Illum previous editions

ILLUM 30 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1066820

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

9 Aħbarijiet Il-Ħadd 30 ta' Diċembru 2018 | illum ta' nies (anke Laburisti) jikkritikaw lil Chetcuti. Dan jista' jkun sintomu tal-fatt illi minħabba raġunijiet ta' lealtà politika, fuq l-ambjent ħafna jippreferu jimmiraw il-kanuni lejn Chetcuti milli lejn il-Gvern. Minkejja li l-grupp ta' nies li jirrappreżenta probabilment huma kuntenti se jtiru bih, matul l-2018 wieħed seta' jinnota illi r-rabja lejh fuq il-midja soċjali, żdiedet mhux naqset. Tim Malti tal-Futbol: niżlu: sena diżastruża! It-Tim Nazzjonali tal- Futbol ma kellu sena tajba xejn. Ifhem, ilna nafu li ma tantx qed nibbrillaw fil- qasam tal-futbol imma fil-UEFA Nations League ġejna t-tieni mill-aħħar skont ir-riżultati tal- logħob fost pajjiżi Ewropej. Agħar minna hemm biss San Marino. L-aħħar darba li t-tim nazzjonali Malti rebaħ kien f 'Marzu tal-2017, b'telfiet qawwijin li ġabu kritika ħarxa fosthom mal- Gżejjer Faroe u l-Kosovo, fl-aħħar sena u nofs. Ruben Abela – tela' - wirt iż-Żejtun issalva art agrikola Sal-2017 ħadd ma kien jaf min hu Ruben Abela ħlief xi ftit nies fiż-Żejtun. Fl-2018 iżda Ruben Abela spiċċa fuq diversi gazzetti, inkluż l-ILLUM, hekk kif mexxa kampanja biex biċċa art agrikola mdaqqsa ma taqax taħt il- mannara. Abela tkellem f 'isem numru ta' bdiewa li ilhom jaħdmu l-art għal snin twal u wara ħafna pubbliċità u insistenza l-Gvern iddeċieda li l-art ma titqiegħedx għal skop ta' bini industrijali. Il-Ministru tal-Ambjent Josè Herrera kien saħansitra qal li l-art f 'Buleben se ssir ODZ. Id-deċiżjoni tal- Gvern kienet rebħa għas-sens komun u rebħa ikbar għall- Wirt iż-Żejtun li jmexxi Abela. Emma Muscat: telgħet – suċċessi kbar għal Emma fl-Italja u Malta L-2018 ġabet suċċessi kbar għaliha nnifisha u għal Malta. Emma Muscat rebħet il-Premio Margutta għas- sehem tagħha fil-programm Amici. Fil-fatt kien f 'Amici fejn nistgħu ngħidu li Muscat iddebuttat, fejn it-talent tagħha tellagħha sal- quċċata. Minkejja li kienet eliminata hija saret popolari u fl- ajruport ta' pajjiżna ġiet milqugħa minn mijiet li kienu bdew isegwuha biss ftit qabel. Fuq is-sit 'Lovin Malta' Muscat hija deskritta bħala 'student turned superstar'. Silvio Schembri – tela' - Blockchain f 'Malta saret realtà Sal-2017 konna diġà bdejna nisimgħu dwarha iżda fl-2018 smajna biha kważi l-ħin kollu; il- Blockchain. Jippilota dan il-qasam hemm Silvio Schembri, Segretarju Parlamentari għall- ewwel darba wara l-2017. Malta tinsab l-ewwel post fid-dinja f 'dak li jirrigwarda qafas legali illi fih ikun jista' jopera dan is- settur u aktar kmieni l-imħuħ ta' dan il-qasam iltaqgħu kollha fil-Malta Blockchain Summit. Apparti dan, il-pajjiż beda jara l-frott ta' din l-istrateġija ekonomika b'interess privat f 'dan il- qasam fosthom mill-ġgant Binance li matul din is- sena ħabbar li se jkun qed jirriloka f 'Malta. Tim nazzjonali tal-waterpolo – tela' – Nikkompetu mal-Ewropej Kuntrarjament għat-tim tal-futbol, it-tim nazzjonali tal-waterpolo għamel qabża kbira fl-2018 hekk kif ikkwalifika għal-LEN European Waterpolo Championships. Il-Maltin inqalgħu f 'logħba mal- Franċiżi, għalkemm fil- fatt ir-riżultat tal-Maltin kien l-ogħla li ġabu fil-kampjonat. Il-kowċ tat-tim huwa Karl Izzo. John Suda - niżel - il- Qorti ssibu ħati John Suda, sa qabel l-2017 kien attur mill-aktar famuż u komiku. Iżda allegazzjonijiet ta' fastidju sesswali tefgħulu l-karriera l-baħar. L-2018 kienet sena ħażina għal dan l-attur ta' Simpatiċi, fost ħafna oħrajn. Dan hekk kif il-Qorti sabitu ħati u ngħata sentenza ta' sentejn ħabs sospiżi. Il- vittma rrakkontat fil-Qorti dak li ġara waqt din is-suppost lezzjoni tad-drama, illi fiha Suda poġġa ġismu ma' ħalq l-istudenta u talabha titla' fuqu, poġġa subgħajh f 'ħalqha u bagħbasha. Fil-Qorti Suda xehed illi dak li kien qed jagħmel għamlu biex jara jekk it-tfajla hix kapaċi żżomm il-kalma f 'sitwazzjonijiet simili, meta tkun qed tirreċta quddiem udjenza. 'Jiena kont interessat li nħares f 'għajnejha u l-espressjoni ta' wiċċha,' sostna Suda. Matul l-2018 Suda kien kompletament nieqes. Qabel ma nqatgħat is-sentenza tal- Qorti l-organizzaturi tal- Malta Fashion Awards kienu kkritikati bil-qawwi hekk kif stiednu lil Suda jkun wieħed minn lista ta' preżentaturi f 'avveniment annwali. Miriam Dalli- telgħet – waħda mill-politiċi li se jittrasformaw lill-UE, skont Politico Miriam Dalli, il-Membru Parlamentari Laburista u kandidata probabli għat- tmexxija tal-Partit Laburista jekk il-PM Joseph Muscat jirreżenja, kellha s-sena 2018 tajba ħafna. Matul din is-sena hija kienet innominata mill-Politico bħala waħda minn dawk li fuq livell Ewropew qed joħolmu u jwettqu u li se jkunu l-politiċi li jittrasformaw lill-Ewropa matul l-2019. Dalli tinsab fit-tmien post f 'din il-lista hekk kif matul l-2018 hi bniet alleanza politika fost partiti tax-xellug u l-ħodor biex jgħaddu miri aktar stretti dwar l-emmissjonijiet mill- Parlament Ewropew. Dan ifisser illi Dalli għelbet oppożizzjoni mill-akbar grupp fil-Parlament Ewropew, jiġifieri l-Partit Popolari Ewropew kif ukoll manuvri mill-industrija Ġermaniża tal- karozzi. Ian Borg – tela' – L-aktar Ministru popolari Il-Ministru Ian Borg kellu sena tajba. L-ewwel nett huwa wieħed mill-aktar Ministri li x-xogħol tiegħu jidher, għax it- toroq jarahom u jgħaddi minn fuqhom kulħadd. Din is-sena beda jitlesta l-ewwel xogħol fuq Triq Aldo Moro u kompla l-bini u t-twessigħ ta' diversi toroq oħrajn. Borg kien ukoll, skont stħarriġ ippubblikat fuq il-gazzetta ILLUM, l-aktar Ministru popolari fost il-Maltin fl-aħħar parti ta' din is-sena. Borg, naturalment, għad għandu sfida waħda kbira u partikolari, jiġifieri dik li joħroġ bi pjan fattibbli għal trasport pubbliku alternattiv li Malta tant għandha bżonn. Dan ikun tassew it-test veru ta' Borg fiż- żmien li ġej.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 December 2018