Illum previous editions

ILLUM 23 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1065917

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 23 ta' Diċembru 2018 Minn Yendrick Cioffi NICKIE Vella de Fremeaux fetħet proċeduri uffiċjali biex tissepara mill-Kap tal- Partit Nazzjonalista Adrian Delia. Il-gazzetta oħt MaltaToday qalet li f 'ittra datata 21 ta' Diċembru, l-avukat tagħha talab lill-Qorti tal-Familja biex jibdew il-proċeduri għall- każ ta' separazzjoni. Kien f 'Ottubru li għadda li fi stqarrija Delia ħabbar li r-relazzjoni tiegħu ma' martu kienet għaddejja minn "żmien diffiċli." Dakinhar, Delia kien talab biex tkun irrispettata l-privatezza tal-familja tiegħu, wara li l-blogger Manuel Delia kien kiteb blog li fih spjega kif Vella de Fremaux kienet bagħtet ittra legali lil Delia titolbu s-separazzjoni. Minn dakinhar, Vella de Fremeaux infurmat lil Adrian Delia li se tipproċedi fil-Qorti għas-separazzjoni. Il-koppja għandhom ħamest itfal. Vella de Fremeaux tiftaħ proċeduri fil-Qorti għas-separazzjoni L-Avukat ta' mart il-Kap tal- Oppożizzjoni talab lill-Qorti tal-Familja biex ikunu jistgħu jibdew uffiċjalment il-proċeduri għas-separazzjoni JEKK dan il-Milied ma għandekx ma min tqattgħu, l-Arċidjoċesi ta' Malta flimkien ma' Caritas Malta qed jistednuk għall-ikla tradizzjonali tal-Milied fil-Kurja tal- Arċisqof. Din se tkun ir-raba' sena konsekuttiva li Caritas Malta, bl-appoġġ ta' Alf. Mizzi Foundation u l-Uffiċċju tal-President, se jkunu qed jorganizzaw din l-ikla. Ilbieraħ, l-Arċisqof Charles Scicluna, flimkien mal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea- Curmi, flimkien mad-Direttur ta' Caritas Malta Anthony Gatt, iltaqgħu mal-voluntiera li qed iħejju għall-ikla ta' Jum il-Milied. Din is-sena, għal din l-ikla se jkunu qed jattendu madwar 500 persuna. Min-naħa tiegħu, l-Arċisqof ta' Malta Charles Scicluna saħaq li s-solitudni diffiċli tkun eliminata kompletament, madanakollu insista dwar l-importanza li kull persuna tħoss l-għożża tal-komunità li jkun qed jgħix fiha, speċjalment f 'dawn iż-żminijiet ta' festa. 500 persuna se jattendu għall- ikla tal-Caritas f 'nhar il-Milied WAQT ċerimonja f 'Ħal Farruġ ġie inawgurat Komunità Santa Marija, ċentru ta' riabilitazzjoni mid-droga fejn il-post inbena kompletament mill- ġdid biex jaqdi tajjeb l-irwol tiegħu. Ix-xogħol sar b'investiment ta' madwar €80,000. Waqt l-inawgurazzjoni, il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon faħħar lill-istaff kollu, lill-ħaddiema li ħadmu fuq dan il-proġett kif ukoll lit- 18-il resident li ħadmu biex trasformaw dan iċ-ċentru f 'residenza adattata. F'dan iċ-ċentru diġà qed jgħixu fih ir-residenti u ta' kuljum isegwu programmi ppjanati għall-esiġenzi tagħhom bil-għan li joħorġu mill-vizzju tad-droga. S'issa huma biss residenti rġiel li qed jgħixu fih iżda hemm il-ħsieb li jidħlu anke residenti nisa. Fid-diskors tiegħu, il- Ministru Michael Falzon qal li l-Gvern se jkompli jieħu rwol attiv biex joħloq aktar għarfien serju dwar il-problema tad-droga li anke tinsab fost adoloxxenti ta' bejn it-12 u s-16-il sena. Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għall-Ħarsien tas-Servizzi Soċjali Alfred Grixti qal li fejn jidħlu servizzi hemm mira għolja għax il-fondazzjoni trid tkun l-aqwa f 'dan il-qasam. Dan iċ-ċentru ta' riabilitazzjoni hu wieħed miċ-ċentri ta' riabilitazzjoni tad-droga mmexxija mill- Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali (FSWS) permezz ta' Aġenzija Sedqa. ANZJAN ta' 64 sena tilef ħajtu wara li waqa' żewġ sulari mill-gallarija tar- residenza tiegħu. Fi stqarrija, il-Pulizija spjegaw kif mill- ewwel informazzjoni, jirriżulta li l-anzjan għal xi raġuni żelaq waqt li kienet fil- gallarija, bil-konsegwenza li waqa' għal isfel. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:30am fi Triq is-Sikka n-Naxxar. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir- raġel Mater Dei fejn kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara. Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali. Anzjan jitlef ħajtu wara li waqa' mill-gallarija tad-dar Jinbena mill-ġdid iċ- ċentru ta' riabilitazzjoni mid-droga Santa Marija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 December 2018