Illum previous editions

ILLUM 30 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1066820

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

7 Aħbarijiet Il-Ħadd 30 ta' Diċembru 2018 | illum Ira Losco u Emma Muscat...is-sena 2018 b'għaqal qed jużaha biex jiġbed aktar simpatija lejh mill-pubbliku u anke l-midja. Fil-fatt Delia bena aktar pontijiet mal-votanti, inkluż dawk Laburisti li jarawh bħala 'raġel sew' u bħala kap li qed jiġġieled lill-aktar elementi fil-PN li jdejquhom. Iżda s'issa s-simpatija tal-Laburisti/switchers mhux qed twassal għal voti. Fl-aħħar sondaġġ li sar mill- Kamra tal-Aħbarijiet tagħna jirriżulta li kien hemm żidiet żgħar favur Delia, b'total ta' 29% tal-votanti jgħidu li jivvutaw PN kieku kellha ssir elezzjoni llum (48% - PL). Minkejja li huwa titjib, dan xorta huwa 'l bogħod wisq biex il-Partit Nazzjonalista jirkupra u oċeani 'l bogħod minn rebħa. Kollox ma' kollox, matul din is-sena Delia u l-PN għamlu progress, iżda l-progress se jkollu jkun bil-wisq akbar matul is-sena d-dieħla biex jidher xaqq ta' dawl. L-Arċisqof Charles J Scicluna: tela' – sena ta' promozzjonijiet għall- Arċisqof Għall-Arċisqof Charles J Scicluna din kienet bla dubju sena mill-aqwa hekk kif il-Papa Franġisku baqa' juri fiduċja fih u fil-kapaċitajiet tiegħu biex imexxi ċerti oqsma u jinvestiga ċerti kwistjonijiet relatati mal-Knisja. Fil-bidu tas-sena l-Papa kien ħatar lil Scicluna bħala l-persuna li tmur iċ-Ċilì u tinvestiga l-każ tal-Isqof Barros li allegatament ħeba atti kriminali sesswali ta' Dun Fernando Karadima. Dan tal-aħħar kien instab ħati mill-Vatikan stess illi abbuża minn minorenni fl-2011. F'Ġunju ta' din is-sena Scicluna reġa' ntbagħat fl-istess pajjiż biex 'jitlob għall-maħfra' f 'isem il-Knisja. Imma mhux biss. Lejn l-aħħar tas-sena l-Papa reġa' ta promozzjoni lill-Arċisqof hekk kif ħatru bħala Deputat Segretarju tal-Kongregazzjoni għad- Duttrina tal-Fidi tas-Santa Sede. Din l-aħħar kariga qajmet ħafna diskussjoni b'din il- gazzetta saħansitra tagħmel analiżi dwar il-possibilitajiet li Scicluna jinħatar Kardinal, analiżi li kienet imxerrda fuq il-midja soċjali mill-paġna uffiċjali tal-Kurja stess. Konrad Mizzi – baqa' fejn kien: suċċessi u l-Panama Il-Minstru Konrad Mizzi huwa wieħed minn dawk illi f 'din l-analiżi se nħallu fl- istess post. La tela' u lanqas niżel. U naraw għalfejn. Wara li kiseb riżultat tajjeb fuq ir-raba' distrett fl-2017 Mizzi kien maħtur Ministru tat-Turiżmu, kariga illi, jekk inħarsu biss lejn żewġ ċifri, qed jagħmel suċċess kbir fiha. L-ewwl nett Malta qed tesperjenza dik li probabilment se tkun sena rekord fit-turiżmu u dan jinħass, bin- numri ta' turisti jbattu sew biss f 'Novembru. Dan huwa tajjeb; tajjeb għal dawk l-oqsma li huma direttament marbutin mat- turiżmu (lukandi, skejjel tal-Ingliż, karozzini...) u dawk li mhumiex (restoranti, ħwienet tal-merċa, taxis, barijiet...). Mit-turiżmu jiekol kulħadd, u allura settur tat-turiżmu b'saħħtu jfisser Ministru tat-Turiżmu b'saħħtu. It-tieni nett, u forsi ħafna iktar sinifikanti, huwa li għall-ewwel darba fi 18-il sena l-Air Malta se tilħaq 'break even', jiġifieri la se tagħmel qliegħ imma lanqas telf. Dan ir-riżultat huwa sinifikanti ħafna għax jiġi wara snin ta' telf qawwi u inċertezza kbira dwar il- futur tal-linja tal-ajru. Minkejja s-suċċessi, xi żelqiet kien hemm ukoll primarjament il-bajja tal- Balluta li nistgħu ngħidu illi kienet ir-ramla bl-iqsar ħajja. Imma li jinnewtralizza s-suċċessi ekonomiċi ta' Mizzi mhix il-bajja tal- Balluta, imma l-Panama. Mizzi jinsab maqbud f 'kontroversja li donnha qatt m'aħna se nisimgħu t-tmiem tagħha u allura ma' dik relatata mal- kumpaniji fil- Panama, waħda minnhom tiegħu. L-2018 kompliet titfa' ħafna pressjoni fuq Mizzi hekk kif kien żvelat l-isem ta' Yorgen Fenech bħala sid 17 Black. Dan anke jekk Mizzi qal li ma jaf xejn dwar 17 Black, li skont email minn Nexia BT hija 'target client' ta' Tillgate u Hearnville u allura li kellha tgħaddi flus lil dawn il-kumpaniji. Emails juru illi f '17 Black daħħlu mal-€1.4 miljun, f 'żewġ pagamenti, wieħed mill-Ażerbajġan u l-ieħor mill-aġent tal-LNG. Ħareġ ukoll rapport tal- Awditur dwar il-proġett tal-Power Station li juri illi fil-proċess kien hemm ċerti nuqqasijiet. Mizzi jibqa' mdendel, sa ċerta punt, bejn is- suċċessi u l-kapaċitajiet amministrattivi tiegħu u l-kwistjoni tal-Panama. Kif tinqata' l-investigazzjoni li għaddejja fuq 17 Black inkunu nafu d-destin definit ta' Mizzi. Ira Losco – telgħet – bl-X Factor laħqet il-quċċata Ira Losco minn dejjem kienet mara maħbuba u sabiħa wkoll. Hija waħda minn dawk in-nisa li tidher kemm tidher ma ddejqek qatt. Kienet popolari meta telgħet tirrappreżenta lil Malta għall-Eurovision u saret iktar meta ġiet fit- tieni post bid-diska '7th Wonder'. Din is-sena Losco reġgħet daħlet fis-salott tan-nies hekk kif hija waħda mill-ġudikanti fil- programm X Factor. Minkejja li l-erba' ġudikanti huma lkoll kapaċi, Losco tibqa' l-aktar waħda li n-nies jirrelataw magħha u l-inqas li jikkritikaw ukoll. Bla dubju, dan il- programm popolari reġa' saħħaħ l-immaġini ta' Ira Losco u allura l-2018 kienet definittivament waħda tajba għaliha. Graziella Galea; niżlet – tneħħiet minn sindku tal- akbar lokalità San Pawl il-Baħar hija l-akbar lokalità f 'Malta u l-aktar waħda diffiċli biex tieħu ħsieb. Minkejja dan il-Kunsill Lokali ta' din il-lokalità spiċċa f 'nofs kontroversja u mifni b'inkwiet u battibekki interni. Dawn il-battibekki laħqu l-qofol tagħhom f 'mozzjoni biex titneħħa s-sindku Graziella Galea, wara li żewġ Kunillieri Nazzjonalisti saru indipendenti u Kunsillier Laburista rreżenja minħabba impjieg li ngħata mill-Gvern. Galea, li hija wkoll bint l-eks Ministru Nazzjonalist Ċensu Galea, irreżenjat minn jeddha qabel il-vot. Il-Kap tal-PN Adrian Delia wera l-appoġġ tiegħu lejn Galea wara saga li ħalliet lil dan il-kunsill ma jistax jopera għal diversi ġimgħat. Id-drama sħiħa ġibdet l-attenzjoni tal-midja bil- gazzetta ILLUM tkun fuq quddiem li tiżvela d-dettalji. programm popolari reġa' Losco u allura l-2018 kienet definittivament waħda tajba gazzetta ILLUM tkun fuq quddiem li tiżvela d-dettalji.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 December 2018