Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1066820
L-2019 se tkun sena msejsa fuq ħidma biex inwettqu aktar RIFORMI fil-pajjiż. Is-sena t-tajba. illum | Il-Ħadd 30 ta' Diċembru2018 Aħbarijiet 32 L-Isqfijiet jappellaw għas-solidarjetà ma' 32 immigrant bejn sema u ilma "F'DAWN il-jiem ta' festi meta faċilment inkunu aljenati, inħossuna fid- dover li ntennu l-appell li għamilna f 'Ġunju li għadda biex il-mexxejja ta' pajjiżna, flimkien ma' dawk tal-Unjoni Ewropea, joffru soluzzjonijiet konkreti għall-fenomenu tal-immigrazzjoni fil-Baħar Mediterran. L-iżviluppi ta' dawn il-jiem dwar il-persuni li kienu abbord il-bastiment Open Arms u dawk li issa huma abbord il-bastiment Sea Watch 3 joffru stedina lil Malta u lill-pajjiżi Ewropej għal solidarjetà konkreta. Huwa ta' tħassib serju għalina meta l-Ewropa tirrifjuta li toffri kenn flok tassisti, meta tagħlaq flok tiftaħ il-bibien tagħha għal dawk li huma maqbudin bejn sema u ilma." Hekk sostnew l-Arċisqof Charles J Scicluna u l-Isqof ta' Għawdex Mario Grech fi stqarrija dwar 32 immigrant li bħalissa jinsabu bejn sema u ilma hekk kif l-ebda stat membru tal-Unjoni Ewropea ma jrid isalvahom. L-appell tal-Isqfijiet Maltin jiġi wara l-appell ta' 18-il għaqda biex dawn l-immigranti jiddaħħlu Malta. "Fl-istess waqt nirrikonoxxu l-isforzi tal-awtoritajiet Maltin biex jgħinu lil dik l-omm u lit-tarbija tagħha li nġiebu Malta mill-Forzi Armati," komplew isostnu. F'referenza għall-Milied li għadna kif iċċelebrajna. "X'jiswa lin-Nisrani li jfakkar it-twelid ta' tarbija u ma jfittix li jsalva lil dawn ħutna l-bnedmin? X'jiswa lis- soċjetà li tippromovi l-ħajja u mbagħad tagħżel li tħalli lill-bnedmin f 'nofs ta' baħar wiċċ imb wiċċ mal-mewt? Aħna u nfakkru fil-ħtieġa tas- solidarjetà nifhmu li qegħdin nimpenjaw ruħna li nagħmlu dan ma' min qiegħed fi bżonn urġenti ta' għajnuna għaliex qiegħed jaħrab minn ambjent kiefer ta' disprezz vjolenti tad-dinjità tal-bniedem; qiegħed jaħrab minn destin aħrax ta' skajvitù, u saħansitra tortura u mewt." Fl-istqarrija tagħhom l-Isqfijiet temmew jgħidu illi filwaqt li jagħrfu l-kumplessità u d-delikatezza kemm tal-problema kif ukoll tas-soluzzjonijiet, iħeġġu lill-Gvern jagħmel "għażliet kuraġġużi li jkunu dejjem favur il-ħajja u nħeġġu wkoll solidarjetà li tesprimi ruħha mhux biss bil-fomm jew bil- flus iżda b'azzjoni konkreta."