Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1065917
Sports 29 Il-Ħadd 23 ta' Diċembru 2018 | illum Ella Borg tagħlaq is-sena bil-kbir minn Cristian Antony Muscat ILĠINNASTA promettenti Ella Borg terġa' tissemma' hekk kif kisbet suċċess kemm fix- xena lokali kif ukoll dik internazzjonali. Il-bidu ta' Diċembru ġab miegħu impenn internazzjonali għal Ella, fejn sabet postha fuq il-podju fil- kompetizzjoni Memorial Laza Krstic Marica Dzelatovic fis-Serbja. Ella rebħet midalja tal-fidda fuq il-floor u tal-bronż fuq il-beam, bit-total tal-punti tagħha jrebbaħha t-titlu tat-tielet post overall. Dan huwa riżultat tajjeb ferm meta tqis li Malta kkompetiet ma' atleti mill-Italja, il- Bulgarija, id-Danimarka, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka u s-Serbja. L-Italja hija forza qawwija fid-dinja tal- ġinnastika għalhekk bosta stennew li jkunu tliet Taljani fuq il-podju bħalma ġara fil-kategoriji l-oħra. Għalhekk hija xi ħaġa partikolarment impressjonanti li bil- prestazzjoni tagħha Ella rnexxielha tirbaħ l-overall. Waqt li kienet imsiefra, Ella tilfet is- serata finali tal-Kumitat Olimpiku Malti fejn ġiet irrikonoxxuta bi premju speċjali għall-midalji tad- deheb li akkumulat tul is-sena. Ella xtaqet tirringrazzja lill-Kumitat Olimpiku Malti ta' dan il-premju u tas-sapport kontinwu li joffrulha. Lura f 'Malta, Ella wriet il-konsistenza tagħha fil-Kampjonat Nazzjonali organizzat mill-Federazzjoni Maltija tal-Ginnastika billi żammet it-titlu tal-ewwel post overall għal sena oħra. Ella rebħet midalja tad-deheb fuq kull apparatus u b'hekk, b'ħames midalji tad-deheb m'għonqha, kisbet il-massimu li setgħet tikseb f 'din il- kompetizzjoni. Dawn is-suċċessi jkomplu jissudaw il-post ta' Ella bħala figura promettenti fil-ġinnastika kif ukoll jawguraw tajjeb għall- futur. 'Se nkunu qed nużaw din l-esperjenza unika li kellna biex inkomplu naħdmu għall-futur ta' dawn it-tfal' - Dorianne Theuma minn Cristian Antony Muscat Riċentament, it-tim nazzjonali Malti tan-nisa ta' taħt il-15-il sena ħa sehem f 'turnew fit-Tajlandja fejn kiseb żewġ rebħiet u sofra telfa waħda. Fl-ewwel pertita, Malta rebħet bl-iskor ta' 3 – 2 kontra l-Mongolja. It-tim immexxi minn Dorianne Theuma bdew tajjeb ħafna tant li wara żewġ minuti marru fil-vantaġġ grazzi għal awto-gowl sfortunat. Fis-26 minuta, Haley Bugeja għamlet l-iskor 2 – 0 bl-avversarji jnaqqsu d-distakk minuta wara biex l-iskor sat-tmiem l-ewwel taqsima baqa' dak ta' 2 – 1. Mas-60 minuta, it-tim Malti skorja t-tielet goal tiegħu permezz ta' Veronique Mifsud u erba' minuti mit- tmiem it-tim tal-Mongolja reġgħu naqqsu d-distakk għall-iskor finali ta' 3 – 2. Intant, fit-tieni partita, Malta għelbet lil Singapore bl-iskor kbir ta' 4-0, waqt li sfortunatament fit-tielet partita, il-maltin sfaw megħluba mit-Tajlandja bl- iskor ta' 2-0. Dorianne Theuma tatna iktar dettalji: Ninsabu sodisfatti bil-wirja li kellna f 'kull logħba li lgħabna. Fl-ewwel żewġ logħbiet lgħabna kontra timijiet tal-istess livell tagħna u rnexxielna noħorġu b'riżultat pożittiv fejn kemm teknikament kif ukoll tattikament konna superjuri għalihom. Fl-aħħar logħba tlifna kontra t-Tajlandja, tim li fuq il- karta huwa iktar ikkwotat minna. Però, il-plejers kienu tattikament iddixiplinati u kienu kapaċi jikkontrollaw tajjeb il-ħeffa tal-avversarji. Sfortunatament, qlajna gowls li faċilment setgħu ġew evitati. Nużaw din l-esperjenza unika li kellna biex inkomplu naħdmu għall-futur ta' dawn it-tfal!" naħdmu għall-futur ta' dawn it-tfal' - Dorianne Theuma