Illum previous editions

ILLUM 6 January 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1068296

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 31

illum | Il-Ħadd 6 ta' Jannar 2019 18 Opinjoni N aqbel perfettament mal-messaġġ għas-Sena l-Ġdida tal-Prim Ministru: is-sena l-ġdida se tkun aħjar mis- sena li ġiet fi tmiemha. Aħjar għall-familji. Aħjar għan-negozji. Aħjar għal pajjiżna. Se tkun sena aħjar għal kull settur li fl-aħħar mill- aħħar jaffettwa l-ħajja tas-soċjetà, għax kull settur jaffettwa b'mod dirett, jew indirett, il-ħajja tagħna lkoll. Din is-sena l-Gvern se jkompli jibni fuq is- suċċessi miksuba fl-aħħar snin ta' amministrazzjoni minn Gvern Laburista, se jkompli jsaħħaħ, itejjeb il-qagħda tal-Maltin u l-Għawdxin. Nikkwota lill- Prim Ministru: "ikun hemm min jaħseb li b'ekonomija miexja daqstant b'saħħitha, b'xogħol li qed jiżdied tant malajr, li l-affarijiet li saħansitra jmorru aħjar, mhux possibbli." Imma bil- ħidma tagħna, magħqudin flimkien, iva, hemm ħafna aktar li nistgħu nwettqu flimkien. Irridu nkomplu nistinkaw bla heda, hekk kif għamilna f 'dawn l-aħħar snin li matulhom tajna direzzjoni lil pajjiżna – bir- riżultati ċari li qed immissu b'idejna. Aktar minn hekk, b'riżultati li qed ifaħħruna fuqhom il-barranin. Ħadt gost li l-Prim Ministru tkellem dwar il- kisbiet li wettaqna fis-setturi rispettivi li kollha jwasslu għal stampa tajba ferm tar-riżultati li qed jinkisbu – għall-ġid mhux biss tal- pajjiż, imma wkoll tal-poplu Malti. Wara sena brillanti tal- Belt Valletta bħala l-Belt Kulturali Ewropea – li mingħajr tlaqliq ngħid li matulha eċċellajna f 'dak li ppreżentajna quddiem il-poplu Malti u wkoll il- barranin – din is-sena se nkomplu nibnu fuq dan is-settur bil-ħolqien ta' Aġenzija Kulturali ħalli tkompli għaddejja bix- xogħol li rajna mwettaq tajjeb ferm għall-Valletta 2018. L-aġenzija għandha tfassal u wkoll timplimenta pjan kulturali għall-Belt Valletta, u wkoll tiżviluppa programm flimkien ma' organizazzjoniiet kulturali oħra. Din l-aġenzija diġà ġiet fdata biex tmexxi l-applikazzjoni ta' pajjiżna ħalli t-titlu prestiġġjuż ta' Kapitali Kulturali Ewropea jerġa' jiġi fostna fis-sena 2031. Meta tkellem dwar dan, il-Prim Ministru qal li jemmen – u naqbel miegħu – li Għawdex għandha tkun nominata biex fis- sena msemmija tkun il-Belt Kulturali Ewropea. Din tkun opportunità kbira biex Għawdex titpoġġa fuq nett tal-aġenda b'investiment maġġuri fl-infrastruttura u l-kultura. Naqbel ferm li hekk kif bdilna l-kapitali Maltija minn belt mitluqa u abbandunata għal ċentru kummerċjali u kulturali ħaj, nistgħu wkoll nibdlu lil Għawdex bl-istess mod. Dan huwa kollu riżultat tal-legat ta' Valletta 2018. Dejjem nenfasizza li inutli li aħna ngawdu l-wirt kulturali rikk u uniku li mogħnija bihom dawn il-gżejjer, jekk ma nippreservawx, jekk ma nħarsux, jekk ma nħallux dak li għandna għall- ġenerazzjonijiet futuri. Ħadt gost bil-messaġġ tal-Prim Ministru għaliex semma, fost xogħol kbir ieħor li qed isir fil- qasam tal-infrastruttura, l-infrastruttura kulturali. U dan huwa importanti ferm, speċjalment meta wieħed jara li b'mod konkret, il- kultura saret waħda mill- pilastri importanti bħala kontributur maġġuri għall- ekonomija ta' pajjiżna. Il-fatt li l-Prim Ministru għażel il-MUŻA bħala sfond għall-messaġġ tiegħu għas- sena l-ġdida hija stqarrija b'saħħitha minnha nnifisha. Hawn ukoll hemm il-ħolqa mal-legat li rridu nħallu warajna fil-qasam kulturali – minn bini li għadda minn fażijiet differenti se nħallu mużew tal-arti dehen mhux biss għal dak li huwa esponut fih – grazzi għall-artisti abbli Maltin u Għawdxin – imma qed nolqtu lill-ġenerazzjoni żagħżugħa bil-mod kif ix-xogħol f 'dan il-mużew huwa ppreżentat, bl-aħħar teknoloġija f 'dan il-qasam u bi preżentazzjoni li hija aġġornata għaż-żminijiet tal-lum. Fil-messaġġ tiegħu l-Prim Ministru fakkar li fl-2017 il- poplu Malti ta mandat ċar lil dan il-Gvern biex ikun jista' jintroduċi azzjoni pożittiva biex naraw li jkollna aktar nisa fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, il-Parlament. Fil-bidu tas-sena se nibdew b'konsultazzjoni biex dan jitwettaq. Naqbel ma' dak li qal il-Prim Ministru li dan huwa suġġett kontroversjali u li hemm ħafna opinjonijiet – iżda ilna nistennew wisq u qatt ma sar xejn. Issa huwa l-waqt. Irridu niddiskutu ma' kulħadd, flimkien mal- Oppożizzjoni u niddiskutu mhux jekk il-mandat tal- poplu hux se jitwettaq, iżda kif se jitwettaq. Bl-istess mod irridu niddiskutu ma' kulħadd, fuq kollox mal-Oppożizzjoni biex nimxu fil-Konvenzjoni Kostituzzjonali, biex inkomplu bil-bidliet suġġeriti f 'Malta u barra, u jkollna Kostituzzjoni ġdida għal Malta. Dan iwassalni għall- qasam tal-ġustizzja. Qasam li wkoll rajna tibdil kbir fih – u din is-sena se jkun hemm aktar – biex kemm il-professjonisti u wkoll il-klijenti tal-qrati tagħna jkompli jkollhom esperjenza tajba meta jużaw is-servizzi tal-qrati. Fil-qasam tal- ġustizzja se nkomplu nibnu fuq dak li wettaqna f 'dawn l-aħħar snin biex dejjem u b'kull mod possibbli, għax aħna verament hekk nemmnu, f 'pajjiżna jsaltnu bil-fatti s-saltna tad-dritt u d-demokrazija. Ovvjament fadal sfidi x'jingħelbu. Għamilna ħafna, iżda fadlilna ħafna x'nagħmlu flimkien. Nagħlaq bl-istess ħsieb tal- Prim Ministru. Ir-riżultati miksuba huma mertu tagħna lkoll, kull persuna li hija pożittiva, li taħdem u li tħobb lil pajjiżna. Dan huwa l-ispirtu li qed jagħmel lil pajjiżna l-aqwa fl-Ewropa, u jien ukoll nemmen li nistgħu nsiru l-għira tad- dinja. OWEN BONNICI Nibnu fuq is-suċċessi miksuba Naqbel ferm li hekk kif bdilna l-kapitali Maltija minn belt mitluqa u abbandunata għal ċentru kummerċjali u kulturali ħaj, nistgħu wkoll nibdlu lil Għawdex bl-istess mod Il-fatt li l-Prim Ministru għażel il- MUŻA bħala sfond għall-messaġġ tiegħu għas-sena l-ġdida hija stqarrija b'saħħitha minnha nnifisha

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 January 2019