Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1062632
9 Aħbarijiet Il-Ħadd 16 ta' Diċembru 2018 | illum qed jimmina l-ebda investigazzjoni' Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli, jiġifieri li l-aħbar li Adrian Delia qed ikun investigat "hija biss spin ta' Kastilja," u li allura, skont dan ir- raġunament, Gomes kienet qed tirreaġixxi għall-istess "spin." Gomes kienet qed tirrifletti t-tħassib tad-delegazzjoni li kienet tmexxi? Ana Gomes kienet ukoll qed tmexxi delegazzjoni tal-Parlament Ewropew, li fiha kien hemm David Casa u li ġiet Malta diversi drabi biex tinvestiga l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u anke s-Saltna tad-Dritt. Kien għalhekk li l-ILLUM staqsiet lil Casa, jekk il-kummenti ta' Gomes dwar Delia jirriflettux il-konklużjonijiet tal-istess delegazzjoni. Casa kien skjett fit-tweġiba tiegħu u insista li l-aħħar delegazzjoni li kien parti minnha f 'Ġunju li għadda ma ġietx Malta dwar l-allegazzjonijet fuq il-Kap tal-Oppożizzjoni, imma ġiet tinvestiga dak li sejjaħlu bħala l-kollass tas-Saltna tad- Dritt f 'Malta. Iżda dan jikkuntrasta mat-tweġiba li l-gazzetta ILLUM kienet kisbet mill- Ewroparlamentari Sven Giegold, fi tmiem iż-żjara tad-delegazzjoni f 'Malta. Dakinhar, Giegold kien ikkonferma li waqt il- laqgħa li kellhom ma' delegazzjoni mill-Partit Nazzjonalista, huwa qajjem il-kwistjoni dwar l-allegazzjonijiet ta' Caruana Galizia fuq Delia. Giegold kien saħaq li meta jitkellem dwar Saltna tad-Dritt, ikun qed jirreferi għal kulħadd u għal kull partit politiku. Madanakollu, David Casa dawwar l-attenzjoni fuq il- mument meta Ana Gomes qamet tipprotesta kontra l-Prim Ministru Joseph Muscat waqt il-Kungress tas-Soċjalisti f 'Lisbona. Fakkar li kull meta d-delegazzjoni tal- Parlament Ewropew żaret Malta dejjem ippubblikat it-tħassib tagħha dwar is- Saltna tad-Dritt f 'Malta u l-problemi ta' korruzzjoni istituzzjonalizzata li fi kliemi nħakmu bihom entitajiet, fosthom il-Korp tal-Pulizija. "Dawn l-istess istituzzjonijiet issa qed jintużaw bħala armi kontra l-istess nies li huma suppost jipproteġu… sitwazzjoni diżgustanti u surreali," kompla Casa. "Mhux ta' b'xejn li Ana Gomes għajret lil Muscat korrott." 'Il-PN intiż li ssir ġustizzja ma' min kiser il-liġi' Biex ikompli jisħaq li "Delia mhu qed jimmina l-ebda investigazzjoni," David Casa fakkar ukoll fil-mozzjoni mressqa mid-Deputat Chris Said sena ilu biex bord ta' inkjesti, magħmul minn tliet imħallfin irtirati u approvat b'żewġ terzi tal-Parlament, jinvestiga l-imġiba ta' uffiċjali u entitajiet pubbliċi u jkun stabbilit jekk dawn wettqux korruzzjoni jew abbuż ta' poter. Fost oħrajn, il- mozzjoni kienet issejjaħ biex jiġu investigati l-Korp tal-Pulizija, l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-FIAU. Casa fakkar li Delia kien qabel ma' din il-mozzjoni li fi kliemu, il-Gvern Laburista kien "irrifjuta u waqqaf." Apparti minn hekk kompla jisħaq li kemm ilu fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia talab hu stess li jinfetħu investigazzjonijiet bħalma huma dawk dwar l-inkjesta indipendenti fuq il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u anke talab inkjesta fuq il-kuntratt tal-Gvern mal-Vitals Global Healthcare. "Dan l-aġir jispjega kulma hemm bżonn tifhem – li l-Partit Nazzjonalista, bil-Kap u d-Deputati kollha tiegħu, huma intiżi biex issir ġustizzja ma min kiser il-liġi," saħaq Casa. "Għal Gvern li tant għajjat fuq Whistleblower Acts u l-eliminazzjoni tal- koruzzjoni, dan il- Gvern ikisser bl-iżjed mod viljakk lil kull min jazzarda jikxiflu xturu." Konrad Mizzi jisħaq li nkisrulu d-drittijiet tiegħu fil-każ tal-appelli Panama ILMINISTRU Konrad Mizzi fetaħ Każ Kostituzzjonali jisħaq li nkisirlu d-dritt tiegħu għal smigħ xieraq fil-każ tal-appelli dwar il-kumpaniji fil-Panama. Mizzi qed jisħaq li l-għan tal- proċess ġudizzjarju miftuħ mill- eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil huwa sempliċiment li jitfa' dell fuq l-integrità tiegħu. Wara applikazzjoni ta' Simon Busuttil, il-Maġistrat Ian Farrugia kien ordna li tibda investigazzjoni dwar il-kumpaniji fil-Panama kontra seba' individwi, jiġifieri l-Prim Ministru Joseph Muscat, iċ- Chief of Staff Keith Schembri, il-Ministru Konrad Mizzi, Brian Tonna, Karl Cini, Malcolm Scerri u Adrian Hillman. Kollha kemm huma kienu appellaw din id-deċiżjoni. Dawn l-appelli kellhom jinstemgħu quddiem l-Imħallef Antonio Mizzi, issa irtirat, iżda Simon Busuttil kien talab li dan jirrikuża ruħu u għal dan il-għan kien infetaħ Każ Kostituzzjonali, kollox minħabba l-fatt li huwa r-raġel tal-Ewroparlamentari Laburista Marlene Mizzi. Il-Qorti kienet tat raġun lil Simon Busuttil, iżda l-Avukat Ġenerali kien appella minn din id-deċiżjoni, bil-Qorti tal-Appell tiddeċiedi li l-Imħallef Antonio Mizzi jista' jkompli jisma' l-appell. Madanakollu, Antonio Mizzi baqa' ma semax il-każ tal- Panama Papers hekk kif mexxa s-smigħ tal-każ għal dan ix- xahar, jiġifieri għal wara li rtira, biex hekk, l-appelli jinstemgħu minn Imħallef ieħor. Fl-applikazzjoni tiegħu, il-Ministru Konrad Mizzi qed jisħaq li hu, flimkien mas-sitt persuni l-oħra, ma kellhomx "id-dritt li jipparteċipaw b'mod attiv fil-proċeduri," meta Busuttil ippreżenta d-dokumenti u s-sottomissjonijiet tiegħu permezz tal-avukat. Kompla jisħaq li t-talba ta' Busuttil biex l-Imħallef Mizzi jirrikuża ruħu ma kien xejn għajr attentat biex il-proċedura titwal. Waqt li għamel referenza għall-kummenti ta' Busuttil, jiġifieri li se jieħu l-każ quddiem il-qrati Ewropew, il-fatt li sal- lum ma nfetħu l-ebda proċeduri f 'dawn il-qrati, jippruvaw, skont l-applikazzjoni ta' Mizzi, "l-intenzjoni qarrieqa" ta' Simon Busuttil. Mizzi jakkuża wkoll lil Simon Busuttil li qed jipprova jimmanipula l-proċeduri billi wara kull smigħ jagħti kummenti lill-midja. Għalhekk, Konrad Miziz qed jitlob lill-Qorti biex tiddikjara l-proċeduri bħala "nulli u ineffettivi."