Illum previous editions

ILLUM 30 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1066820

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

13 SUE ROSSI Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-immudellar? Bħala tifla żgħira kont nieħu gost nilbes u nimxi bit-takkuna t'ommi u mhux l-ewwel darba li qsamthielha. Mhux l-ewwel darba wkoll li ħadtilha l-make up biex nużah jien. Meta bdejt nitfarfar bdejt nuri interess li nħit il-ħwejjeġ tiegħi u bdejt nitgħallem permezz ta' lezzjonijiet privati li kont nieħu ħafna gost bihom b'mod partikolari meta kont nħit u nuża magna tal- ħjata. Meta bdejt nikber kont ingħaqadt ma' aġenzija tal-immudellar li kienet immexxija minn Anne Borg u mhux l-ewwel darba li ħadt sehem fi sfilati tal-moda. Hemmhekk iltqajt ma' fotografu li tani l-opportunità li mmur barra minn Malta fuq scholarship flimkien mal-mudella Fiona Gauci. Konna morna fil-belt Ingliża ta' Nottingham fil-Kulleġġ Noveau fejn hemmhekk ħadna kors intensiv f 'dan il-qasam. Ksibt ċertifikat li fih ħadt ħsieb ngħallem lill-mudelli filwaqt li assistejthom f 'din il-karriera. Issa ilni 35 sena nagħmel dan ix- xogħol b'tant imħabba u dedikazzjoni. Kif tkun il-ġurnata tipika tiegħek? Fil-verità qatt ma jkolli ġurnata l-istess anke għax nippjana skeda mimlija sa ruħ ommha. Filgħodu kif nqum l-ewwel ħaġa li nagħmel hu li nitfa' l-ħwejjeġ fil-magna tal- ħasil filwaqt li nieħu tazza kafè. Nara li norganizza lili nnifsi fuq il-ħwejjeġ li nilbes skont l-attività jew l-appuntament li jkolli. Wara nieħu l-kolazzjon li jkun jikkonsisti f 'ħafur jew jogurt bil-frott. Darbtejn jew tliet darbiet f 'ġimgħa mmur għat-taħriġ u wara nkompli bl-appuntamenti normali tiegħi sa nofsinhar fejn hemmhekk imbagħad nieqaf nieħu insalata. Wara nofsinhar niċċekkja l-posta elettronika u darbtejn fil- ġimgħa nagħti l-korsijiet tal-immudellar lil dawk it-tfajliet prospettivi. Il-ħin jgħaddi jiġri u jkun wasal ħin l-ikla ta' filgħaxija u xi ftit rilassament ukoll. Xi kultant nieħu xi nofs ġurnata frank sabiex ikolli ċ-ċans inqatta' ftit ħin mal- ħbieb, mat-tfal u fl-aħħar u mhux l-inqas mal-partner tiegħi. X'tagħmel fil-ħin liberu tiegħek? Kif diġà għedtlek inħobb nagħmel taħriġ fiżiku għax jagħtini dik l-enerġija li jkolli bżonn. B'hekk inħobb indaħħal it-taħriġ bħala parti mill-iskeda tiegħi. Inħobb ukoll nieħu kafè ma' sħabi li nkun ilni ma niltaqa' magħhom. Liema hi l-isbaħ parti tal-immudellar u x'inhu s-sodisfazzjon li tieħu? L-ikbar sodisfazzjoni tiegħij meta l-mudelli li kienu taħt idejja jmorru barra minn Malta u jagħmlu esperjenza hemmhekk. Nieħu gost ukoll li niltaqa' ma' eks mudelli minn tiegħi li issa għandhom it-tfal u dawn qed irawmuhom sabiex isiru mudelli huma wkoll. Meta nara dan kollu nibda nirrealizza kemm qed nikber għalkemm fuq kollox ninsab sodisfatta b'dak li rnexxieli nagħmel ma' dawn in-nies kollha. Kif tarak ħames snin oħra? Dejjem nara li nidħol għal sfidi ġodda u xi kultant ma noqgħodx lura sabiex nidħol għal attivitajiet u negozji oħra. Mhux fil-karattru tiegħi li ma nagħmel xejn. Liema hi l-mudella li tispirak l-aktar? Fi żmieni kont inħares l-aktar lejn mudelli internazzjonali li kienu jispirawni u dawn kienu jinkludu Claudia Schiffer, Cindy Crawford, Naomi Campbell u Helena Christensen. Dak kien żmien sabiħ li tara l-immudellar b'ċertu dedikazzjoni. Liema taħseb li hu l-iktar punt b'saħħtu li għandek? Inħobb nagħti eżempju tajjeb lit-tfal tiegħi Valentina u Dean filwaqt li nuża ċerta dixxiplina. Inħoss li għandi kwalitajiet pożittivi bħall-paċenzja u t-tqassim tal-ħin. Meta niġu għax- xogħol professjonali tiegħi, huwa importanti li jkollok grupp tajjeb ta' nies u inqas stress. X'inhuma l-passatempi tiegħek? Inħobb nivvjaġġa ħafna fi staġuni fejn ma tantx ikun hemm nies sabiex nevita dak il-volum kbir ta' turisti. Dejjem infittex postijiet kwieti sabiex nirrilassa minħabba li xogħli jinvolvi ħafna stress u ħafna nies ukoll. X'inhi l-filosofija tiegħek tas-sbuħija? Is-sbuħija hija waħda mill-filosofiji tant sbieħ tal-ħajja. X'inhi l-iktar parti li tieħu pjaċir tagħmel f 'din l-industrija tas-sbuħija u l-immudellar? Meta noħloq kollezzjoni ġdida u nagħmel xi stili ġodda filwaqt li nara lill- mudelli b'dik il-kunfidenza fuq il-palk b'xagħarhom u l-make-up bl-aqwa mod possibbli. Dawn ikunu preparamenti li jkunu ilhom li bdew xhur qabel u jagħmlu dan ix-xogħol eċitanti. Liema hi l-aqwa karatteristika tiegħek? Naħseb li f 'mara huwa importanti li tirrispetta lin-nies li taf u anke lil dawk li ma tafx. Din hija karatteristika li nħossni kburija biha. Inħossni wkoll kuntenta bid-dehra tiegħi. X'inhi l-iktar ħaġa li tieħu gost biha fid-dinja tal- moda? Naħseb li l-moda għandha s-sabiħ tagħha għax tirrifletti l-personalità tiegħek skont dak li int tilbes. Jogħġobni l-fatt li l-ħwejjeġ kapaċi jbiddluk u l-mod ta' kif ħaddieħor iħares lejk. Liema kien l-iktar parir tajjeb li qatt tajt? Jien dejjem ngħid lil dak li jkun biex ikun fl-aqwa tiegħu dejjem. Darba ngħixu imma naħseb jekk tgħaddi l-ħajja mill-aħjar li tista' tkun l-iktar ħaġa pożittiva. Qatt m'għandek twarrab il-ħolm tiegħek. Bħala persuna ta' suċċess nixtieqek tgħaddi messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li jixtiequ jidħlu fid-dinja tal-moda. Jien naħseb li kulħadd jixtieq jirnexxi fil-ħajja hux veru? Ftakar li kull ħaġa li nagħmlu qatt mhi ser tkun faċli iżda jekk int tidħol għaliha, importanti li tagħti l-mija fil-mija tiegħek. Din l-esperjenza kapaċi tgħallmek, tkabbrek u żżidlek dejjem aktar il- personalità tiegħek. Intervista Il-Ħadd 30 ta' Diċembru 2018 | illum qiegħda ġo fik u ġġorrha miegħek' Jien naħseb li kulħadd jixtieq jirnexxi fil-ħajja. Ftakar li kull ħaġa li nagħmlu qatt mhi ser tkun faċli iżda jekk int tidħol għaliha, importanti li tagħti l-mija fil-mija tiegħek. Din l-esperjenza kapaċi tgħallmek, tkabbrek u żżidlek dejjem aktar il-personalità tiegħek. " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 December 2018