Illum previous editions

ILLUM 23 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1065917

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 31

2 Aħbarijiet WARA li din il-ġimgtħa l-ajruport ta' Gatwick kellu jingħalaq għal aktar minn ġurnata minħabba drones li dehru jtiru fuq ir-runway, il-Linja Nazzjonali tal-Ajru, l-Air Malta, ħadet ħsieb tagħmel arranġamenti biex ma tħassar il-festi ta' ħadd u l-passiġġieri tagħha ma jkunux affetwati. Għaldaqstant, wara laqgħa urġenti li saret nhar il- Ħamis li għadda, minflok ħasret it-titjiriet tagħha lejn Gatwick, l-Air Makra sabet soluzzjonijijiet għall- passiġġieri tagħha. Il-linja tal-ajru biddlet il- bookings kollha tal-klijenti tagħha li kellhom jieqfu Gatwick, għal fuq titjiriet oħra lejn Heathrow f 'Londra. Mill-banda l-oħra, għal dawk li kellhom iħallu Gatwick għal Malta, l-Air Malta sabitilhom postijiet fuq titjiriet oħra tagħha u anke fuq ajruplani ta' linji tal-ajru oħra. Sa ftit tal-ħin wara din il- laqgħa, 80% tal-passiġġieri kollha kienu infurmati b'dawn l-arranġamenti. Apparti minn hekk, biex tlaħħaq mad-domanda u d-dewmien, nhar il-Ġimgħa, l-Air Malta ddeċidiet li topera żewġ titjiriet għal Southend Airport biex ħadd ma jitlef it-titjira. Intant, il-Pulizija f 'Londra arrestat żewġt persuni, raġel u mara, li x'aktarx kellhom x'jaqsmu ma' dan il-każ. L-ajruport reġa' nfetaħ wara li ġew affettwati aktar minn 140,000 passiġġier. illum | Il-Ħadd 23 ta' Diċembru 2018 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is- soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 48 • 9 • 6 • 69 • 17 32 • 79 • 66 Tlugħ Nru. 755 Royal Pharmacy, 271, Triq ir- Repubblika, Il-Belt Valletta Cosmed Pharmacy, Soccors, 7 Triq il-Franġiskani fi Triq Villambrosa, il-Ħamrun Brown's Pharmacy, 278, Triq il-Vitorja, Ħal Qormi St. Jude Pharmacy, 213, Triq il-Wied Birkirkara Tony's Pharmacy, 100, Triq Sir Patrick Stuart, il-Ġżira St. Andrew's Pharmacy, Triq il-Qasam, Tal-Ibraġġ Drug Store: Anglo Maltese Dispensary Ltd. 382, Triq Manwel Dimech, Tas- Sliema Misraħ Kola Pharmacy, Triq il-Pitkali Ħ'Attard Victory Pharmacy, 16, Pjazza il-Vitorja, in-Naxxar Qawra Pharmacy, Earl's Court/1, Triq l-Imħar, il-Qawra Theresa Jo Pharmacy, 3A, Triq Xintill, Ħal Tarxien Alpha Pharmacy, Triq Bormla k.m Vjal il-Kottoner, il-Fgura Medicor Pharmacy, 57, Triq Carmelo Ritchie, Xagħjra Gerada Pharmacy, 146, Triq Mater Boni Cosniglii, iż-Żejtun Chrysantemum Pharmacy, Triq San Nikola, il-Qrendi De Rohan Pharmacy, Triq Sant' Antnin, Ħaż-Żebbuġ Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Rabat Malta Batu Pharmacy, 38, Triq il-Palma, Victoria Għawdex Xagħra Pharmacy, 55, Triq il-Knisja, Xagħra Għawdex Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 12 ˚Ċ TEMP: Pjuttost imsaħħab li jsir sabiħ VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Majjistral forza 4 għal 5 lokalment forza 5 għal 6 li jsir Punent Majjistru forza 5 lokalment forza 6 BAĦAR Moderat L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 13˚Ċ TEMP: Ftit jew wisq imsaħħab VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Majjistral forza 5 għal 6 li jsir lokalment forza 4 għal 5 BAĦAR: Moderat Wara 'd-diżastru' f 'Gatwick l-Air Malta tagħmel arranġamenti biex ħadd ma jitlef it-titjira DIN il-ġimgħa kienet waħda impenjattiva ħafna għall-uffiċjali tad-Dwana hekk kif għamlu żewġ sejbiet kbar ta' droga f 'żewġ kontejners separati li waslu fil-Freeport. L-ewwel sejba seħħet it-Tlieta meta d-Dipartiment tad-Dwana sab aktar minn ħames tunnellati raża tal-kannabis, li l-valur tagħhom jammonta għal €7,450,000, moħbija f 'kontejner. Il-kontejner kien għadu kemm wasal Malta minn Spanja u kien indirizzat għal kumpanija rreġistrata f 'Malta. Din kienet it-tieni l-akbar sejba tad-droga f 'Malta. Il-Ġimgħa, id-Dwana ttraċċat u kkonfiskat 48 kilogramma ta' droga kokaina li waqfet Malta fi triqitha mill-Ekwador għall-Greċja. Dawn instabu ġo kontejner friża, moħbija f 'diversi pakketti fuq il-kompressur wara paletta. B'kollox, instabu 40 pakkett u wara testijiet li saru, irriżulta li s-sustanza kienet kokaina li l-valur tagħha kien ilaħħaq il-5 miljun ewro. Id-Dwana b'żewġ sejbiet kbar tad-droga fi ftit jiem

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 December 2018