Illum previous editions

Illum 13.01.19

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1070936

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 31

illum | Il-Ħadd 13 ta' Jannar 2019 20 Opinjoni Melchiore Gafà skultur Malti magħruf mad-dinja kollha Minn Patri Hermann Duncan O.Carm M elchiorre Gafà twieled ġewwa l-Belt Vittoriosa bejn wieħed u ieħor fis-sena 1636, minn Marco Gafà u Veronika mwielda Spiteri. Huwa kellu diversi ħutu. Melchiorre Gafà, beda l-ewwel taħriġ skulturali tiegħu ta' xi 16-il sena fil-bottega ta' Casanova fejn għamel diversi xogħlijiet esklussivament fil-ġebla Maltija. Fost dawn ix-xogħlijiet huwa kien imdaħħal ma' oħrajn fix- xogħol fil-Kappella Torres fil-Katidral ta' Sirakuża fi Sqallija fejn skolpixxa figuri ta' putti u rjus ta' serafini fuq kolonni. Madankollu, il-karriera tiegħu tassew bdiet meta huwa mar joqgħod Ruma madwar 1658. Hawnhekk huwa rnexxielu jidħol fil- bottega ta' Ferrata. L-ewwel xogħlijiet tiegħu għal Malta meta kien beda jaħdem f 'din il-bottega kienu: Il-Madonna tar-Rużarju għall-knisja tad-Dumnikani fir-Rabat (Malta) li waslet Malta fl-1661 u l-istatwa ta' San Pawl għall-knisja ta' San Pawl Nawfragu fil-Belt Valletta li ġiet mogħtija lill-knisja ftit qabel 1694. Dawn iż-żewġ statwi jidhru li kellhom l-influwenza tal- istil tal-iskultur ta' Bolonja Alessandro Algardi. Gafà wettaq il-biċċa l-kbira tax-xogħlijiet tiegħu ġewwa Ruma, u ismu malajr ħa ġieħ kbir minħabba l-opri artistiċi tiegħu. Huwa ħadem skulturi verament sbieħ għan nies tal-ogħla grad, inkluż il- Kardinal Flavio Chigi, l-eks Kardinal Camillo Pamphilj, u l-Kavallieri tal-Ordni ta' Malta. Camillo Pamphilj li kien Kardinal, ħa interess speċjali f 'dan l-iskultur, u wara sentejn biss ta' taħriġ, qabbad lil Gafà biex jagħmillu monument fl-irħam ta' San Ewstakju mal-Iljuni "Sant'Eustachio tra i leoni" fil-knisja tal-familja Pamphilj ta' Sant' Anjes ġewwa Agone -impriża kbira għal kwalunkwe skultur, imma forsi partikolarment ta' sfida kbira għal Gafà, għax qatt ma' kien pproduċa xogħlijiet fl-irħam qabel dan il-proġett. Sas-sena 1665, Gafà kien qed jaħdem fuq bosta proġetti ta' grad għoli, u kmieni fl-1666, Gafà aċċetta kummissjoni prestiġjuża ħafna mill-Kavallieri tal- Ordni ta' San Ġwann f 'Malta. B'hekk mar lura Malta għal ftit xhur biex jagħmel d-disinji tiegħu għall- figuri tal-Magħmudija ta' Kristu li tinsab wara l-artal maġġur fil-Konkatidral ta' San Ġwann fil-Belt Valletta. Huwa mar lura lejn Ruma ftit xhur wara. Hawnhekk naraw li l-karriera tiegħu kompliet tikber b'aktar suċċess, u r-reputazzjoni artistika tiegħu f 'Ruma bdiet tiffjorixxi sew. Sfortunatament, Gafà qatt ma ra l-frott tal-ħidmiet tiegħu, għax bla mistenni f 'Settembru 1667, fl-età ta' 31, miet waqt xogħlu meta waqgħet biċċa tafal kbira fuqu. Hawnhekk tajjeb li ngħidu li Gafà kien wasal fl-ogħla punt tal-karriera tiegħu. Filwaqt li l-istudjużi jagħrfu t-talenti u l-kontribuzzjonijiet skulturali tiegħu f 'Ruma fis- seklu 17, ma tantx nafu dwar ħajtu u x-xogħlijiet tiegħu għax għex għal żmien qasir, u għalhekk ipproduċa ftit, speċjalment meta mqabbel ma' skulturi oħra ta' dak iż-żmien li nafu ħafna aktar dwarhom bħalma huma l-famużi Gianlorenzo Bernini u Alessandro Algardi ġewwa Ruma. Għalkemm ix-xogħlijiet ta' Gafà huma relattivament ftit, ix-xogħlijiet tiegħu jibqgħu opri t'arti minħabba l-kwalitajiet brillanti u uniċi tagħhom. Skont il-Professur Keith Sciberras, huwa jemmen li Gafà ħoloq stil ta' skultura partikolari fi ħdan il-medda ta' għaxar snin. Fil- fatt, nistgħaġbu kemm Gafà fi żmien tant qasir irnexxielu jagħmel tant opri ġewwa Ruma fejn il-karriera tiegħu qattaha esklussivament fil- ħanut ta' Ferrata. Gafà kellu ħafna kummissjonijiet fil-ħajja qasira tiegħu iżda ma laħaqx lestihom kollha. Fost dawk li lesta kellu li-Istatwa tal- irħam ta' Santa Roża ta' Lima fl-agunija tal-mewt (1665) , ir-reliev fl-irħam abjad tal- Apoteożi ta' Santa Katarina ta' Siena fil-knisja ta' Santa Caterina a Magnanapoli, Ruma (c.a 1667), bust tal-papa Alessandru VII fit-terrakotta li tinsab f 'Palazzo Chigi f 'Ariccia. Waħda tal-bronż li tinsab fil- Metropolitan Museum, New York (1667) u bust ieħor fil- bronż fid-Duomo ta' Siena. Hemm ukoll numru ta' statwi tat-terrakotta fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti, fil-belt Valletta kif ukoll f 'mużewijiet oħra barra minn Malta fosthom ir-Russja u l-Italja. Kellu bosta xogħlijiet oħra li mhumiex imniżżlin hawn però fost ix–xogħlijiet tiegħu għamel numru ta' bozzetti u mudelli magħmulin mit- terrakotta u disinji għal diversi inċiżjonijiet. Nieħu din l-okkażjoni biex inrodd ħajr lil dawk kollha li kitbu dwaru speċjalment il-Prof Keith Sciberras. L-istatwa ta' San Pawl tal-Belt Valletta meqjusa bħala waħda mill-aqwa xogħlijiet tal-artist Impjieg Parzjalment iffinanzjata mill- Unjoni Ewropea taħt il- Fond Socjali Ewropew – Fond Strutturali u ta' Investiment Ewropej 2014-2020 Il-Ministeru għas-Saħħa jilqa' applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta' Uffiċjal tal-Proġett għall-Proġett: "ESF.02.065 - Establishing a National Platform to Address Social Determinants of Health" Uffiċjal tal-Proġett Kuntratt • Kuntratt ta' tlett snin – 40 siegħa fil-ġimgħa. Rekwiżiti tal-eliġibbiltà • Kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u Ingliża. Dawk il-kandidati li m'għandomx MQF ta' Livell 1 fil- lingwa Maltija, iridu jattendu u jgħaddu b'suċċess fl-assessjar mill-kors 'Maltese Language 1' offrut mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi. L-attendenza għal dan il-kors, flimkien mal-kisba tal-MQF tal-Livell 1 għandhom jitlestew qabel il-konferma tal-ħatra, jiġifieri fi żmien tnax (12)-il xahar mill-ingaġġ; • fil-pussess ta' kwalifika Baċċellerat rikonoxxuta f 'Livell 6 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 180 ECTS/ECVET krediti jew ekwivalenti fir-rigward ta' programmi li bdew minn Ottubru 2003) fil-Management Studies jew fil-European Studies jew fil-Medicina jew Xjenzi Soċjali jew Xogħol Soċjali jew Relazzjonijiet Internazzjonali jew Business Administration jew Accountancy jew Public Policy jew Xjenzi jew Accounts u Economics jew Amministrazzjoni Pubblika jew Law/ Innovation jew Finanzi jew kwalifika professjonali kumparabbli, flimkien ma' sena (1) esperjenza ta' xogħol rilevanti. Persuni nteressati ghandhom jissottomettu l-applikazzjoni flimkien ma Curriculum Vitae dettaljat li juru l-kwalifiki u l-esperjenza sa mhux aktar tard minn nofsinhar (Central European Time) ta' nhar il-Ġimgħa, 25 ta' Jannar 2019. Applikanti li diġa' qegħdin jaħdmu fis-Servizz Pubbliku ta' Malta jridu jippreżentaw is-Service and Leave Record Form (GP 47); filwaqt li dawk li japplikaw minn barra jridu jippreżentaw Ċertifikat riċenti tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorita' oħra kompetenti mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni, u jindikaw jekk qatt kinux impjegati tal-Gvern qabel u jagħtu d-dettalji L-applikazzjonijiet għandhom jigu indirizzati lid: Direttorat tar-Resourcing and Employee Relations, Ministeru għas-Saħħa, Palazzo Castellania, 15, Triq Merkanti, Valletta VLT 1171 Website: https://deputyprimeminister.gov.mt Numru tal-fax: +356 22992604 Indirizz elettroniku: recruitment.health@gov.mt Applikazzjonijiet jistgħu ukoll jiġu sottomessi permezz tal-Online Government Recruitment Portal fuq http:// recruitment.gov.mt sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, kif indikat hawn fuq. Aktar dettalji dwar din il pożizzjoni jinsabu fuq il-website http://recruitment.gov.mt u l-Gazzetta tal-Gvern ippubblikata fil-11 ta' Jannar 2019. Ir-responsabiltà waħdanija ta' din il-pubblikazzjoni hija tal-awtur. L-Unjoni Ewropeja m'hix responsabbli għal xi użu li jista' isir mill-informazzjoni fil-pubblikazzjoni.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 13.01.19