Illum previous editions

ILLUM 23 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1065917

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

Sports 30 illum | Il-Ħadd 23 ta' Diċembru 2018 Ħa mmur mal-ewwel għall-punt. X'ħassejt meta ġejt mgħarraf li kont intgħażilt biex tkun wieħed mill-erba' referis Maltin fuq il- panel tal-FIFA? Bla dubju l-ewwel ħaġa li tħoss hija sodisfazzjon li tkun ilħaqt il- ħolma tiegħek li tkun ilek taħdem għaliha. Wieħed ta' min isemmi wkoll is-sagrifiċċji li tkun ilek tagħmel matul is-snin biex tasal f 'dan il-punt fil-karriera tiegħek. Kif għażilt ir-refereeing u propju r-refereeing fil-futbol? Qabel ma bdejt ir-refereeing jien kont nilgħab il-futbol, imma ġara li minħabba li ma ntlaħaqx ftehim mal-klabb li kont irreġistrat miegħu, iddeċidejt li nieqaf mill- futbol milgħub u nibda mill-ewwel kors fir-refereeing. Minn dak iż-żmien 'l hawn, komplejt sena wara l-oħra biex issa wasalt fil-11-il staġun tiegħi. Kemm għenek u xprunak biex tagħmel dan il-papà tiegħek, Gaetano? Kif għadni kif semmejt, jien bdejt ir-refereeing wara li ddeċidejt jien stess li nieqaf mill-futbol milgħub. Missieri kien għadu attiv dak iż-żmien, anke fix-xena internazzjonali, u għalkemm kont naf x'jinvolvi li tkun referì, qatt ma kien hu li ħajjarni nibda. Jiena ridt nibqa' involut fil-futbol u allura ddeċidejt li nibda bħala referì. Aħna l-ġurnalisti li nsegwu mill-viċin il-logħob tal-Premier, ninnutaw li r-rispett lejn ir-referis naqas ferm. Tikkonferma dan? Din il-mistoqsija jiena nista' nirrispondiha fuq l-persuna tiegħi bħala referì. Jiena nħoss li biex ikollok ir-rispett, wieħed irid jaħdem għalih u jiggwadanjah bl-attitudni, bil-ħidma u b'komunikazzjoni effettiva mal- persuni kollha involuti fil-logħba tal-futbol, mill-ikbar sal-iżgħar wieħed. Din hija xi ħaġa li għallimni missieri u żgur li hija xi ħaġa fattibbli peress li hu stess igawdi minn rispett kbir kemm fis- settur lokali u anke internazzjonali bħala referì observer tal-UEFA. Kif tipprepara ruħek fiżikament u psikoloġikament qabel il-logħba? Għal-logħba wieħed irid ikun lest kemm mentalment u kemm fiżikament biex ikollu prestazzjoni tajba. Fiżikament wieħed ilesti ruħu bis-sensiela ta' taħriġ diversi li jkollna mħejjija mill-physical coaches tagħna u kif ukoll isir taħriġ addizzjonali li wieħed għandu jagħmel apparti b'mod individwali. Mill-aspett l-ieħor, wieħed għandu jipprepara wkoll mentalment għal-logħba billi jsir homework u analiżi tat-timijiet li wieħed ikun ser jirreffja fil-logħba li jmiss, kif ukoll janalizza ċerti aspetti tekniċi ta' plejers individwali u xi tattiċi li ċerti timijiet jesprimu waqt il-logħob tagħhom. Naf li psikoloġikament trid tkun b'saħħtek biżżejjed biex ma tiġix influwenzat mill-kummenti tan-nies mhux biss qabel il-logħba iżda anki wara l-logħba. Kif tagħmel dan? Li wieħed jipprepara kif għadni kif semmejt huwa importanti ħafna – fil-fatt aħna għandna frażi li tgħid "Fail to Prepare, Prepare to Fail". Li mbagħad tkun b'saħħtek psikoloġikament biex ma tiġix influwenzat tiġi wkoll mill- personalità b'saħħitha li għandu l-individwu wara li jkun ipprepara b'mod professjonali għall-partita. Int ikollok numru ta' appointments internazzjonali ta' ċertu kalibru, iżda liema hija dik il-logħba li l-iktar tibqa' tiftakar? Sa issa kelli l-opportunità li mmur barra minn Malta fuq appointments tal-UEFA bħala raba' uffiċjal, u l-iktar fuq referee exchanges f 'postijiet diversi. Iżda l-iktar tnejn li niftakar huma żgur iż- żewġ logħbiet li kont għamilt bħala referì flimkien ma' sħabi assistenti minn Malta meta bħala parti mill- UEFA Course tal-CORE (Centre of Refereeing Excellence) li jsir parti bħala Introductory Course u t-tieni parti bħala Consolidation Course, kelli l-opportunità li nirreffja fiż- żewġ każi fil-leagues minuri tal- kampjonat Franċiż. Int żort diversi stadia barra minn Malta. Kif tqis ir-riżorsi li għandna f 'Malta fejn wieħed jista' jagħmel it-taħriġ tiegħu, meta kkumparati ma' dawk li wieħed isib barra minn Malta? Meta tiġi biex tagħmel paraguni wieħed irid iqabbel ma' dawk ta' tamparu – jiġifieri mistoqsija bħal din żgur li trid tiġi trattata meta wieħed ikollu iktar informazzjoni u eżatta ma' xiex jista' jqabbel. X' INHI r-relazzjoni tiegħek mal- Kap tad-Dipartiment tar-Referis, Kevin Azzopardi? Nista' ngħid li hija relazzjoni professjonali tajba u flimkien wieħed jipprova jaħdem mill-aħjar li jista' għall-futur. Taħseb li għad jasal żmien f 'Malta fejn wieħed ikun jista' jaqla' l-għixien tiegħu biss mir-refeering? Fil-futur diffiċli wieħed ibassar x'ser jiġri, iżda żgur li biex naslu f 'dak il-punt, hemm bżonn li n-nies kollha kkonċernati jaħsbuha bl-istess mod u li finalment tkun għall-ġid ta' kulħadd. Tittrenjaw f limkien bħala referis li tirrefjaw f 'Malta? Tagħmel ukoll xi taħrig personali fosthom ġiri? Kif diġà semmejt, il-physical coaches tagħna jħejju t-taħriġ tad-darbtejn fil-ġimgħa li jkollna magħhom bħala grupp li jsiru Ta' "Ħassejt sodisfazzjon li rnexxieli nilħaq il-ħolma Cristian Antony Muscat Matthew De Gabriele – fost l-aqwa referis li pproduċa l-futbol Malti f 'dawn l-aħħar snin u li l-jiem li għaddew ġie kkonfermat u ċjalment bħala r-raba' referì Malti bil-FIFA Badge. "Il-karriera ta' referì mhix karriera faċli għax normalment taqla' fuq wiċċek imma finalment żgur li jekk titfa' moħħok hemm, fl-aħħar tieħu s-sodisfazzjon għal dak kollu li tkun ħdimt għalih matul is-snin - kif ġara fil-każ tiegħi meta llum il- ġurnata -lħaqt it-tragward tal-badge tal-FIFA." "Xi kultant jidher li n-nies involuti forsi mhumiex daqshekk interessati bis-serjetà fil-futbol u din speċjalment toħroġ meta għandek nies li fil- ġurnata tal-lum jippruvaw ilaħħqu ma' ħafna affarijiet differenti f 'daqqa li jieħdu l-ħin. Iżda bħal kollox fil-ħajja, żgur li jekk wieħed jitfa' moħħu hemm fil-ħaġa li jagħmel, mela allura kull ħolma tista' ssir realtà."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 December 2018