Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1065917
3 Aħbarijiet RAPPORT ġdid li rriċerka l-istat ta' saħħa madwar l-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea, qiegħed jinnota kif f 'Malta, ir-rata ta' obeżità madwar l-adulti hi ta' 26%. B'hekk aktar minn kwart tal-adulti Maltin attwalment huma obeżi. Skont ir-rapport, 'Health at a Glance: Europe 2018', ir-rata medja tal-obeżità madwar il-pajjiżi tal-UE hi ta' 16%. B'hekk ir-rata rreġistrata f 'Malta hi 10% aktar mill-medja Ewropea. Għaldaqstant ir- riċerkaturi f 'dan l-istudju nnutaw kif fit-18-il sena li għaddew, ir-rata ta' obeżità żdiedet kważi f 'kull pajjiż madwar l-Ewropa b'mod partikolari fil-Finlandja, Franza, l-Irlanda, l-Olanda u l-Isvezja, pajjiżi li storikament dejjem kellhom rati baxxi ta' obeżità. Min-naħa l-oħra, f 'pajjiżi bħall-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, il-Greċja, l-Italja, il-Latvja u l-Polonja r-rati baqgħu kważi l-istess. Apparti minn dan ir- rapport allarmanti, rapport ieħor lokali li ġie ppubblikat din is-sena, sab li 40% tat- tfal bejn l-età ta' 3 snin u 16-il sena għandhom piż żejjed. L-ogħla rata kienet irrapportat fi tfal bejn l-etajiet ta' ħames u tmien snin. Iżda dan mhux biss hekk, kif rapport ieħor imħejji mill-Imperail College of London mal- Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) u li kien ippubblikat din is-sena fil- ġurnal mediku The Lancet sab in-nisa Maltin huma l-aktar obeżi fl-Ewropa. L-istudju sab b'kollox, 11.3% tat-tfajliet Maltin huma obeżi. Intant, ir-rapport stess isemmi kif il-problema tal-obeżità hi marbuta ma' spejjeż sinifikanti fil-kura tas-saħħa. Apparti minn hekk skont dan ir-rapport, l-obeżità tinfluwenza b'mod detrimentali wkoll l-ekonomija tal-pajjiż, dan minħabba tnaqqis fl-impjiegi u t-telf fil-produttività tax- xogħol. Dan l-istess punt kien ġie rifless fi studju separat mid-ditta tal-awdituri Pricewaterhouse Coopers, ippubblikat f 'Ġunju 2016. Dak iż-żmien, l-awdituri kienu qalu li l-problema tal- obeżità qed tiswa lil Malta mas-€36 miljun fis-sena. Skont diversi esperti mediċi, l-obeżità twassal għal diversi problemi tas-saħħa fosthom: pressjoni għolja, kolesterol għoli, dijabete, mard kardjovaskolari u anke xi forom ta' kanċer filwaqt ukoll, li żżid ir-riskju għal mard kroniku. Il-Ħadd 23 ta' Diċembru 2018 | illum Aktar minn kwart tal- adulti Maltin obeżi lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter 40% tat-tfal Maltin obeżi jew b'piż żejjed, it-tfajliet Maltin l-aktar obeżi madwar il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u issa uffi ċjalment aktar minn kwart tal-adulti Maltin obeżi