Illum previous editions

ILLUM 23 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1065917

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

Aħbarijiet 10 illum | Il-Ħadd 23 ta' Diċembru 2018 ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Il-gazzetta ILLUM iżżur il-wirja annwali tal-Għaqda Ħbieb tal-Presepju u titkellem ma' Charles Bellia dwar it- tradizzjoni tal-presepju, partikolarment dak Malti. Kemm għadu popolari l-presepju Malti? X'jagħmel presepju Malti? Iż-żgħażagħ għadhom jinteressaw ruħhom? IDDJAR u t-toroq tagħna jinsabu fl-aqwa tagħhom imlibbsa bil-libsa tal-Milied. Is-siġra tal-Milied, Santa Klaws u anke jekk f 'Malta ma jagħmilx silġ, 'l hemm u 'l hawn tara wkoll xi borrinu jittawwal minn xi gallarija. Dari, dan it-tiżjin ma kienx daqshekk popolari u fiċ- ċentru ta' kull dar Maltija u Għawdxija, f 'dan iż-żmien tal-Milied, kien isib postu l-presepju. Il-gazzetta ILLUM żaret il-wirja li ta' kull sena tiġi organizzata mill-Għaqda Ħbieb tal-Presepju li għal dawn l-aħħar 32 sena ħadmet bla heda biex il- presepju, partikolarment dak Malti, iżomm postu fiċ- ċentru tal-armar tal-Milied. Charles Bellia, is-Segretarju tal-Għaqda, spjega kif minn meta twaqqfet fl-1986 sal-lum, l-Għaqda Ħbieb tal- Presepju kellha għan wieħed, dak li l-presepju Malti jsib postu f 'kull dar Maltija fi żmien il-Milied. Morna ftit lura fiż-żmien u spjegalna li meta nħass il-bżonn li titwaqqaf din l-Għaqda, il-presepju beda jitlef xi ftit jew wisq mill- importanza tiegħu, tpoġġa fil-periferija u bdew jeħdulu postu s-siġra tal-Milied u anke armar ieħor bħal Santa Klaws. Propju għalhekk twaqqfet din l-Għaqda f 'Malta, wara li ftit xhur qabel kienet twaqqfet oħra f 'Għawdex u b'wiċċu minn quddiem Bellia saħaq li llum il-ġurnata jħoss li l-presepju reġa' sab post ċentrali fost l-armar tal- Milied. "Nindunaw anke mill- ħwienet. F'Novembru jkunu ppakkjati bil-pasturi u aċċessorji tal-presepji. Jekk se tmur illum se tinduna li l-ammonti naqsu. Jidher ċar li l-interess qiegħed hemm," saħaq Bellia. "Nieħdu gost ukoll li hawn ħwienet li jbigħu presepji lesti. Anke jekk il-kwalità mhux dejjem tkun għolja, imma almenu hemm l-istruttura u jidher li l-presepju huwa mfittex." Charles Bellia kompla jispjega li l-interess fil- presepju jinħass ukoll mill-wirja li tittella' kull sena, għal dawn l-aħħar 30 sena u li tesebixxi presepji li jkunu nħadmu mill-membri ta' din l-Għaqda. Din is-sena il-wirja qed tittella' f 'Palazzo Ferreria fejn hemm il-Ministeru għall- Familja, Drittijiet tat-Tfal u s-Solidarjetà Soċjali, quddiem it-Teatru Rjal. Din tkun miftuħa kuljum, il-ġurnata kollha, sas-6 ta' Jannar. "In-nies qed jiġu u jiġu apposta jfittxu din il-wirja partikolari," kompla Bellia. Għal diversi snin, il- membri ta' din l-Għaqda kienu jkunu mistiedna wkoll bħala ġurija f 'diversi kompetizzjonijiet tal-presepji li jsiru madwar Malta u Għawdex. Anke jekk dawn naqsu, fl-iskejjel għadhom b'saħħithom ħafna u fi kliem Bellia dan huwa sinjal tajjeb ħafna. "Din is-sena, għamilt l-ewwel ġimgħa u nofs ma rsaqtx lejn il-wirja tagħna għax konna mistiedna f 'ħafna skejjel. Importanti li nrawmu lit-tfal tagħna," kompla Bellia. Imma t-tfal u ż-żgħażagħ għadhom jinterressaw ruħhom? Hawnhekk il-kliem waqa' fuq il-futur. It-tfal u ż-żgħażagħ qed jinteressaw ruħhom fil-presepju jew huwa delizzju għall- penzjonanti biss, li jkollhom ħafna ħin fuq idejhom? Bellia spjega kif l-Għaqda Ħbieb tal-Presepju għandha madwar 500 membru li l-etajiet tagħhom ivarjaw bejn l-10 snin u t-80 sena. Anke jekk mhux kollha jieħdu sehem b'mod attiv fl-attivitajiet li torganizza din l-Għaqda, dejjem ikun hemm madwar 50 persuna li jieħdu sehem fis-seminars jew inkella fil-korsijiet li jsiru matul is-sena. Minkejja dan, Bellia jinnota kif fiż-żmien taż-żgħożija, meta fi kliemu jibda "żmien in-namrar," l-interess fil- presepju jonqos ħafna. Iżda, ikompli jispjega, li malli dawn iż-żgħażagħ jiżżewġu u jkollhom it-tfal, it-tendenza hi li jerġgħu jibdew juru interess fil- bini tal-presepju. "Ħafna jkunu jridu li t-tfal tagħhom jinteressaw ruħhom fil- presepju wkoll. Dan huwa sinjal sabiħ ukoll," saħaq is- Segretarju tal-Għaqda. X'inhuma l-karatteristiċi li jagħmlu l-presepju Malti? Għaddejna biex nitkellmu dwar il-presepju Malti. Kemm għadu popolari? Qed jeħdulu postu presepji oħra barranin? Bellia beda biex jispjega li ħafna, inkluż membri tal-Għaqda stess, ma jafux eżatt x'inhu l-presepju Malti. Hemm ħafna dettalji li Il-presepju Malti! X'sar minnu? "Mhux qed ngħid li l-presepju Naplitan mhux sabiħ! Imma ejja ma nwarrbux il-presepju Malti."

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 December 2018