Illum previous editions

ILLUM 6 January 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1068296

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

7 Aħbarijiet Il-Ħadd 6 ta' Jannar 2019 | illum tfisser it-tmiem ta' wieħed minnhom Muscat Jekk fl-2019 Muscat jirreżenja jew iħabbar ir-riżenja tiegħu, il-Partit Laburista jkun daħal f 'territorju ġdid. L-aspettattiva hija għolja u PM li ma jilħaqx l-aspettattivi, li ma jkunx popolari daqs Muscat u speċjalment PM li jmexxi lill- pajjiż fi klima ekonomika mhix tajba daqs bħalissa ma tantx se jkollu futur b'saħħtu. Fil-fatt mill-1982 kull mexxej li kien elett wara mexxej ikkunsidrat bħala 'ġgant' dejjem bata u baqa' taħt id-dell tal- predeċessur. Karmenu Mifsud Bonnici, taħt id-dell ta' Mintoff u Lawrence Gonzi taħt ta' Eddie Fenech Adami. Dan ifisser illi Mexxej Laburista ġdid se jkollu ħafna aspettattiva x'jilħaq u ħafna x'jaħdem. Il-Partit Demokratiku: kif se jmur waħdu? Il-Partit Demokratiku huwa partit żgħir u għad għandu biss sena. F'sena biddel il-kap tliet darbiet. Għalkemm numru ta' nies issieħbu ma' dan il-partit, ftit minnhom kompletament ġodda fix-xena politika (Anthony Buttigieg, Timothy Alden, Martin Cauchi Inglott...) jibqa' ddominat mill-koppja Marlene u Godfrey Farrugia. L-2019 se tkun kruċjali għall- Partit Demokratiku għal numru ta' raġunijiet. L-ewwel nett, il- PD qiegħed fl-aħjar pożizzjoni biex jibda jiekol mill-eluf ta' voti Nazzjonalisti li mhuma kuntenti xejn bit-tmexxija ta' Adrian Delia, jiġifieri jista' jiġbor fih numru ġmielu ta' voti minn nies li bħalissa jħossuhom diżillużi ferm bil-PN u li qed jgħidu fis-sondaġġi li mhux se jivvutaw. It-tieni, biex jagħmel dan il-PD irid ikollu varjetà tajba ta' kandidati li huma ġodda però wkoll kandidati ta' ċertu 'toqol' politiku. Dan ifisser persuna/i li jappellaw direttament lil dan is-settur ta' Nazzjonalisti, primarjament dawk il-mijiet li jattendu attivitajiet relatati mal-qtil u l-ħidma ta' Daphne Caruana Galizia. Dan se jkun test importanti għall-PD, li għall-ewwel darba qed jikkontesta elezzjoni waħdu u mhux f 'koalizzjoni ma' partit ikbar. Dan ifisser li l-PD issa mhux se jkollu l-pjattaforma li kellu fl-2017. Jekk minkejja dan il-fatt il-PD xorta jirnexxilu jġib ammont rispettabbli ta' voti, li jkun madwar jew jaqbeż l-10,000, ikun kiseb riżultat tajjeb. Jekk iżda jmur ħażin u jġib biss ftit eluf (3,000-4,000) vot jieħu daqqa tajba u jkun sinjal ta' futur inċert għal Marlene u Godfrey Farrugia bħala Deputati. President u Kummissarju: x'se jsir minnhom? Fl-2019, jispiċċa t-terminu tal-Presidet Marie Louise Coleiro Preca u l-Kummissarju Ewropew. Jekk il-PM ma jiddeċiedix li jġedded it-terminu ta' Coleiro Preca (u m'hemm xejn fil-Kostituzzjoni li tgħid li ma jistax – L-ILLUM kienet irrapportat) Coleiro Preca ma tibqax President. Apparti l-kandidati favoriti għall-ogħla kariga kostituzzjonali, l-2019 taf tfisser allura li Coleiro Preca ma tibqax daqstant rilevanti fix- xena politiko-soċjali, għalkemm tibqa' taħdem permezz ta' xi Għaqda mhux Governattiva favur grupp ta' persuni iktar vulnerabbli. Kull min huwa qrib tagħha jgħid li hi ma tixtieqx tirtira daqstant kmieni u allura jkun interessanti naraw l-2019 x'se toffri għal dik li se tkun President Emeritus. Xenarju ieħor, għalkemm jidher li ftit huwa realistiku, huwa li Coleiro Preca toħroġ għall-elezzjoni tal-MEPs. Fil-każ li tagħmel dan iżda, il- probabbilità kbira hija li fl-2019 il-President tar-Repubblika ssir MEP, għal darb'oħra kif għidna u kif irrappurtat l-ILLUM fl-2017, xenarju ftit li xejn realistiku. Fl-2019 ukoll se jagħlaq it- terminu ta' Karmenu Vella bħala Kummissarju Ewropew. Din il-bidla mhux mistennija tqajjem wisq trombi politiċi, għalkemm tista' tkun parti minn re-shuffle li hemm ċans li naraw fl-2019 marbuta mal- ħatra ta' President illi għaliha l-favorit sal-aħħar tas-sena l-oħra kien Evarist Bartolo. Il-futur ta' Vella mhux ċar, għalkemm huwa iktar interessanti x'se jkun il-futur tal- persuna li se tieħu post Vella. Il-gazzetta ILLUM irrappurtat illi kandidata possibbli għal din il-kariga tista' tkun Helena Dalli.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 January 2019