Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1066820
Sports 28 illum Il-Ħadd 30 ta' Diċembru 2018 In-nofs maratona ta' Pisa: meditazzjoni mill-bidu sat-tmiem għal Marica Micallef minn Cristian Antony Muscat ISSENA 2018 offriet lill-atleta ewlenija Maltija Marica Micallef l-opportunità li ttellaq fl-20 edizzjoni tan- nofs maratona ta' Pisa, eżattament fis-16 ta' Diċembru. Hija tatna ikar dettalji. "Ġimgħa qabel, kont ma niflaħx. Kelli ħajta deni u fjammali l-ħanek. L-uġigħ ma ppermettieli niekol xejn ħlief smoothies, kollox likwidu u bi straw. L-ilma bdejt insaħħnu għax kiesaħ kien qed iżidli l-uġigħ. Irrifjutajt l-anti-bijotiċi biex ma jaffetwawnix fis-saħħa. Għan-nofs maratona, tlajt bla ebda ħjiel ta' kif kont ħa mmur. L-unika ħaġa li stajt nikkontrolla kien il- moħħ u li naħseb pożittiv u niġri b'qalbi u b'ruħi kollha. Il-kesħa f 'Pisa kienet tremenda. Bilejl ma stajtx norqod ġo belt li ma raqditx lanqas. Smajt kull ħoss. Għaddieli elf ħsieb. Kont qisni qatt ma tellaqt qabel. Fuq il-linja tal-ftuħ, għidt issa jien, qalbi, ruħi, moħħ pożittiv u ġirja fejn nimmedita. Tlaqt b'pass b'saħħtu li żammejt sat- 18-il km. Fl-aħħar 3km, tajt kollox. Ġejt il-25 mara f 'ħin ta' siegħa u 30 minuta. Kemm jiena kif ukoll il-kowċ tiegħi, konna ferħanin ħafna speċjalment meta fuq il- ħinijiet tat-tlielaq f 'Malta, il-kowċ ħaseb li ħa jkolli ħin iktar kajman. Fit-tellieqa ġrejt b'kemm kelli saħħa. Bil-kesħa ma xrobt xejn. Bdejt nitbissem u ġieli, bil-ferħ, beda jaqbiżli d-dmugħ. F'parti minnha kellna r-riħ kontra u ksieħ tremend però bqajt pożittiva u bl-istess pass. Tellieqa li ħaditni f 'meditazzjoni magħquda man-natura: wied taħt il- pont, kappella stil barokk, għelieqi, siġar imneżża' bla weraq, għoljiet u qalbi tħabbat ma' din il-maġija. Grazzi 2018 talli tajtni l-opportunità li nirrappreżenta lil Malta fil-World Masters Mountain Running Championships fis-Slovenja, u ġejt fid- disa' post fil-kategorija tiegħi u issa f 'Pisa. Ninsab ħerqana għal iktar esperjenzi u avventuri. Grazzi lil kull min jemmen fija!" maratona ta' għal Marica Micallef ħin iktar kajman. Fit-tellieqa ġrejt b'kemm pass. Tellieqa li ħaditni f 'meditazzjoni magħquda fil-World Masters Mountain 'Biex tilgħab barra minn Malta, barra mit-talent trid iżżid is-sagri ċċju u d-determinazzjoni' - Jamie Zerafa minn Cristian Antony Muscat JAMIE Zerafa - futboler tal-ogħla livell li f 'Mejju li għadda erħilha lejn is-Serbja biex hemmhekk jibda karriera ta' suċċess ma' FK Indija. Huwa tana iktar dettalji. "Lejn l-aħħar ta' Mejju kont tlajt għall-prova ta' għaxart ijiem mat-tim tal-PRVA League FK Indija. Kont ilni li waqaft mit-taħriġ xi tliet ġimgħat jien peressli l-Kampjonat Malti kien diġà spiċċa, iżda hawnhekk kien għad fadlilhom xi ftit logħob oħra. Mill-ewwel ħassejt li t-taħriġ kien aktar intensiv. Minn wara l-prova kien hemm taħdidiet bejn il-president ta' Balzan is-Sur Anton Tagliaferro u d-Direttur Sportiv Vladimir Simoncic mal- klabb ta' FK Indjija biex isir it-trasferiment tiegħi minn ma' Balzan. Ma naħsibx li tista' tqabbel il-futbol Malti ma' dak Serb iżda li nista' ngħid hu li fis-Serbja hawn timijiet fil-gruppi tal- UEFA Champions League bħalma huma r-Redstar Belgrade u l-Partizan Belgrade. Il-plejers Serbi jinsabu jilagħbu ġol- Ewropa kollha f 'kull livell. Dik turi l-iskola tal-futbol li hawn ġo dal-pajjiż. Il-kampjonat fejn nilgħab jiena huwa wieħed bilanċjat ħafna u l-plejers huma kollha atleti b'saħħithom għax il-logħba tintlagħab fuq ċertu ritmu. Jien nixtieq nagħti parir żgħir lil dawk iż-żgħażagħ Maltin li jixtiequ jilagħbu barra l-pajjiż, li mat- talent li jkollhom iridu jżidu s-sagrifiċċju u d-determinazzjoni tat- trejning. Nixtieq nirringrazzja lil kull min għeni biex għamilt dal-pass!"