Illum previous editions

ILLUM 30 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1066820

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Sports 25 Il-Ħadd 30 ta' Diċembru 2018 | illum minn Cristian Antony Muscat Jessica Dimech - fost l-aqwa plejers li pproduċa l-futbol tan- nisa f 'dawn l-aħħar snin. F'din l-intervista se nkunu qed insiru nafuha aħjar. Kif nibtet fik l-imħabba lejn il-futbol? Minn meta kont żgħira kont immur nara lil missieri, zijiet u ħbieb tagħhom jilagħbu u dik ġabitli l-ħajra li nibda nilgħab il-futbol. Barra minn hekk kont nilgħab ħafna l-iskola mas- subien u xi drabi l-għalliema kienu jagħżluna biex immorru "Inter schools" fejn konna nilagħbu kontra skejjel oħra. Darba minnhom kien ġie jkellimni d-direttur tal-futbol tan-nisa fi ħdan l-MFA, Pierre Brincat biex ninżel għall-prova man-nazzjonal u minn dak il-jum 'il quddiem, l-imħabba lejn il-futbol bdiet tikber dejjem aktar. X'tikkummenta fuq dan l-istaġun kemm tiegħek personali kif ukoll tat- Tim tiegħek s'issa? Minn din is-sena bdejt kapitlu ġdid mal-Hibernians fejn għalija kienet bidla biex nimxi 'l quddiem bħala plejer u bħala persuna u nieħu esperjenzi differenti. Qiegħda nifforma parti wkoll mill-iskwadra tal-U19 immexxija minn Charlene Zammit u Mandy Debono. Fil-kampjonat sejrin tajjeb u naħseb aħna wieħed mit-timijiet favoriti li nirbħu t-titlu finali. Qed nilgħab ukoll mat-tim tal-kbar tan-nisa, li hu mmexxi minn Neil Zarb Cousin u Daniel Sissons. Qegħdin inkunu kompetittivi u nikbru bħala tim maż-żmien. Sa minn mindu ngħaqadt ma' dan it-tim, diġà kelli esperjenzi sbieħ, fosthom ir-rebħ tas- Super Cup. Kif tirribatti għall-kritika li ssir minn bosta persuni mhux biss f 'pajjizna, li l-futbol huwa biss addattat għall-irġiel u mhux għan-nisa, minħabba s-saħħa fizika u l-aġilità partikolari li dan l-isport jirrikjedi? Ovvjament jien ma naqbilx li l-futbol huwa biss għall-irġiel u mhux għan-nisa! Minn mindu bdejt nilgħab il-futbol kemm-il darba kienu jassumu li minħabba li jien tifla m'iniex kapaċi nilgħab il-futbol, dik kienet iktar ittini r-rieda biex nilgħab u nuri li n-nisa jistgħu jkunu tajbin fil-futbol. Kemm-il darba lgħabt anka mas-subien fosthom meta ħadna sehem f 'tournaments organizzati mill-MFA bħala tim nazzjonali. X'tikkummenta fuq wieħed mill-imħuħ wara l-qawwmien tal-futbol tan-nisa f 'dawn l-aħħar snin f 'pajjizna, li huwa ukoll l-eks kowċ tat-tim nazzjonali tan-nisa lokali, Pierre Brincat? Pierre Brincat kien il-persuna li ħajjarni nieħu l-futbol iktar bis-serjetà, meta għażilni biex nitla' għall-prova fl-akkademja tat-tim nazzjonali. Pierre Brincat huwa bniedem li għallimni ħafna dixxiplina. Dejjem niftakru jgħidilna biex nagħtu l-100% fil-grawnd u l-kliem tiegħu baqa' jservini ta' motivazzjoni biex nibqa' niġġieled għal kull ballun. Iddeskrivi l-esperjenza tiegħek mat-tim nazzjonali tan-nisa. Meta kelli seba' snin bdejt nitla fl-akkademja tat-tim nazzjonali u nilgħab man- nazzjonal, iktar 'il quddiem kont nieħu sehem fil- kompetizzjoni 'Gatorade', fejn konna nikkompetu ma' timijiet tas-subien. Fis-sena 2017, kont parti mit- 18 li telgħu għad-'Development Tournament' l-Estonja, din kienet l-ewwel esperjenza tiegħi barra min Malta imbagħad erġajt tlajt darba oħra s-Slovenja u din is-sena għall-European Qualifiers fil- Kroazja. Kont ukoll parti mill- iskwadra għad-'Development tournament' li seħħ hawn Malta fejn kont il-captain għall-ewwel darba f 'ħajti man- nazzjonal. Meta nilgħab mat-tim nazzjonali nħossni kburija li qiegħda nirrappreżenta lil pajjiżi u dejjem nagħmel mill- aħjar li nista' biex naqdi dmiri sew. Kellna ħafna riżultati pożittivi u oħrajn ftit inqas imma dejjem inħoss li bħala tim nagħtu l-aħjar tagħna u ħafna mill-plejers ilhom parti mill- grupp tan-nazzjonal u sirna qisna familja kbira. Hemm xi logħbiet memorabli fil-karriera tiegħek? Hemm ħafna logħbiet li nibqa' niftakar speċjalment il- wirjiet pożittivi ħafna li kellna fis-Slovenja fosthom kontra timijiet kbar bħall-Italja fejn konna viċin ħafna tagħhom bħala livell u okkażjonijiet u b'naqra fortuna stajna ksibna riżultati aħjar. X'tikkummenta fuq l-operat tal-MFA? Jiena tgħallimt ħafna bis- saħħa tal-MFA u kbirt kemm bħala plejer kif ukoll bħala persuna tul dawn is-snin li ilni nilgħab futbol u nittrenja fl-akkademja tan-nazzjonal. Inħoss li sar ħafna xogħol biex il-futbol tan-nisa jimxi 'l quddiem u jogħla ħafna l-livell. Tikkunsidra l-possibiltà li fil-futur tmur tilgħab ma' tim barra minn Malta? Onestament qatt ma ħsibt ħafna fuqha din il-ħaġa għax dejjem xtaqt inkompli nistudja u nagħti l-aħjar tiegħi mal- klabb u mat-tim nazzjonali. Ovvjament hija l-ħolma ta' kull plejer u ma nafx jekk tiġini l-okkażjoni xi tkun id-deċiżjoni tiegħi. Xi snin ilu kont mort l-akkademja ta' Sunderland għal xi sessjonijiet ta' taħriġ u ħadt ħafna gost. Kienet esperjenza sabiħa ħafna. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol? Nixtieq inkompli nikber bħala plejer mal-klabb tiegħi fejn diġà nħoss li lħaqt waħda mill-ħolm tiegħi li nilgħab ma' wieħed mit- timijiet prinċipali lokali bħal Hibernians u nixtieq ukoll inkompli nifforma parti mit-tim nazzjonali u naqsam ħafna esperjenzi oħra ma' sħabi nilagħbu għal pajjiżna. Tħoss li l-media sportiva lokali tagħti biżżejjed exposure lill-futbol tan-nisa? Naħseb li kieku jkun hawn iktar covarage ta' logħbiet anke tal-kampjonat Malti inkomplu nħajru aktar nisa jidħlu fid- dinja tal-futbol. Ovvjament diġà qed isir ħafna però dejjem ikun hemm fejn nistgħu nagħmlu aħjar. Għaddi messaġġ lil dawk it-tfajliet li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-futbol. Jien inħeġġeġ ħafna lit-tfajliet li jersqu lejn il-futbol għax huwa sport sabiħ fejn tagħmel ukoll ħbieb ġodda li jaqsmu l-istess passjoni lejn l-isprt. Jien fil-bidu domt biex ikkonvinċejt lil ommi biex tħallini nilgħab il-futbol għax kienet ukoll tgħid li huwa sport iktar addattat għas-subien però meta rat kemm jien xtaqt nilgħab saret l-ikbar partitarja tiegħi u dejjem kienet minn tal-ewwel biex tħeġġiġni mmur u nagħti sehmi. Ħallu lit-tfal tagħkom isegwu l-ħolma tagħhom u jibdew jipprattikaw dan l-isport tant sabiħ. Fil-futbol tan-nisa qisna familja waħda, kulħadd jaf lil xulxin u kulħadd jilgħab għal xulxin. 'Ħallu lit-tfal tagħkom isegwu l-ħolma tagħhom u jibdew jipprattikaw il-futbol' - Jessica Dimech

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 December 2018