Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1066820
14 Aħbarijiet illum | Il-Ħadd 30 ta' Diċembru 2018 Qaluha fuq l-illum matul "M'għandix l-iċken dubju li Joseph Muscat se jingħata raġun fuq Egrant." Aaron Farrugia - 21 ta' Jannar 2018 "Għall-ewwel darba, bdejna nisimgħu l-ħoss tal-bombi u tal-isparar tat-Tieni Gwerra Dinjija. Min mar jistkenn wara l-artal u min mar f 'xi rokna. Aħna, ta' tfal li konna, ridna mmorru ħdejn il-mamà u tlaqna niġru 'l barra." Doris Cannataci - 09 ta' Awwissu 2018 "Ir-retweet tal-Arċisqof ħsibtha ċajta tal-1 ta' April." Fr Mark Montebello - 06 ta' Mejju 2018 "Hawn sezzjoni ta' nies li jaħsbu li huma biss jafu x'inhi kultura." Jason Micallef - 28 ta' Jannar 2018 "Hawn ħafna għaliex tgħix. Ħu minn Bjorn. Jekk mhux għalih, irid jgħix għal min iħobbu u għal min għandu bżonnu... Qatt ma għandek taqta' qalbek." Maria Formosa - 02 ta' Settembru 2018 "Mhux se ninkwieta żżejjed jekk jitneħħew il-kurċifissi mit- toroq u mill-postijiet pubbliċi." L-Isqof Mario Grech - 04 ta ' Marzu 2018 "Kien hemm ħafna nies li telqu mit-tarzna, ma ridux joqogħdu hemm iżjed wara l-isplużjoni tal-Um El Faroud. Aħna lanqas konna nimmaġinaw kemm konna nkunu f 'periklu u ma nafux." Joseph Abela - 04 ta' Frar 2018 "L-iżvilupp se jkun viċin ħafna taż-żona residenzjali ta' Ġebel San Martin, għalhekk iż-żona taż-Żejtun issir fiżikament parti miż- żona urbana ħafna ikbar tal-Port il-Kbir u b'dan il-mod iż-Żejtun jitlef il- karatteristiċi ta' villaġġ." Ruben Abela - 11 ta' Frar 2018 Miġburin minn Liam Carter illum "Sal-2050, l-għadd ta' Maltin bid-dimensja mistenni jitla' għal 13,000 ruħ, u b'hekk jirdoppja." Professur Charles Scerri - 19 ta' Awwissu 2018