Illum previous editions

ILLUM 30 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1066820

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

Sports 26 MAY Zahra, 15-il sena, u Sabine Darmanin, 14- il sena, huma membri żgħażagħ ta' TopSpin Table Tennis Academy li hi waħda mill-akkademji tat-table tennis stabbiliti f 'pajjiżna. Kif bdiet l-imħabba tagħkom għat-table tennis u għala minn tant sport għażiltu li tibdew titħarrġu fih? May: Darba minnhom, Edward, il-kowċ tal- Akkademja, kien tella' esebizzjoni fl-iskola fejn nattendi. Kien uriena t-teknika bażika tat-table tennis. Meta kont rajtu jilgħab bqajt impressjonata. Qatt ma kont tħarriġt f 'xi sport b'mod serju u għaldaqstant dakinhar kont iddeċidejt li mmur għal xi sessjonijiet matul is-sajf biex nara jekk jolqotnix. Mid-dehra kien għoġobni għax minn dakinhar 'l hawn qatt ma ħarist lura. Sabine: Minn mindu kont żgħira dejjem kont inħobb nipprova sport differenti. Darba waħda rajt reklam tat-table tennis fil-kumpless ta' Ħal Kirkop u iktar ma kont immur nipprattikah, iktar kien jitqanqal interess fija biex nieħdu b'aktar serjetà. Imbagħad darba minnhom xi ħadd kien issuġġerieli ningħaqad ma' akkademja u minn hemm bdejt nistinka biex nidħol għall- kompetizzjonijiet. Kemm ilkom tilagħbuh u x'kienet l-isbaħ esperjenza li kellkom f 'dan l-isport s' issa? May: Jien ilni nilagħbu ħames snin. Naħseb l-isbaħ esperjenza s'issa kienet meta, sentejn ilu, kont intgħażilt għall-ewwel darba biex nilgħab mat-tim nazzjonali ta' Malta biex nikkompeti fil-European Youth Championships f 'Guimarães, il-Portugall. Nista' ngħid li tgħallimt ħafna kif ukoll iltqajt u lgħabt ma' bosta plejers ta' nazzjonalitajiet differenti. Kien unur kbir li ġejt magħżula biex nirrappreżenta lil Malta u żgur qatt ma jien se ninsa dil- opportunità li ngħatatli. Sabine: Ilni nittrenja dal- isport ftit aktar minn erba' snin u, s'issa, l-isbaħ esperjenza tiegħi kienet meta sifirt barra minn Malta għal turnament li kien sar f 'Ċipru. Kif jirnexxilkom tlaħħqu mal- istudju u mat-table tennis? May: Jien nara li nqassam ħini sew u nipprova ma naħlix daqshekk ħin fuq il-midja soċjali. Ovvjament, waqt il- perjodu tal-eżamijiet innaqqas minn tliet darbiet fil-ġimgħa għal darbtejn prattika u nuża l-ħin tat-trejning bħala pawża mill-istudju u xejn xejn niltaqa' ma' sħabi. Sabine: Biex inlaħħaq mal- istudju u mat-table tennis nagħmel mezz li nqassam ħini sew u għalkemm dan ġieli jirrikjedi xi sagrifiċċji, bħal pereżempju nnaqqas il-ħin minn xi ħaġa oħra, bħall-ħin li nqatta' nuża l-mowbajl, speċjalment fi żmien l-eżamijiet, it-table tennis iservini bħala żvog. X'inhuma l-pjanijiet tagħkom għal dan l-istaġun f 'dak li għandu x'jaqsam mat-table tennis? May: Dis-sena se niffokka iżjed fuq l-iskola għax f 'Mejju li ġej se nagħti l-O levels, però se nibqa' nittrenja u naħdem aktar biex nitjieb. Imbagħad wara li jgħaddu l-eżamijiet se jkolli sajf sħiħ quddiemi li matulu se nittrenja kemm nista' biex fl-istaġun ta' wara joħorġu riżultati mill-aqwa. Sabine: Għal dal-istaġun, bħal dejjem, qed naħdem biex inkompli navvanza ħalli nerġa' nilgħab mat-tim nazzjonali. Kif taraw il-futur tagħkom fejn jidħol it-table tennis f 'Malta u barra minn xtutna? May: Ovvjament se nibqa' nittrenja kemm hawnhekk kif ukoll barra minn Malta meta jiġuni xi opportunitajiet. Lokalment, nispera li nirbaħ aktar titli fejn tidħol il- kategorija tiegħi filwaqt li, barra minn Malta, nispera li nibqa' nirrappreżenta lil pajjiżi mat- tim nazzjonali u nikkompeti biex nakkwista riżultati aħjar. Sabine: Fil-futur naspira li nkun waħda mill-aħjar plejers min-nisa ħalli nkun nista' nirrappreżenta lil Malta b'suċċess. Kif tippreparaw għal-logħob importanti? Tħossukom anzjużi qabel il-logħob? May: Qabel logħob veru importanti, wara li nkun għamilt ftit warm up, inwarrab f 'post għall-kwiet u nibda nimmaġina lili nnifsi waqt il-logħba; nilgħab u noħloq tattiki sabiex nirbaħ il-punti, b'hekk mentalment inkun qed nipprepara lili nnifsi. Dażgur li nkun anzjuża u eċċitata imma malli tibda l-logħba naf li se nagħmel l-almu tiegħi. Sabine: Xi ftit ansjetà waqt il-logħob dejjem ikun hemm iżda importanti li żżomm kalma peress li t-table tennis hu wkoll logħba mentali. Qabel kull logħba nipprova nittrenja kemm nista'. Hemm biżżejjed interess minn tfal u żgħażagħ fit-table tennis f 'pajjiżna? X' taħsbu li jista' jsir biex aktar tfajliet jibdew jilagħbu dan l-isport? May: Naħseb li hemm interess imma mhux biżżejjed. F'Malta, l-aktar sport li jissemma huwa l-futbol. Warajh, il-waterpolo u l-basketball. Għalhekk, sforz kemm dawn huma popolari, minn età żgħira, il-ġenituri jħeġġu lil uliedhom biex jibdew jipprattikaw xi wieħed minnhom. Ħafna nies lanqas għandhom l-iċken idea dwar l-impenn li jitlob it-table tennis. Meta tistaqsihom fuq it-table tennis, sfortunatament jgħidulek "mhux kemm tolqot il-ballun, lanqas għandek bżonn tiċċaqlaq". Din hi mentalità totalment żbaljata għax id-dixxiplina, il-koordinazzjoni, il-ħeffa fis- saqajn u r-riflessi tajbin huma kollha intrinsiċi biex wieħed jilgħab. Nemmen li t-tfajliet għandhom jagħtuh ċans lil dan l-isport qabel ma jirrifjutawh għax, mill-esperjenza personali, kieku ma mortx għal dik il- lezzjoni fis-sajf ta' ħames snin ilu, kieku ma kontx nasal fejn wasalt illum u żgur li ma kienx ikolli tant esperjenzi sbieħ f 'Malta kif ukoll barra minn Malta. Sabine: Le, it-table tennis mhuwiex sport li jingħatawlu ħafna importanza u attenzjoni, speċjalment mit-tfajliet Maltin. Li jista' jsir huwa iktar taħriġ, xi reklamar ta' meta jkunu se jittellgħu xi kompetizzjonijiet importanti, kif ukoll żjajjar fl-iskejjel. Tixtiequ tirringrazzjaw lil xi ħadd partikolari wara s-suċċessi tagħkom fit-table tennis ġewwa pajjiżna? May: Ovvjament nixtieq nirringrazzja lill-kowċis tiegħi, Edward Baldacchino u Matthew Micallef, tal-għajnuna kontinwa biex intejjeb il- livell tiegħi. Mingħajrhom żgur ma kontx nasal. Nixtieq nirringrazzja wkoll lill-familja tiegħi, speċjalment lill-ġenituri tad-drabi kollha li wassluni u ssapportjawni waqt il-logħob, kif ukoll ta' kemm-il darba għenuni finanzjarjament biex insiefer barra minn Malta u nduq esperjenzi ġodda. Sabine: Nixtieq nirringrazzja lill-ġenituri tiegħi talli dejjem ikunu ta' sapport u sostenn għalija, lesti biex jgħinuni u talli dejjem jemmnu fija u kontinwament ifakkruni biex ma naqtax qalbi, kif ukoll lill- kowċis talli dejjem jgħinuni nsir plejer aħjar. X'inhu l-messaġġ tagħkom lejn it-tfajliet u l-ġenituri tagħhom biex anke huma jitħajru jibdew jilagħbu? May: Ngħid għalija t-table tennis hu sabiħ wisq u kuljum niskopri l-versatilità tiegħu. Inħeġġeġ lit-tfajliet biex ma jiddejqux jippruvawh u 'l-ġenituri biex dejjem jinkoraġġixxu lil uliedhom. Sabine: It-table tennis joffri ħafna opportunitajiet, speċjalment lit-tfajliet u 'l-adolexxenti. Inħeġġiġhom biex jibdew iħarrġu lilhom infushom dwar kif jintlagħab dan l-isport, u jekk isibuh ta' interess, jingħaqdu ma' akkademja ħalli jħossuhom parti minn familja akbar u isbaħ. Din l-intervista ma setgħetx tkun possibli mingħajr l-għajnuna ta' Matthew Micallef u Lara Michelle Camilleri. illum Il-Ħadd 30 ta' Diċembru 2018 L-involviment tat-tfajliet t-table tennis

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 December 2018