Illum previous editions

ILLUM 6 January 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1068296

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

Sports 28 illum Il-Ħadd 6 ta' Jannar 2019 'Ix-xewqa tiegħi hi li mmur nilgħab barra minn Malta' - Karla Camilleri minn Cristian Antony Muscat KARLA Camilleri - fost l-aqwa plejers li pproduċa l-waterplo tan-nisa f 'pajjiżna f 'dawn l-aħħar snin u li fl-aħħar staġun kienet strumentali biex Sliema ASC rebħu n-Knock-Out. Hija tatna d-dettalji kollha rigward il-karriera tagħha sa issa. "Bdejt nilgħab il-waterpolo meta kelli madwar għaxar snin. Niftakar kont il-pitch ta' Marsaskala u kont qiegħda nħares lejn is-subien jitħarrġu. Wara ftit il-kowċ Twanny Fenech saqsieni jekk nixtieqx ninżel nilgħab magħhom u minn dik il-ġurnata 'l hawn, il-passjoni tiegħi għall- waterpolo bdiet. Fis-sena ta' wara bdejt nittrenja mat-tim tal-Exiles fejn hemmhekk kien hemm il-Kowċ Joe Sciortino li nista ngħid li minħabba fih tgħallimt ħafna aspetti, mhux biss tal-waterpolo imma wkoll tal-ħajja. Hu għallimni li rrid nagħmel is-sagrifiċċji u li rrid inkun iddixxiplinata biex nirnexxi f 'dan l-isport. Wara li qattajt tliet snin mat-tim tal-Exiles iddeċidejt li mmur mat-tim ta' Sliema fejn hemmhekk iltqajt mal-kowċ tiegħi Mario Cachia u l-assistent tiegħu Patrick Cachia fejn huma għenuni ħafna ghaliex raw li għandi l-potenzjal u xtaqu li jiżvillupawh iktar milli kien, u l-kowċ Mario Cachia għadu jkompli jipprova jiżviluppah sal-ġurnata tal-lum. Jiena kuntenta ħafna mat-tim ta' Sliema għaliex dan huwa l-uniku tim li għandu l-iktar esperjenza peressli hemm uħud mill-plejers li kienu jilagħbu minn qabel ma twelidt jien, kif ukoll m'aħniex biss ħbieb imma kollha kemm aħna nqisu lil xulxin bħala familja. Mario Cachia huwa kowċ dedikat ħafna li għandu ħafna esperjenza. Huwa jipprova mhux biss jgħallimna kif nilagħbu l-waterpolo imma kif ukoll biex ningħaqdu kollha flimkien u li ħadd mhu aħjar minn ħadd, ukoll li kulħadd jrid jaħdem daqs ħaddiehor. Nista' ngħid li minħabba fiħ il-livell tiegħi u ta' sħabi fil- waterpolo tela' ħafna u qegħdin nibqgħu naħdmu miegħu biex jgħina aktar. Mario Cachia huwa kowċ li jagħmel kollox sabiex jarana nirnexxu fl-sport. B'unur kbir nista' ngħid li jien l-unika tfajla li rbaħt erba' knockouts wara xulxin, darba mal-Exiles u tliet darbiet ma' Sliema, kif ukoll il-leauge, il-presidents cup u l-winter league ma' Sliema. Iżda dawn l-affarijiet mhumiex bizzejjed għaliex il-waterpolo tan-nisa mhuwiex qiegħad jingħata importanza daqs dak tas-subien. Il-waterpolo tan- nisa qiegħed jikber bil-mod il-mod, iżda sfortunatament fl-għajn tal-pubbliku dan l-isport huwa għas-subien biss. Il-fatt li għandna kampjonat u knock-out ifisser li l-isport qed jikber iżda nemmen li jista' jikber ħafna aktar u jistgħu jiżdiedu ħafna aktar timijiet. Jekk hemm xi tfajla qed taqra din ir-rivista u tħobb il-baħar inħeġġek biex tipprova dan l-isport, allavolja fil-bidu mhux ha tkun esperjenza faċli, iżda xi darba jew oħra ħa tirnexxi. Mhix faċli biex tlaħħaq mal- iskola u mal-isport iżda jekk tipprova u vera trid tirnexxi tista' tagħmilhom it-tnejn b'naqra sagrifiċċji. Ix-xewqa tiegħi hi li mmur nilgħab barra minn Malta, ħalli mhux biss isservini bħala esperjenża, imma nagħraf ukoll kemm il-livell tal-waterpolo barrani huwa totalment differenti minn dak Malti u ninżel Malta b'aktar determinazzjoni biex inkabbar l-isport u biex intellgħu l-livell Malti. Nixtieq li fil-futur ngħin lil dawk kollha li jixtiequ jilagħbu dan l-isport billi ngħinhom sabiex ikollhom aktar faċilitajiet kif ukoll aktar pubbliċità f 'dan l-isport." illum Il-Ħadd 6 ta' Jannar 2019 l-isport huwa għas-subien biss. qed jikber iżda nemmen li jista' l-isport, allavolja fil-bidu mhux

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 January 2019