Illum previous editions

Illum 13.01.19

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1070936

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 31

I l-migrazzjoni ta' eluf t'Afrikani lejn l-Ewropa qed tqanqal ħafna mistoqsijiet. Flok jiġu l-Afrikani fl-Ewropa, għaliex il- gvernijiet Ewropej ma jgħinux lill-Afrikani ħalli dawn jibqgħu f 'pajjiżhom? Huwa minnu li l-Ewropej qegħdin jgħinu lill-Afrika imma ħafna minn din l-għajnuna qed tispiċċa fil- bwiet tal-kbarat u mhix tasal għand il-fqar tal-Afrika? Għal uħud il-verità hija li hija l-Afrika li qed tgħin lill-Ewropa għax il-flus li b'id waħda l-Punent qed jibgħat fl-Afrika bl-oħra qed jiġu lura anzi qed joktru. Firoze Manji Firoze Manji huwa attivist Kenjan u dan fil-fehma tiegħu l-għajnuna tal-Punent lill-Afrika qed tiswa biss biex torjenta l-ekonomija Afrikana f 'sistema kapitalista globali għall-iżvilupp tagħha stess. U Firoze iwassal l-argumenti u jeħodhom miċ-ċifri. Fil-fehma tiegħu l-Afrika qed titlef aktar minn $85 biljun (li jfissru $85 elf miljun). Il-Punent mhux talli mhux jgħin l-Afrika, imma talli hija l-Afrika li qed tgħin lill-Punent! Hu jgħid li sa mill-bidu l-għajnuna internazzjonali mill-Punent kellha l-għan li tintegra l-ekonomiji Afrikani fis-sistema kapitalista globali għall-iżvilupp tagħha stess. Il- mod kif tingħata l-għajnuna qatt ma kien li tisfida rabta li ilha teżisti u tevolvi sekli sħaħ bi ħsara tal-kotra kbira tal-Afrikani. L-isfruttament L-isfruttament tal-Afrikani u tar-riżorsi tagħhom ilu jseħħ, skont Firoze, mill- inqas 500 sena u, jikkwota lill-akkademiku Gujanniz, Walter Rodney li fl-1973 qal li l-Punent għen l-iżvilupp tal- Afrika bl-istess proporzjon ta' kif il-Punent għen biex l-Afrika ma tiżviluppax. Din l-istorja tibqa' vera llum daqskemm kienet fi żmien Rodney. Firoze jsemmi rapport tas-sena 2014 li jgħid li l-Afrika tirċievi 133.7 biljuni (jiġifieri eluf ta' miljuni) kull sena minn għotjiet uffiċjali ta' għajnuna, self lis-setturi privati u ħlasijiet oħra. Iżda fl-istess żmien il- Punent jieħu $191.9 biljun mill-kontinent Afrikan f 'għamla ta' ħlas tad-dejn, qligħ mill-kumpanniji multinazzjonali, dħul illeċitu finanzjarju, qtugħ ta' siġar u sajd illegali u l-bqija - ħruġ mill-Afrika ta' iżjed minn $218 biljun. Telf ta' $85 biljun Fi kliem ieħor l-Afrika qed tbati t-telf ta' iżjed minn $85 biljun kull sena- dan ifisser li flok il-Punent qed jgħin lill-Afrika hija l-Afrika li qed tgħin lill-Punent. Xi jfisser dan? Dan qed ifisser il- privatizzazzjoni tal-ġid nazzjonali u tas-servizzi, il-liberalizzazzjoni tas- swieq f 'ekonomija neo- liberali, qerda tal-ambjent u korruzzjoni. Din l-għajnuna qed tuża fondi pubbliċi biex tissussidja dil-politika neo- liberali li qed tkattar il-faqar u qed takkumula b'mod oxxen il-ġid ta' gruppi elitisti fost dawk li qed jibbenifikaw minnha. Twaqqaf l-għajnuna? Hawn min qed jgħid u jipproponi t-twaqqqif ta' kull għajnuna mill-Punent. Imma dan ireġġa' lura l-Afrika lejn żmien li fih il-flus minn pajjiżi għonja jservu biss biex jimlew il-bwiet ta' grupp ta' nies magħżula. Konsulent fil-Ghana ma jaqbilx li tieqaf l-għajnuna mill-Punent. Isemmi kumpanniji barranin fil- Ghana qed ifittxu għaż-żejt. Filwaqt li fil-Ghana hemm gruppi lokali li jridu jieħdu kuntratti f 'kundizzjonijiet ftit li xejn trasparenti, hemm oħrajn li qed jitolbu politika ġdida fil-qasam tar-riżorsi naturali b'kundizzjonijiet iżjed trasparenti li jinkludu reġistru miftuħ tal-kuntratti. X'hemm bżonn It-tama tinsab fost dawk l-Afrikani li jinsistu li l-kumpanniji li jinvestu fl-Afrika ma jqisux biss is-sussidji li jieħdu mill- gvernijiet tagħhom fil- Kanada, fl-Amerika u fl-Ewropa imma jqisu wkoll is-sehem li jistgħu jagħtu għall-iżvilupp tal-faxex tal-fqar u b'hekk jgħinu biex joħolqu ambjent ġdid li jħaddan il-klassijiet kollha tal-Afrikani. Biex l-Afrikani ma jibqgħux jaraw l-Ewropa bħallikieku ġenna tal-art hemm bżonn li l-għajnuna tal-Punent tkun iżjed trasparenti u tinkludi elementi li jkollhom politika soċjali li biha sseħħ rivoluzzjoni kwieta u tħaddan l-ifqar gruppi tas-soċjetà ċivili Afrikana. illum | Il-Ħadd 13 ta' Jannar 2019 16 Opinjoni I l-Kummissarju tal-Ambjent u l-Ippjanar fl-uffiċċju tal-Ombudsman, iktar kmieni din il- ġimgħa kkonkluda li mhu affari ta' ħadd jekk membri tal-Bord tal-Awtorità tal- Ippjanar jattendux jew le l-laqgħat tal-istess bord. Dik biċċa tagħhom: hi responsabbilità tagħhom dwar kif jaġixxu biex iwettqu r-responsabbilitajiet tagħhom. Meta għaldaqstant, Jacqueline Gili kienet ipprovduta bis-servizz ta' ajruplan privat biex ikun iffaċilitat li hi tattendi għal-laqgħa tal-Bord tal- Awtorità tal-Ippjanar li fiha kienet diskussa u approvata l-monstrożità tad-db Group f 'Pembroke kien hemm indħil mhux permissibli fil- proċeduri tal-istess awtorità. Is-Sur Johann Buttigieg, Chairman Eżekuttiv tal- Awtorità tal-Ippjanar, ikkonferma pubblikament li d-deċiżjoni li jġib lil Jacqueline Gili b'ajruplan privat minn Catania, u jeħodha lura Catania biex tkompli tgawdi l-btala mal-familja tagħha, kienet deċiżjoni tiegħu. F'pajjiż fejn il-governanza tajba hi pprattikata, mhux ipprietkata biss, is-Sur Buttigieg kien jirreżenja immedjatament, inkella kien jitkeċċa bla dewmien hekk kif l-aħbar kienet magħrufa pubblikament. Dan apparti mid-dell kbir li nxteħet fuq il-validità tad-deċiżjoni li ttieħdet bħala riżultat ta' dan l-indħil fil-ħidma tal-Bord. Imma, huwa fatt magħruf li l-Awtorità tal-Ippjanar mhix kapaċi tiddeċiedi fuq każ daqshekk ċar ta' tmexxija ħażina. M'għandhiex il- kuraġġ li taġixxi. Ma nistgħux nistennew imġiba mod ieħor. Dawk maħtura fl- awtoritajiet pubbliċi huma kkundizzjonati dwar kif iġibu ruħhom mill-mod kif jaraw lill-politiċi li jkunu ħatruhom iġibu ruħhom. U ngħiduha kif inhi: ma tantx għandhom eżempji tajba fuq xiex jimxu. L-istorja tal-Panama Papers hi waħda relattivament riċenti. Il-Prim Ministru Joseph Muscat, malli sar jaf li l-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri, waqqfu kumpaniji fl-Amerika Ċentrali, fil-Panama, li hi rinomata bħala post fejn taħbi l-flus u tevita t-taxxi, flok ma keċċihom minnufih, qisu qagħad jiggustahom daqslikieku ma ġara xejn. Dwar x'seta' ġara iktar mill-kumpaniji ta' Mizzi u Schembri u t-tielet kumpanija misterjuża (Egrant), s'issa għad ma nġiebu l-ebda provi. Dan intqal mill- Qrati repetutament, avolja d-deċiżjonijiet tal-Qrati ġew interpretati b'mod li qishom naddfu lil uħud assoċjati mal-politika minn kull ħtija possibli. Il-fatti huma mod ieħor, kompletament differenti. S'issa, bla dubju, hemm assenza ta' provi kredibbli li jindikaw xi ħtija kriminali. Imma ma nistgħux ngħidu l-istess dwar l-imġiba ta' dawk involuti. Il-provi magħrufa juru bl-iktar mod ċar li tal-inqas hemm imġiba żbaljata u mhix etika u dan minnu nnifsu jiġġustifika sanzjonijiet politiċi. Dan ma japplikax biss għal dawk il-persuni li huma esposti għall-politika u li issemmew fil-Panama Papers. Japplika wkoll għal xenarji differenti f 'kull kamp politiku. Fuq livell kompletament differenti, jiena, għamilt referenza għal tliet rapporti tal-Awditur Ġenerali dwar ir-responsabbiltajiet politiċi ta' Jason Azzopardi, ilkoll konnessi mal- amministrazzjoni ta' art pubblika, diversi drabi. F'kull wieħed minn dawn it-tliet rapporti l-eks Ministru Jason Azzopardi kien iċċensurat b'qawwa kbira. Ilkoll niftakru meta f 'Ottubru 2017 waqt laqgħa pubblika tal-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi uffiċjal pubbliku kien xehed li l-eks Ministru Azzopardi kien jaf b'dak kollu li kien għaddej. Imma Jason Azzopardi jibqa' jilgħabha tal-iblah u jagħmel tabiruħu li ma kellux idea dwar dak li kien għaddej madwaru. L-Oppożizzjoni s'issa għadha ma ġegħlitux jerfa' r-responsabbilità ta' għemilu. La ġiegħlet lilu u lanqas lil oħrajn. Bilfors, f 'dan il- kuntest, allura wieħed jistaqsi dwar kif l-Oppożizzjoni tippretendi li neħduha bis- serjetà meta tkun kritika ta' ħaddieħor. Għax l-ewwel u qabel kollox, l-Oppożizzjoni għandha tkun kapaċi tapplika għaliha dak li ġustament tippretendi b'insistenza mingħand ħaddieħor. Sfortunatament il-klassi politika presentment fil-ħatra mhiex kapaċi tipprattika dak li tipprietka. Meta l-partiti politiċi fil-parlament huma b'kuxjenza mraqqda, qisha taħt l-effett tal-loppju, m'għandniex għalfejn niskantaw b'dak li naraw madwarna. Il-kontabilità… taħt l-effett tal-loppju CARMEL CACOPARDO carmel.cacopardo@alternattiva.org.mt • http://carmelcacopardo.wordpress.com DUN ANG SEYCHELL Il-Punent qed jgħin lill-Afrika ?

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 13.01.19