Illum previous editions

ILLUM 23 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1065917

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

Sports 31 Il-Ħadd 23 ta' Diċembru 2018 | illum Qali stess. Apparti dawn, wieħed bilfors li jrid jagħmel training addizzjonali b'mod individwali bbażżat fuq attività fiżika jew eżerċizzji l-gym. Għandek xi ħolma partikolari fil- karriera ta' referi? L-ewwel ħolma tkun li wieħed ikun nominat fuq il-FIFA Panel u li dik issa seħħet. Wara dik żgur li l-ħolma ta' kull referì hija li jagħmel ħiltu u jmur tajjeb, u li jipprova javvanza 'l quddiem kemm jista'. Għandek xi idolu partikolari kemm fil-ħajja inġenerali kif ukoll fil-kamp sportiv, forsi xi referì? L-idoli tiegħi huma żgur il- ġenituri tiegħi għax jekk jien wasalt f 'dan il-punt f 'ħajti huwa żgur grazzi għalihom bit-tagħlim, pariri u anke trobbija li tawni biex ma nsemmux ukoll sagrifiċċji li jkun hemm li ma jidhrux, imma li jilagħbu parti importanti. Naf li wara l-logħbiet taraw xi vidjows tal-logħob fejn hemmhekk tiddiskutu xi azzjonijiet kontroversjali li fihom tkunu involuti intom ir-referees. Kemm jgħinu dawn il-laqgħat? Il-laqgħat isiru bejn wieħed u ieħor darba fix-xahar. Allura, wieħed ma jistax jibbaża biss fuq dawn il-laqgħat, imma jrid ikun hu li jinteressa ruħu u janalizza l-logħba li kellu u jara f 'liema affarijiet mar tajjeb u f 'liema seta' mar aħjar – it-tajbin wieħed jibqa' jaħdem fuqhom ħalli jsaħħaħ il- potenzjal li għandu, u l-oħrajn irid jaħdem fuqhom biex itejjibhom kemm jista' jkun. Ikollkom laqgħat ta' informazzjoni u ta' aġġornamenti fir-regoli bħala referis li tikkontrollaw il-logħob tal-futbol f 'pajjiżna? Jekk iva, dawn isiru b'mod regolari? Meta jkollna laqgħat regolari, dejjem inkunu qed nittrattaw ukoll regoli, jiġifieri aġġornamenti dejjem ikollna. L-iktar tibdil normalment ikun qabel il-bidu tal-istaġun u dawn ikunu trattati mill-ewwel fil-pre-season seminar li jkollna organizzat mis-settur tar- Refereeing. Kif qed tħares 'il quddiem lejn il- karriera tiegħek ta' referì? Kif diġà semmejt, wieħed għandu dejjem jagħmel ħiltu u jmur tajjeb u jipprova jmur 'l quddiem kemm jista' jkun billi jibqa' jżomm il- personalità u l-attitudni tiegħu li wassluh għal dan it-tragward tal- badge tal-FIFA. Għaddi messaġġ lil dawk is-subien jew ġuvintur li jixtiequ jieħdu bis-serjetà l-futbol u, min jaf, forsi bħalek jagħmlu karriera bħala referì. Il-messaġġ huwa wieħed sempliċi u applikabbli kemm għall-ġuvintur kif ukoll għat-tfajliet imħajrin fir-refereeing: biex tkun involut fil-futbol, l-ewwel ħaġa hija li trid tħobb il-futbol – din hija importanti għal kull persuna li hija involuta fid-dinja tal-futbol. Xi kultant jidher li n-nies involuti forsi mhumiex daqshekk interessati bis-serjetà fil-futbol u din speċjalment toħroġ meta għandek nies li fil-ġurnata tal- lum jippruvaw ilaħħqu ma' ħafna affarijiet differenti f 'daqqa li jieħdu l-ħin. Iżda bħal kollox fil-ħajja, żgur li jekk wieħed jitfa' moħħu hemm fil-ħaġa li jagħmel, mela allura kull ħolma tista' ssir realtà. Il-karriera ta' referì mhix karriera faċli għax normalment taqla' fuq wiċċek imma finalment żgur li jekk titfa' moħħok hemm, fl-aħħar tieħu s-sodisfazzjon għal dak kollu li tkun ħdimt għalih matul is-snin - kif ġara fil-każ tiegħi meta llum il- ġurnata lħaqt it-tragward tal-badge tal-FIFA. il-ħolma tiegħi li kont ilni naħdem għaliha" Twieled l-31 ta' Ottubru 1988, f 'Tal-Pietà. Huwa wieħed mill-aqwa referis li pproduċa l-futbol Malti f 'dawn l-aħħar snin. Fil-jiem li għaddew ġie kkonfermat u ċjalment bħala r- raba' referì Malti bil-FIFA Badge. MATTHEW DE GABRIELE Ritratt: James Bianchi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 December 2018