Illum previous editions

ILLUM 6 January 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1068296

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 31

2 Aħbarijiet ILMOVIMENT Graffitti ħareġ filmat qasir li jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku għall-fatt li l-Awtorità tal- Ippjanar (PA) naqset milli tirrevedi l-Fuel Service Station Policy. (Ara l-filmat fuq is-sit illum.com.mt). Fi stqarrija l-moviment sostna li din il-policy tinċentiva l-bini ta' kumplessi kummerċjali massivi, taparsi pompi tal-petrol, fuq art agrikola u naturali barra ż-żoni tal-iżvilupp (ODZ). "Għaddiet sena minn meta l-Ministru għall-Ambjent iddikjara li l-Fuel Service Station Policy tal-2015 hija ħażina u hemm bżonn tiġi riveduta. Tul dan iż-żmien, il-Moviment Graffitti u għaqdiet oħrajn wettqu diversi azzjonijiet, inkluż żewġ azzjonijiet diretti ġewwa l-bini tal-PA, biex jitolbu r-reviżjoni immedjata ta' din il-policy. Iktar minn 1,100 individwu bagħtu wkoll email lill-awtoritajiet sabiex jesprimu l-għadab tagħhom għal din il-policy u għan-nuqqas t'azzjoni mill- PA biex din tinbidel," fakkar il-Moviment Graffitti L-istqarrija ffirmata minn André Callus tgħid illi hija xi ħaġa inkredibbli li l-PA qed tieħu tul esaġerat ta' żmien sabiex tagħmel bidla daqshekk sempliċi fil-policy. "Għalkemm l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) lestiet ir-reviżjoni tagħha f 'April, meta qalet li l-policy riveduta m'għandhiex tħalli pompi tal-petrol fuq ODZ, il-PA għadha ma ppubblikatx għall-konsultazzjoni l-abbozz tal-policy riveduta. Iċ-Chairperson Eżekuttiv tal-PA, Johann Buttigieg, iddikjara f 'Novembru li abbozz tal-policy riveduta kien lest biex joħroġ għall- konsultazzjoni pubblika. Iżda laħaq għadda xahar ieħor u dan għadu ma ġiex ippubblikat." "Sadanittant, applikazzjonijiet ġodda għall-pompi tal-petrol f 'ODZ jistgħu jibqgħu jintefgħu taħt il-policy difettuża kurrenti," tfakkar l-istqarrija filwaqt li tgħid ukoll li bħalissa hemm 16-il applikazzjoni għal pompi tal-petrol f 'ODZ, b'erbgħa minnhom diġà ġew approvati u l-oħrajn għadhom qed jiġu pproċessati. "Flimkien, dawn ikopru ammont ta' art li fiha daqs sitt darbiet il-fosos tal- Furjana." "Huwa ċar li l-PA qed tiddieħak bin-nies billi tkaxkar saqajha u tħalli fis- seħħ il-policy kurrenti, biex b'hekk ftit żviluppaturi jkunu jistgħu jkomplu jistagħnew billi jibnu fuq ODZ," temmet tgħid l-istqarrija. illum | Il-Ħadd 6 ta' Jannar 2019 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Royal Pharmacy, 271, Triq ir- Repubblika, Il-Belt Valletta Cosmed Pharmacy, Soccors, 7 Triq il-Franġiskani fi Triq Villambrosa, il-Ħamrun Brown's Pharmacy, 278, Triq il-Vitorja, Ħal Qormi St. Jude Pharmacy, 213, Triq il-Wied Birkirkara Tony's Pharmacy, 100, Triq Sir Patrick Stuart, il-Ġżira St. Andrew's Pharmacy, Triq il-Qasam, Tal-Ibraġġ Drug Store: Anglo Maltese Dispensary Ltd. 382, Triq Manwel Dimech, Tas- Sliema Misraħ Kola Pharmacy, Triq il-Pitkali Ħ'Attard Victory Pharmacy, 16, Pjazza il-Vitorja, in-Naxxar Qawra Pharmacy, Earl's Court/1, Triq l-Imħar, il-Qawra Theresa Jo Pharmacy, 3A, Triq Xintill, Ħal Tarxien Alpha Pharmacy, Triq Bormla k.m Vjal il-Kottoner, il-Fgura Medicor Pharmacy, 57, Triq Carmelo Ritchie, Xagħjra Gerada Pharmacy, 146, Triq Mater Boni Cosniglii, iż-Żejtun Chrysantemum Pharmacy, Triq San Nikola, il-Qrendi De Rohan Pharmacy, Triq Sant' Antnin, Ħaż-Żebbuġ Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Rabat Malta Batu Pharmacy, 38, Triq il-Palma, Victoria Għawdex Xagħra Pharmacy, 55, Triq il-Knisja, Xagħra Għawdex Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 12 ˚Ċ TEMP: Pjuttost imsaħħab li jsir sabiħ VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Majjistral forza 4 għal 5 lokalment forza 5 għal 6 li jsir Punent Majjistru forza 5 lokalment forza 6 BAĦAR Moderat L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 13˚Ċ TEMP: Ftit jew wisq imsaħħab VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Majjistral forza 5 għal 6 li jsir lokalment forza 4 għal 5 BAĦAR: Moderat agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham L-Awtorità tal-Ippjanar qed tidħak bin-nies fuq il-pompi tal-petrol – Graffitti SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 January 2019