Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1062632
14 Storja illum | Il-Ħadd 16 ta' Diċembru 2018 Minn Patri Hermann Duncan O.Carm F'PAJJIŻNA kellna u għad għandna nies li jħobbu ħafna l-ilsien Malti. Illum ħa nitkellmu dwar Mikiel Anton Vassalli li ħadem kemm felaħ biex l-Ilsien Malti jiġi 'l quddiem, skont kif nafu dwaru mill-poeta Ninu Cremona. Vassalli twieled nhar il- 5 ta' Marzu 1764 ġewwa Ħaż-Żebbuġ, iben Gabriel u Katarina Vassallo. Huwa ġie mgħammed mill- kappillan ta' raħal twelidu Dun Franġisk Grima. Fil- magħmudija semmewh għal missier missieru Mikiel u t-tieni isem kien għal missier ommu, Antonio Magro. Ftit li xejn nafu dwar il-familja u t-trobbija tiegħu għajr li kellu żewġ ħutu Saver u Marcella. Vassalli mietlu missieru meta kellu 6 snin u ommu reġgħet żżewġet lil Gejtanu Mifsud fl-1770. Dan il-bniedem kien ħaddiem tar-raba'. Skont it-tagħrif li għandna Vassalli daħal is-seminarju tal-Imdina iżda ma kompliex. Hemm min jgħid li sakemm Vassalli kellu 17-il sena ma kien jaf bl-ebda lsien ħlief il-Malti. Wara ftit żmien telaq jistudja Ruma biex jissokta fit- tagħlim. Jingħad li meta kien Ruma huwa għad jifli l-għamla tal- Ilsien Malti u jfassal alfabett. L-ewwel xogħol li ħareġ kien "L-alfabeto Maltese spiegato in lingua Maltese ed Italiano" li kien ġie stampat ġewwa Ruma fl-1790. Għamel ukoll dizzjunarju Malti u pubblikazzjoni fuq il-Grammatika, fejn kellu jitgħallem l-Għarbi u lingwi Semitiċi oħra. Mid-Daħla tal-Grammatika Maltija bil-Latin (1791) u minn dik tal-Grammatika li ħareġ fl-1827 nieħdu li l-ewwel alfabett Malti, magħmul b'ittri fonetiċi fuq dak ta' ilsna Semitiċi bħall-Malti, kien minnu msawwar sa mill-1788. FI-1791 ħareġ il-Grammatika Maltija bil- Latin taħt l-isem ta' "Mylsen Phoenico - Punicum sive Grammatica Melitensis." F'Awwissu tal-1792 Vassalli niżel Palermo fejn ħadem fuq 3 epigrafi ta' oqbra miktubin bl-Għarbi taħt l-isem "Tria Monumenta Lapidea Sepulcralia Kufico- Arabico-Sicula...". Dawn il-lapidi kienu jinsabu ġewwa Palermo fid-dar ta' ċertu Antonio Magnasco u meħuda fil-Bibjoteka tas- senat ta' Palermo. Skont dokumenti li nafu bihom jidher li fis-sajf tal- 1797 Vassalli kien jinsab Malta fejn kien imdeffes f 'tixwix li kien hawn kontra l-Ordni u milli jidher ukoll kien ilu hawn biċċa żmien sewwa għaliex madwaru kellu bosta nies li kienu qegħdin jgħinuh u għamluh kap tagħhom. Vassalli dak iż-żmien kien magħruf hawn Malta bħalha raġel veru għaref mixgħul b'ħeġġa kbira li kellu l-isbaħ ħsibijiet għal pajjiżu. Għalhekk xi Maltin li kienu mdejqin mill-ħakma tal-Ordni, u oħrajn, imsejħin tal-Partit Ġakbin, għażluh biex taħt iċ-ċirkostanzi koroh ta' dawn iż-żminijiet isewwi l-Malta billi ssir tibdil fil-gvern ta' Malta. Għalhekk f 'dan iż-żmien il-vokabularju tiegħu beda jinbiegħ u jixxerred iktar. Iżda Vassalli qatt ma kellu f 'rasu li jeħles mill–gvern tal–Ordni. Iżda għall-ġid ta' Gżiritna l-Maltin ikollhom il-jedd li jistħoqqilhom bħala nazzjon u li jinfetħu għall-kummerċ ma' artijiet u qawwiet li minnhom Malta setgħet tikseb iktar ġid. L-isem tiegħu fil-ġrajjiet ta' pajjiżna jidher biss fl-aħħar żminijiet tal-Ordni iżda dan nafuħ biss mill-Kanonku Fortunat Panzavecchia. Wara li daħlu l-Franċiżi u telqu minn Malta isem Vassalli ma deher f 'ebda paġna ta' ġrajjitna. Iżda wara l-istudji tiegħu biex jaqdi x-xewqat ta' ħbiebu, kellu jbati saħansitra l-ħabs, ġuħ u fl-aħħar turufnament għal madwar 19-il sena. Wara s-sentenza li tawh il-Franċiżi nafu biss li huwa telaq minn Malta fuq bastiment Grieg u niżżluh fl-art ta' Salerno. Vassalli reġa' lura Malta wara li dam turufnat xi għoxrin sena ġewwa l-art ta' Franza. L-ewwel tagħrif li hemm tal-miġja tiegħu lura lejna pajjiżna jinsab fil-gazzetta tal-Gvern tal-1820 fejn kien hemm riklam għal- lezzjonijiet tal-privat tal- Franċiż minn Vassalli. It-tibdil li sab hawn Malta kienet ħaġa li ma tantx setgħet timlielu u tfarraġlu qalbu. Fortunatament sab bniedem li wera wiċċ ħanin lejh u kien ta' għajnuna fiż- żmien il-bqija ta' ħajtu. Dan kien John Hookham Frere li kien ġie joqgħod Malta fis- sena 1821 minħabba saħħet martu. Hookham Frere kien bniedem intellettwali u kellu ħafna karigi għolja fosthom ambaxxatur pleni Potenzjarju tal-Portugall u ministru Ingliż fi Spanja. Wara li telaq mill-ħajja diplomatika kien ta ruħu għat-traduzzjoni ta' poeti Latini u Griegi, fosthom l-iktar għat-traduzzjoni tal- kummiedji ta' "Aristofane" li tlieta minnhom stampahom l-ewwel darba fl-Istamperija tal-Gvern ta' hawn Malta biex iqassamhom fost il- ħbieb. Dan sar ħabib ma' Vassalli u flimkien wettqu bosta xogħlijiet. Bis-saħħa ta' Frere, Vassalli sab kariga ġewwa l-Università ta' Malta bħala Professur tal-Ilsna Orjentali fejn għal xi żmien ta lezzjonijiet tal-Malti wkoll. Bejn l-1823 u l-1825 għamel traduzzjoni bil- Malti tal-4 vanġelji. Fl- 1825 Vassalli kien ħejja edizzjoni ġdida bit-Taljan tal- Grammatika Maltija li fihom kien ġabar il-lezzjonijiet kollha li hu kien laħaq ta fil- kors tal-Malti fl-Università. Insibu wkoll li qaleb għall- Malti diversi kotba tal- Iskrittura. Fl-aħħar żminijiet ta' ħajtu jidher li ħareġ Lexicon li kien ġie stampat għand il-Propoganda Fide f 'Ruma. Huwa għadda għall-ħajja ta' dejjem fit-12 ta' Jannar 1829 ġewwa Malta meta kellu 65. Vassalli u l-imħabba tiegħu għall-Ilsien Malti