Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1068296
Sports 31 Il-Ħadd 6 ta' Jannar 2019 | illum Zammit? Paul Zammit huwa kowċ ta' esperjenza li jaħdem ħafna mal- plejers fejn fost l-oħrajn jaf kif għandu jħeġġiġhom psikoloġikament. Huwa kowċ ta' paċenzja kbira li jkun ippreparat dejjem għal kull logħba. Nitkellmu issa dwar it-tim nazzjonali Malti ta' taħt il-21 sena li int tifforma parti minnu. Ma kellkomx logħob daqshekk faċli fil-grupp ta' kwalifikazzjoni però għalaqtu bit-tajjeb. Iva, kif għedt tajjeb int ma kellniex logħob daqshekk faċli għalkemm tajjeb ngħidu li konna xi ftit żvinturati f 'ċertu logħbiet fejn tlifna fl-aħħar minuti. Il-kowċ Silvio Vella kien ta' ispirazzjoni għalina l-plejers kollha sabiex imxejna 'l quddiem minkejja li xi kultant mhux dejjem ġew ir-riżultati favurina. Nemmen illi fl-aħħar edizzjoni stajna ġibna aktar punti iżda l-fatt li għalaqna bit-tajjeb b'rebħa kontra l-Ungerija u dro kontra Ċipru patta għal dan kollu. Int li mdorri tilgħab fi grawnds barra minn xtutna xi tgħidli dwar il-faċilitajiet sportivi li għandha f 'Malta? Il-grawnd nazzjonali f 'Ta' Qali għandu turf ta' livell għoli. Forsi grawnds oħrajn mhux daqstant ta' livell madankollu rridu naħdmu b'li għandna meta nqisu li aħna bħala pajjiż limitati fir-riżorsi tagħna. U għalhekk din mhux xi ħaġa li nistgħu nikkontrollawha daqshekk. Taqbel mal-idea tal-14-il tim fil- kampjonat Premier? Ifhem jien iktar ma jkun hemm timijiet iktar aħjar għax ikollna kampjonat sabiħ. Madankollu mbagħad sabiħ ukoll li jkollok ċertu livell f 'kampjonat daqshekk kbir. U xi tgħidli dwar il-proposta li jkun hemm 11-il barrani fil-kampjonat Premier? Ħa ngħidlek jien nemmen li hawn Malta għandna talent kbir. Huwa biss jekk il-plejers żgħażagħ jemmnu fihom infushom iktar li jistgħu jaslu. Iridu jkunu huma li jistinkaw sabiex jilħqu ċerti livelli. Dawn kapaċi jieħdu post il-plejers barranin jekk jemmnu fil-kwalitajiet tagħhom. Xi drabi jkollna barranin li jilagħbu fil-kampjonat Premier li ma jkunux ta' xi livell partikolari. X'tikkumenta dwar dan? Bħal kull kampjonat dejjem issib dawk il-barranin li jkunu tajbin ferm u oħrajn li mhux dejjem jilħqu l-grad. Għalhekk hija xi ħaġa normali li jiġri dan. Int ser terġa' tmur tilgħab fl- Iskozja. Allura int tgħix waħdek fl-appartament li għandek? Iva jien ngħix waħdi. Mhux faċli tgħix waħdek 'il bogħod mill- familja jew il-ħbieb li tant huma għeżież għalik. Iżda jien ngħid li dan kollu huwa parti mill-ħajja ta' plejer tal-futbol. Is-sagrifiċċju huwa importanti u trid tkun lest għal kollox jekk verament trid ittejjeb il-livell tiegħek. Biex l-affarijiet ikomplu sejrin għall-aħjar dan huwa pass li trid tgħaddi minnu. Pass sabiħ li minkejja kollox itik ħafna sodisfazzjon. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u ż-żgħażagħ li jixtiequ jaqbdu karriera fil-futbol. Jien ngħidilhom sabiex ma jaqtgħux qalbhom u dejjem jemmnu fihom infushom. Importanti li jekk ikollhom xewqa jmorru għaliha minkejja kull ostaklu li jista' jkun hemm. Ser jiġu mumenti fil-karriera tiegħek fejn ser tħossok waħdek u ma jkollok aptit tagħmel xejn. Iżda dawn huma mumenti li jgħaddu u meta tara s-sodisfazzjon li tieħu mil- logħba tal-futbol tinduna li dawk is-sagrifiċċji kollha li tkun għamilt servew għal xi ħaġa. tinduna li s-sagrifiċċji jkunu servew għal xi ħaġa' Huwa wieħed mill-aqwa plejers li pproduċa l- futbol Malti f 'dawn l-aħħar snin. Għamel isem għal pajjiżna hekk kif libes il-okk ta' timijiet ta' fama u statura mondjali bħal Manchester City u Rangers. Lagħab ukoll ma' Queen of South u Birkirkara. MYLES BEERMAN