Illum previous editions

ILLUM 30 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1066820

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

illum | Il-Ħadd 30 ta' Diċembru2018 Aħbarijiet 8 ....tkompli minn paġni 6 u 7 Marie Louise Coleiro Preca; fejn hi - bejn suċċessi u kritika Din kienet l-aħħar sena tal-Presidenza ta' Marie Louise Coleiro Preca. Kienet sena mimilja suċċessi imma kontroversja wkoll għall- President ta' Malta. Suċċessi: Coleiro Preca baqgħet popolari ma' firxa wiesgħa tal-poplu, ta' persuni ta' kull kulur politiku u kull sfond. Dan saħħaħ il-Presidenza tagħha li kienet ikkaratterizzata l-aktar minn stqarrijiet politiċi li kienu aktar frekwenti u xi ftit aktar voċiferi, anke jekk xi kultant sottili. Coleiro Preca kienet voċifera l-aktar dwar il-faqar, l-immigrazzjoni u anke l-kirjiet; tliet kwistjonijiet ewlenin li kienu diskussi fil-pajjiż matul l-2018. L-Istrina ta' din is-sena reġgħet kienet suċċess kbir b'rekord qawwi ta' €7 miljun miġbura. Kienet ġurnata illi fiha Coleiro Preca 'xegħlet'. Apparti l-ammont kbir ħafna miġbur għall-Malta Community Chest Fund, il-maratona kienet mimlija referenzi għall-bżonn li nagħtu 'rigal' lil Coleiro Preca fl-aħħar Strina tagħha. L-intervent ta' Edgar Preca qrib nofsilejl kien pjuttost indikattiv, hekk kif dan baqa' jgħid li l-poplu Malti u l-familja tagħha jinsabu warajha. Kontroversja: Imma s-sena ma kinitx ward u żahar biss. Il-President spiċċat fiċ-ċentru ta' kritika qawwija fuq il-firma tagħha tal-liġi tal-IVF minkejja li kien pjuttost ċar minn dak li qalet hi stess dakinhar li ffirmat il-liġi illi hi ma kinitx taqbel magħha. Din il-gazzetta stess ikkritikat din id-deċiżjoni, kif ma qabilx anqas il-President Emeritus Ugo Mifsud Bonnici li sostna illi kieku kien minflokha jippreferi jirreżenja minflok jiffirma. Din is-sena wkoll, il- President spiċċat f 'nofs kontroversja hekk kif kompla jinstema' l-każ kontra l-miljunarju Paul Bailey u l-avveniment 'Paqpaqli għall- Istrina' tal-2015 illi matulu karozza li kien qed isuq Bailey daħlet fl- udjenza u diversi persuni weġġgħu, uħud gravi. Fi Frar ta' din is- sena Coleiro Preca telgħet tixhed fil-każ. F'mument minnhom staqsiet; 'qed tissuġġerixxu li jien responsabbli?' qabel imbagħad kompliet tinsisti illi hi ma kellha ebda responsabbilità fl- organizzazzjoni ta' Paqpaqli għall-Istrina. Ġimgħa wara, il-President Emeritus George Abela xehed fl-istess każ u tefa' xi ftit ta' bomba fuq Coleiro Preca hekk kif qal illi fl-aħħar mill-aħħar ir- responsabilità ta' Paqpaqli għall-Istrina kienet taqa' fuqu bħala President. Naturalment dan tefa' xi ftit ta' dawl ikrah fuq Coleiro Preca hekk kif kien hemm min akkużaha li qed taħrab mir-responsabbilitajiet tagħha. B'hekk is-sena għal Coleiro Preca kellha żewġ skossi u kienet fil-mira ta' kritika. Minkejja dan iżda l-popolarità tagħha u l-prinċipji xellugin tagħha favur il-batut baqgħet iżżommha 'l fuq fil- klassifika tal-ILLUM. Ali Sadr Hasheminejad: Niżel – arrestat u l-Pilatus jingħalaq L-akbar tisbita din is- sena ħadha Ali Sadr Hasheminjad u l-bank li fetaħ f 'pajjiżna; il-Bank Pilatus. Għalkemm mhuwiex Malti, ħalla impatt fuq ix-xena politika lokali b'mod qawwi mhux biss għall-bank li fetaħ imma wkoll għall- allegazzjonijiet marbutin mal-istess bank, it-tip ta' klijenti u lil min stieden fit-tieġ tiegħu. L-Iranjan qed jiffaċċja sitt akkużi serji li jistgħu jarawh iqatta' l-bqija ta' ħajtu l-ħabs jekk jinstab ħati. Huwa kien arrestat fuq l-akkuża ta' konfoffa biex ikun frodat l-Istati Uniti, li għandha piena massima ta' ħames snin. L-akkuża dwar konfoffa li jikser l-IEEPA li għandha piena massima ta' 20 sena, dik ta' frodi tal- bank, b'piena massima ta' 30 sena, l-akkuża ta' konfoffa biex isir frodi tal-Bank, b'piena massima ta' 30 sena, dik ta' ħasil ta' flus b'piena massima ta' 20 sena u dik ta' konfoffa biex isir ħasil ta' flus, b'piena massima ta' 20 sena. Sussegwentement tneħħiet il-liċenzja tal- Bank Pilatus, fuq it-talba tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u dan wara diversi kontroversji, fosthom dwar Egrant, kont li kellu Keith Schembri u kontijiet oħrajn tal-ogħla membri tal-Gvern tal-Ażerbajġan. Sal-aħħar darba li din il- gazzetta żaret il-Bank, dan kien imsakkar u mgħasses. Il-Bank Pilatus u Hasheminjed allura jistgħu jgħoddu l-2018 bħala waħda ħażina ħafna. Kummissarju tal-Pulizija – fejn kien – bejn intervent goff u qabdiet tad-droga Il-Kummissarju tal- Pulizija Lawrence Cutajar huwa wieħed minn dawk in-nies li l-ġudizzju dwaru huwa iswed jew abjad, jiġifieri estrem. Il-Kummissarju tal- Pulizija baqa' jkun ikkritikat l-aktar fuq il-każ tal-Panama u allura l-akkuża hija li ma ħax azzjoni f 'waqtha u li huwa pupu f 'idejn il- Prim Ministru. Fl-2018 dawn l-akkużi tpoġġew f 'kuntest akbar hekk kif lejn l-aħħar tas-sena, f 'serje ta' stejjer fuq The Times of Malta, irriżulta li investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar 17 Black għaddejjin. Storja fuq il-gazzetta oħt Maltatoday, turi kif anke l-allegazzjonijiet fil-każ ta' Chris Cardona u l-allegat preżenza tiegħu ma' akkużat bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, f 'bar fis-Siġġiewi qed ikunu investigati. Fil-każ tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia l-affarijiet mexjin ħafna iktar bil-mod milli wieħed seta' jaħseb, iżda xorta jibqa' fatt li fl- 2017 saru l-arresti ta' tlieta minn nies. Apparti dawn l-akkużi politiċi iżda, Cutajar kien ikkritikat ukoll fl-2018 għall-mod kif il-Pulizija intervjenew fil-każ ta' protesta fil-binja tal-Awtorità tal-Ippjanar. Dakinhar, fuq filmat li dar sew fuq il-midja soċjali, il-Pulizija dehru jkaxkru dawk li kienu qed jipprotestaw 'il barra mill-binja. Naturalment din ma kinitx xena li għamlet wisq ġid għall-Korp, tant li l-PM Muscat qal lill-midja illi għamel kuntatt mal- Korp tal-Pulizija u wera ruħu ddiżappuntat bil- kbir għall-mod kif kienet indirizzata s-sitwazzjoni. Il-protesta kienet kontra applikazzjoni biex tinbena pompa tal-petrol oħra u minħabba n-nuqqas ta' azzjoni biex tinbidel il- politika tal-pompi tal- petrol. Matul l-2018 iżda, il- Pulizija ffaċċjaw wieħed mill-akbar attakki fuq membru tagħhom stess. L-attakk fuq il-Kuntistabbli Simon Schembri, minkejja li kien episodju tat-tkexkix, għaqqad lil ħafna mill- poplu wara l-Korp bl-għajta 'Blue Lives Matter'. Dan kien mument importanti mhux biss għall-Kummissarju imma għall-Korp tal- Pulizija kollu, hekk kif eluf ingħaqdu l-Belt biex juru solidarjetà mal-Pulzija. Il-Pulizija iżda għamlu suċċess kbir ukoll fil-qbid tad-drogi, bl-ammont maqbud jirdoppja fl-ewwel disa' xhur tas-sena. Dan ifisser li l-ġudizzju dwar Cutajar jibqa' fil-bilanċ. Minn naħa, l-immaġini tiegħu u l-abilità li jikkomunika mal- midja mhumiex tajbin. Saru mistoqsijiet dwar kemm kien spedit fl-investigazzjoni fuq diversi stejjer politiċi kif ukoll dik l-imbierek ikla fniek waqt li kienu qed ikunu żvelati allegazzjonijiet xokkanti minn Daphne Caruana Galizia. Min-naħa l-oħra imma hemm is- suċċessi tal-Korp f 'qabdiet tad-droga u l-popolarità tiegħu fost il-membri tal- Korp. Sandro Chetcuti - niżel – ħafna qed iwaħħlu fih għat- tnaqqir tal-ambjent Chetcuti sar ftit ta' figura ta' antipatija għal ħafna filwaqt li huwa figura pożittiva għal ħafna oħrajn. Chetcuti jibqa' 'lobbyist' eċċellenti u allura jimbotta l-aġenda tiegħu favur il- kuntratturi li jirrappreżenta b'effettività. Minkejja dan, għal ħafna oħrajn, Chetcuti sar is- simbolu tar-rgħiba ta' settur illi qed joħloq ħafna inkonvenjent, li qed ibiddel it-tessut tal-irħula tagħna u li qed jiekol mill-art prezzjuża ta' artna. Apparti minn hekk is-settur, li joħloq ħafna impjiegi, qed iħaddem ħafna barranin u allura mhux darba jkunu akkużati li qed iħaddmu n-nies b'pagi baxxi. Bosta jarawh bħala persuna li huwa 'wisq' qrib il-poter u stqarrijiet fl-2018 bħal 'Malta għandha ssir Monako oħra' u 'l-barranin jaħdmu b'mentalità ta' 50 sena ilu' attiraw kummenti ta' kritika ħarxa lejn Chetcuti. Kull darba li jgħid xi ħaġa naqra goffa tara serbut

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 December 2018