Illum previous editions

ILLUM 30 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1066820

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 31

M eta nħares lura lejn is-sena li waslet biex tintemm, inħoss sodisfazzjon. Sodisfazzjon għaliex nara xhur twal ta' ħidma li ssarrfet f 'suċċessi. Indur mal-oqsma kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gven Lokali u b'wiċċi minn quddiem ngħid li wettaqna. Wettaqna miżuri, daħħalna liġijiet, implimentajna bi pjan biex żgur dawn l-oqsma din is-sena qed inġegħluhom ferm aħjar mhux biss minn kif sibniehom meta dħalna fil-Gvern, imma wkoll aħjar mis- sena ta' qabel, meta diġà konna tejjibnihom ferm. Illum tħares lejn il-qasam tal- ġustizzja, s-saltna tad-dritt u dak kollu marbut ma' dawn iż-żewġ kolonni importanti għal pajjiżna, tara li kien hemm bidliet kbar. F'dan is-settur inħoss li l-2018 kienet sena li matula s-sistema tal-ġustizzja tagħna kompliet tiġi rikonoxxuta għall-avvanzi tagħha, ir-reżiljenza u l-abbiltà li tadatta għall-bżonnijiet attwali min-numru ta' organizazzjonijiet influwenti; Ewropej u internazzjonali. U dan ma ngħidux jien. Jgħiduh l-organizazzjonijiet barranin stess, biċ-ċertifikati li jagħtuna fl-istudji speċjalizzati għal dan is-settur. Kieku ngħidu jien biss, ikun sempliċiment ftaħir min-naħa tiegħi. Imma meta jgħiduh entitajiet oġġettivi, ikun konferma ta' dak li qed nagħmlu f 'dan is-settur. Ir-riformi li saru matul din is- sena kienu ħafna. Immirati biex tiżdied l-effiċjenza u l-abbiltà biex jadatta mal-bżonnijiet kurrenti ta' pajjiżna. M'għandix il-ħsieb li noqgħod insemmi riforma wara l-oħra li wettaqna, imma nħoss li fuq quddiem għandi nsemmi waħda li żgur li ġabet tibdil kbir, li saħħet id- demokrazija u li wkoll biddlet is- settur li għaliha kienet indirizzata din il-liġi. Qed nirreferi għall-liġi dwar il-midja, li toffri libertajiet bla preċedent lill-espressjoni ġurnalistika u neħħiet għalkollox il-libell kriminali. Oħrajn huma t-twaqqif ta' sezzjoni kummerċjali fil-Qorti, l-introduzzjoni ta' servizzi ġodda online, ingħaqadna mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (EPPO), rajna l-Bureau għall-Irkupru tal-Assi jingħata aktar poteri. Daħħalna liġi li tagħti poter ġdid ta' skrutinju lill-Parlament dwar ħatriet pubbliċi ewlenin. Fuq livell Ewropew, is-sistema tal-ġustizzja Maltija ġiet fl- ewwel post fl-Unjoni Ewropea kollha fir-rata li biha jiġu solvuti każijiet ċivili, kummerċjali u amministrattivi. Hija wkoll sena storika fil-qasam tal-Ġustizzja, fejn għall-ewwel darba fl-istorja ta' pajjiżna, in-numru ta' nisa fil- Ġudikatura qabeż dak tal-irġiel. Fl-2018, f 'isem il-Gvern Malti, il-Ministeru fittex il-parir ta' numru ta' istituzzjonijiet internazzjonali fosthom Kumissjoni ta' Venezja, bi tħejjija għat-twettieq ta' riformi kostituzzjonali importanti mmirati biex jindirizzaw bidliet fil-kostituzzjoni tagħna, li għalihom irid ikun hemm qbil minn maġġoranza ta' żewġ terzi fil-Parlament Malti, biex pajjiżna jkompli jimxi 'l quddiem anke f 'dan is-settur tant importanti għat-twettiq ta' demokrazija aktar b'saħħitha. Fejn tidħol il-kultura, kienet sena impenjattiva ferm. Sena li matulha s-settur kulturali wettaq wieħed mill-aktar kalendarji kulturali intensivi li qatt kellha Malta, bħala parti miċ- ċelebrazzjonijiet ta' Valletta 2018. Tema importanti għas- settur kulturali fl-2018 kienet l-aċċessibbiltà, bl-għan ewlieni li nżidu n-numru ta' opportunitajiet biex il-poplu Malti jesperjenza l-kultura. Ftaħna l-ewwel mużew komunitarju ta' Malta – il- MUŻA u wellidna l-kunċett tal- MICAS – il-Malta International Contemporary Art Space. Dawn kienu fost il-kisbiet ewlenin fil-qasam kulturali, flimkien ma' oħrajn li permezz tagħhom, inħossni kburi li qed jitwettaq xogħol kbir biex dak li writna mingħand missirijietna, il-wirt kulturali tagħna, nindukrawh u nħalluh hemm bħala legat għall-ġenerazzjonijiet futuri. Introduċejna KorMalta, kien hemm it-twessigħ tal-Culture Pass li bih issa aktar studenti jistgħu jibbenefikaw minn esperjenza artistika u kulturali tal-għażla tagħhom bla ħlas, introduċejna l-Heritage Passport biex it-tfal ikunu jistgħu jżuru s-siti tagħha b'mod li huma jieħdu gost jitgħallmu billi jiskopru dawn s-siti. Proġett kbir li bdejna mall- ewwel u se nkomplu naħdmu fuqu huwa dak tar-restawr. L-2018 rat it-tlestija ta' numru ta' siti mhux biss madwar il-belt kapitali tagħna, imma mifruxa mal-gżejjer. Xogħol li wkoll inħoss li qed nagħmlu avvanzi kbar fih huwa l-għajnuna lit-tradizzjonijiet Maltin: għajnuna kemm lis-soċjetajiet mużikali, imma żidna fond li permezz tiegħu qed ninvestu fit-tisħieħ tas- sikurezza fit-twettieq tal-arti tal-piroteknika. Fi ftit paragrafi mhux biżżejjed li nelenka dak kollu li sar, imma ninsab persważ, li dak li wettaqna qed jinħass u l-poplu qed jarah. Għall-quddiem? Wettaqna ħafna, imma għad baqa' wkoll xi jsir. Għalhekk inħares lejn is-sena li waslet biex tibda bħala sena li matulha li jkun hemm it-tkomplija ta' dak li għamilna, it-tisħieħ ta' dak li wettaqna u wkoll nagħtu bidu għal proġetti ġodda. Nawgura lill-editur, il- ħaddiema u l-qarrejja ta' dan il-ġurnal u wkoll lil dawk kollha li jaħdmu tat il-kappa tal- Ministeru, s-sena t-tajba mimlija risq u barka – u wkoll xogħol fejjiedi! illum | Il-Ħadd 30 ta' Diċembru 2018 20 Opinjoni OWEN BONNICI O XFAM hija organizzazzjoni b'risq l-iżvilupp tat-Tielet Dinja. Bdiet fl-Ingilterra, imma llum saret internazzjonali, b'waħda mill-friegħi tagħha, OXFAM ITALIA toħroġ rapport kull sena. L-aħħar rapport ta' OXFAM ITALIA jiċċentra fuq is- supermarkets u l-isfruttament li jsir minnhom minn fuq dahar il-bdiewa li jipproduċu l-ikel u x-xorb li jispiċċa għall-bejgħ fuq l-ixkafef ta' dawn is-swieq li llum xorbu proporzjon kbir tal- kummerċ li jseħħ fil-livell lokali u qed jeqirdu l-ħwienet iż-żgħar mad-dinja kollha. Ħames kumpaniji Ir-rapport ta' OXFAM ITALIA huwa riżultat tat-tiftix li sar dwar il-prezz ġust mogħti lill-bdiewa tal-prodotti agro- alimentari fi ħdan 5 kumpaniji kbar tas-supermarkets, li huma COOP, CONAD, ESSELUNGA, EUROSPIN u GRUPPO SELEX. Instab fit-tiftix li wara l-prodotti li jinsabu għall- bejgħ fis-supermarkets ta' dawn id-ditti hemm bdiewa diskriminati, imħallsin b'mod inġust. Instab li fl-Italja l-ikel u x-xorb ikkunsmati mill- pubbliku jinsabu għall-bejgħ fis-supermarkets bi proporzjon ta' 73.6% tat-total mibjugħ. Dawn il-prodotti jew oġġetti jkunu għamlu triq twila mill-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw sakemm waslu fl- Italja, għand il-konsumaturi. Il-konsumatur illum hu iżjed informat imma xorta waħda għadu mhux edukat biex jagħti preferenza lill-prodotti tad-ditti li jħallsu b'mod ġust lill-bdiewa. Erba' punti Fit-tiftix tagħha, l-OXFAM tindaga fuq erba' punti - it- trasparenza li biha d-ditti jagħtu tagħrif imnejn ġejjin il-prodotti li għandhom għall-bejgħ; il- jeddijiet tal-ħaddiema agrikoli bħala garanzija ta' ħlas minimu li jippermettilhom jigħxu bid- dinjità; il-jeddijiet tal-ħaddiema li jkunu kkonċentrati f 'għadd żgħir; u rispett tal-ħaddiema nisa li jirrappreżentaw 43% tal-ħaddiema kollha fil-qasam agrikolu imma li f 'ċerti pajjiżi jitilgħu għal 70% tal-ħaddiema u li għadhom diskriminati meta mqabblin mal-ħaddiema rġiel. Jitqiesu wkoll il-jeddijiet tal-produtturi tal-prodotti. Ir-rapport OXFAM ITALIA jagħti dettalji dwar żewġ pajjiżi li huma mgħejuna minnu biex itejbu l-kwalità tax-xogħol li jagħmlu kif ukoll il-kwalità ta' ħajja li jgħixu. Koperattiva Jissemmew il-Paragwaj u Sri lanka, wieħed fl-Amerika Latina u l-ieħor fl-Asja. Sponsorjati minn OXFAM ITALIA fil-Paragwaj, 70 kilometru bogħod minn Asunsion, il-belt kapitali, twieldet koperattiva ta' produtturi żgħar u llum saret realtà agrikola eżemplari, mudell rurali effiċjenti, sostenibbli u jħalli l-qligħ. Dil-koperattiva swiet biex il-bdiewa li huma mseħbin fiha saru propretarji tal-għelieqi tagħhom u b'hekk biddlu il- ħajja ta' madwar 2,000 familja. L-imseħbin tal-koperattiva jirċievu paga regolari u għandhom aċċess għal għajnuna teknika, servizzi sanitarji, għajnuna skolastika għal uliedhom u tgħallmu tekniċi ġodda ta' kultivazzjoni u b'hekk kabbru l-produzzjoni. Lanqas biss wieġbu Ir-rapport tal-OXFAM jixhed x'inhu għaddej fejn jidħlu l-interessi tal-bdiewa. Jirrizulta li minn 5 ditti ta'supermarkets, tnejn minnhom Selex u Eurospin, lanqas wieġbu fuq ebda waħda mis-suġġetti li fuqhom ġew indagati. Mit-tlieta l-oħra, l-aħjar li marret kienet id-ditta Ko-op. Fejn jidħlu in-nisa, ebda waħda mill-5 ditti ma ssodisfaw il-jeddijiet li jolqtu x-xogħol tan-nisa. Ir-rapport jgħid li "sal-lum is-supermarkets għadhom ma mmaturawx l-attitudni tagħhom fejn jidħlu l-jeddijiet tal-bniedem fil-qasam tax- xogħol." Dan ir-rapport jagħmel talbiet konkreti lis-supermarkets, lill- Gvern kif ukoll liċ-ċittadini li jsiru klijenti tas-supermarkets. Wieħed ma jridx jinsa li kif jidher mit-tagħrif dwar l-Italja, 90% tal-poplu jiffrekwentaw is- supermarkets u 90% jżuruhom għall-inqas darba fil-ġimgħa. OXFAM u s-supermarkets DUN ANG SEYCHELL Lejn sena oħra b'impenn

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 December 2018