Illum previous editions

ILLUM 30 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1066820

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

11 Films Il-Ħadd 30 ta' Diċembru 2018 | illum novella tal-Awstraljan Graeme Simsion dwar professur tal-ġenetika li jrid isib mara li tikkomforma mal-kriterji ta' eċċellenza tiegħu, biex fl-aħħar isir iħobb waħda ta' tendenza komuni. Under the Silver Lake - Andrew Garfield jimbarka fuq ġirja madwar Los Angeles biex ifittex mara misterjuża li f 'salt wieħed sparixxiet u li magħha kellu relazzjoni qasira. Film b'toni romantiċi u oskuri. The Curse of La Llorana. - Id-direttur James Wan (Aquaman u films oħra tal-biża') ipproduċa dan ix-xogħol mimli qtajja' dwar ħaddiema soċjali armla (Linda Cardellini) li qed tinvestiga affarijiet strambi ġo familja u l-istess avvenimenti qed ukoll iseħħu f 'darha. Pet Semetary - It-tieni adattament tan-novella ta' Stephen King dwar raġel li jiskopri li ċ-ċimiterju tal- annimali li hemm wara daru għandu l-qawwa li jqajjem il-mejtin b'riżultati koroh. Where'd You go Bernardette? - F'din il-kummieja b'toni drammatiċi, Cate Blanchett, mara miżerabbli li malajr tisparixxi, iġġiegħel lil bintha, adoloxxenti, tindaga sewwa x'ġara. Dumbo, Aladdin u The Lion King. - Tliet films animati klassiċi ta' Disney qed jinħadmu mil-ġdid b'atturi reali. Once Upon a Time in Hollywood - Għandi kurżità kbira għal dan il-film dirett minn Quentin Tarantino, li hu maħsub li joħroġ għall- aħħar ta' Lulju. L-istorja hi dwar attur aspirant l-istunt double tiegħu (dak li jagħmel minfloku azzjonijiet perikulużi) li jippruvaw jistabbilixxu l-karriera tagħhom f 'din il- belt taċ-ċinema fl-1969 meta l-qattiela Familja Manson kienu tassew qed iwettqu l-brutalità tagħhom. F'cast imponenti ta' atturi nsibu lil Leonardo DiCaprio, Brad Pitt, Margot Robbie, Al Pacino, Dakota Fanning u James Marsden, fost oħrajn. Nistennew xi ħaġa gwappa u sorprendenti a la Tarantino. Bħas-snin ta' qabel se jerġa' jkollna fostna sequels, reboots u spin-offs ta' avventuri ġodda bħal John Wick, Chapter 3, Godzilla, King Of The Monsters (l-istess isem li l-Amerikani taw lix-xogħol kult Ġappuniż tal-1954 Gojira), Hellboy, il-film animat The Secret Of Pets 2, Men In Black Spin-Off, Shaft, Toy Story 4, 47 Metres Down, The Next Chapter, sequel ieħor tal-pupa msaħħra Annabelle, Spider-Man: Far From Home, IT, Chapter 2 u stejjer diversi oħrajn. Stennew xi tibdil minn dawn it-titli. Lejn l-aħħar xhur tas-sena mistennija joħorġu l-film ġdid ta' James Bond, The Addams Family, Charlie's Angels, Jumanji 2, prequel tal-film klassku The Wizard Of Oz u oħrajn. Mid-dehra l-2019 se tkun sena oħra ta' divertiment ċinematografiku qawwi fejn kulħadd għandu jsib dak li jogħġbu. fiċ-ċinema fl-ewwel xhur tal-2019 Aladdin Greyhound Once Upon a Time in Hollywood

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 December 2018