżenja. Jisħaq li Kastilja hija s-sors ta' kull xniegħa fuq kull min jazzarda jiqfi lha Aħbarijiet 8 ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Titjiriet diretti bejn Malta u l-Qatar minn Ġunju li ġej MINN Ġunju li ġej, il-Qatar Airways se tibda topera titjira diretta minn Malta għall-kapitali Doha. It-titjira mill-Qatar lejn Malta se ssir kuljum tul l-istaġun tas-sajf u erba' darbiet fil-ġimgħa tul ix-xitwa. Il-ftehim intlaħaq waqt żjara tal-Ministru Konrad Mizzi fil-Qatar fejn kellu laqgħat mal-Kap Eżekuttiv tal-Linja tal- Ajru, Akbar Al Baker. Dan huwa t-tieni ftehim li ntlaħaq bejn Malta u l-Qatar Airways hekk kif l-Air Malta se tkun qed tagħti t-taħriġ lill- piloti ġodda ta' din il-Linja tal-Ajru.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 December 2018