Illum previous editions

Illum 13.01.19

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1070936

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 31

illum | Il-Ħadd 13 ta' Jannar 2019 18 Opinjoni Q ed isir ħafna xogħol bil-fatti biex tissaħħaħ id-demokrazija f 'pajjiżna. U dan kien ikkonfermat propju din il-ġimgħa mill-Economic Intelligence Unit, f 'rapport li joħorġu perjodikament dwar il- qagħda demokratika fid-dinja. F'dan ir-rapport tispikka sentenza, "Tliet pajjiżi biss tejbu l-punteġġ tagħhom fl-2018: il-Finlandja, il- Ġermanja u Malta." U Malta tinsab mal-lista ta' 20 pajjiż biss li huma meqjusa bħala pajjiżi b'demokrazija sħiħa. Malta tinsab 'il fuq minn pajjiżi oħra li huma meqjusa bħala pajjiżi b'demokrazija difettuża, fosthom l-Istati Uniti, il-Portugall, Franza, il-Belġju, l-Italja, il-Polonja. Mhux qed insemmi dawn il-pajjiżi b'disprezz, imma qed insemmihom biss għall- paragun. Issa ta' min jispjega li l-Economic Intelligence Unit hija aġenzija rinomata għal riċerka li tagħmel u dan tagħmlu b'mod imparzjali, jiġifieri ma toqgħodx tħares lejn uċuħ meta tippubblika l-analiżi tagħha. Biex inkompli dwar ir- rapport, pajjiżna ngħata punteġġi tajba ferm li wasslu biex Malta baqgħet fost minoranza ta' pajjiżi, 20 b'kollox, li huma meqjusa bħala demokrazija sħiħa. 4.5% biss tal-popolazzjoni madwar id-dinja hija meqjusa li tgħix f 'pajjiżi b'demokrazija sħiħa. Pajjiżna kiseb punteġġ totali ta' 8.21, b'titjib fuq it-8.15 miksuba fir-rapport ta' qabel. Il-punteġġ jingħata wara analiżi f 'ħames kategoriji u fejn tidħol Malta l-punteġġ miksub huwa: 9.17 għal dak li huwa proċess elettorali, 8.82 għal dawk li huma drittijiet ċivili, kultura politika 8.75, u l-mod kif jaħdem il- Gvern, 8.21. Wieħed jinnota wkoll li fil-kategorija dwar parteċipazzjoni politika, il-punteġġ huwa ta' 6.11 – l-inqas punteġġ miksub, imma indikazzjoni oħra li f 'din il- kategorija rridu naħdmu aktar. M'iniex se ngħid li kollox perfett u hemm setturi li jonqosna l-ħidma fihom. Dejjem għidna li l-Gvern m'għandu ebda problema, anzi jinsab miftuħ għal djalogu ġenwin ma' istituzzjonijiet internazzjonali biex ikompli jimplimenta riformi li jtejbu dan is-settur. Imma naħdmu qegħdin! Filfatt dan il-punteġġ tal- aħħar huwa konferma oħra dwar kemm hija bżonjuża r-riforma politika li żżid il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-politika, fost riformi oħra. Riforma li tista' twassal biex mill-10 pajjiż fl-Unjoni Ewropea, pajjiżna jitla' fost ta' fuq nett ukoll f 'dan l-indiċi. Hija wkoll riforma li għandha titwettaq din is-sena biex Malta tkompli ssaħħaħ id- demokrazija tagħha grazzi għall-bidliet li qed iġib Gvern Laburista. Dawk li verament għandhom għal qalbhom lil pajjiżna u t-titjib li qed isir, għandhom jieħdu gost b'dawn ir-riżultati. Dawk li jimmanipulaw kollox skont l-aġenda tagħhom li jostru dik li verament hija l-istampa reali, qed jaħarbu mill-verità – u mhux f 'dan is- settur biss. Intant, dan huwa rapport li kemm lili personali u kif ukoll lill-Gvern, ikompli jimlina mhux biss bil-kuraġġ li qed naħdmu fid-direzzjoni t-tajba, imma wkoll li nkomplu naħdmu biex dejjem intejbu l-qagħda f 'pajjiżna, mhux l-inqas fejn tidħol id- demokrazija, is-saltna tad- dritt u s-sistema ġudizzjarja. Ir-riżultati ma jaqgħux mis- sema. Ir-riżultati jiġu għaliex tkun ħdimt għalihom, kif ħdimna biex matul is-snin li ilna fil-Gvern, daħħalna riformi li biddlu, f 'ċertu setturi mill-qiegħ; • it-tneħħija tal- preskrizzjoni minn fuq il-poitiċi li jagħmlu att ta' korruzzjoni; riforma Kostituzzjonali għas- settur tal-Ġustizzja li introduċiet sistema aktar trasparenti għall-ħatriet tal-gudikanti; • liġi li tagħti protezzjoni lill-Whistleblower – liġi li f 'rapport iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea ġiet klassifikata fost l-aqwa fl-Ewropa; • liġi ġdida dwar il- midja u l-malafama li tagħti libertajiet bla preċedent lill-espressjoni ġurnalistika u li tagħlaq il-kapitlu dwar libelli kriminali; • waqqafna kumitat parlamentari li jagħmel skrutinju fuq l-iktar ħatriet pubbliċi regolatorji u diplomatiċi; • introduċejna l-liġi dwar il-finanzjament tal- partiti. Hija lista li bil-provi qed tħalli impatt fuq dan is-settur. Imma mhix il-lista finali. Ta' min isemmi wkoll ir- rapport tal-Kummissjoni Venezja, ippubblikat lejn tmiem is-sena li għadha kemm intemmet. Tkellimna diġà dwar dan ir-rapport u ddikjarajna wkoll li neżaminawh b'reqqa, niddiskutu, naraw x'inhuma r-rakkomandazzjonijiet u dawk li huma bżonjużi ma niddejqu xejn nimplimentawhom għall- ġid tas-saltna tad-dritt u fuq kollox fl-interess ta' pajjiżna, taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin kollha. Ma jfissirx li għax għamilna dan kollu issa qegħdin b'idejna fuq żaqqna nieħdu gost bil-ħafna miksub. Ifisser li qed inkattru l-ħidma tagħna għal aktar titjib. Meta nitkellmu dwar setturi oħra bir-raġun ngħidu li qed intejbu l-preżent biex infasslu t-triq tal-futur - għall- ġenerazzjonijiet futuri. Biex il-ġenerazzjonijiet ta' għada jkollhom pedament verament sod fuq xiex ikomplu jibnu. Il-legat li qed naħdmu tant għalih anki fis-settur kulturali. Imma anki hawn, fis-settur tant importanti tal-qagħda demokratika ta' pajjiżna qed inħejju wkoll sitwazzjoni li minnha mhux biss ingawdu aħna lkoll, imma se jgawdu wliedna. Qed naħdmu fuq riformi li mhumiex faċli, li jridu x-xogħol tagħhom, li jridu l-ħin tagħhom imma li huwa ż-żmien propizju li jsiru. Kif ktibt, huwa ż-żmien li din il-ġenerazzjoni tagħti lill- ġenerazzjoni ta' warajha pajjiż li huwa lest għall-futur. OWEN BONNICI Inkomplu nsaħħu d-demokrazija Dawk li jimmanipulaw kollox skont l-aġenda tagħhom li jostru dik li verament hija l-istampa reali, qed jaħarbu mill-verità – u mhux f 'dan is- settur biss. Tliet pajjiżi biss tejbu l-punteġġ tagħhom fl-2018: il-Finlandja, il- Ġermanja u Malta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 13.01.19