Illum previous editions

Illum 13.01.19

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1070936

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

Sports 27 Il-Ħadd 13 ta' Jannar 2019 | illum 'It-Teqball huwa sport sabiħ u spettakolari u għal min iħobb dak id-daqsxejn eċitament imħallat ma' dinamiżmu, ħe a u pjaċir, din il-logħba hija ideali' - Matthew Caruana minn Cristian Antony Muscat NITKELLMU ma' Matthew Caruana, plejer tat-Teqball li riċentement irrappreżenta lil Malta flimkien ma' xi plejers oħra fit-tazza tad-dinja li saret fil-belt ta' Reims fi Franza. Għal ħafna l-kelma Teqball għadha xi ftit jew wisq stramba u ftit semgħu b'dan l-isport. Madankollu din il-logħba ġiet ivvintata erba' snin ilu fl-Ungerija minn żewġ dilettanti kbar tal- futbol Gabor Bornsanyi u Viktor Huszar. Minn hemm dan l-isport beda jieħu l-popolarita' u llum huwa rikonoxxut internazzjonalment. It-Teqball jista' jintlagħab bejn żewġ plejers f 'logħba singles jew inkella bejn tlieta jew erbgħa plejers meta jkun hemm partita double. Il- mejda hi xi ftit partikolari minħabba l-forma mgħawwġa tagħha. Wieħed jista' jilgħab il-ballun b'kull parti ta' ġismu minbarra l-idejn. Fl-2014 ġiet iffurmata l-FITEQ, FederationInternationale de Teqball u numru ta' stilel tal-futbol ġew attirati minn din il-logħba ferm spettakolari. L-għan tal-FITEQ hi li dan l-isport isib postu fil- logħob Olimpiku. Sadanittant Matthew jitkellem magħna dwar is-sbuħija u l-faxxinu li għandha din il-logħba. Riċentement ħadt sehem f 'kompetizzjoni tat-Teqball fi Franza. Irrakkontali x'ġara. Iva jien ħadt sehem fit-Tazza tad-Dinja tat-Teqball. Din kienet it-tieni edizzjoni li saret f 'dan l-isport relattivament ġdid u wara li l-ewwel avveniment kien sar fil-belt Ungeriża ta' Budapest, issa kien imiss li mmorru f 'Reims fi Franza. Kien hemm 42 pajjiż li ħadu sehem u wara li morna naraw il- poloz fis-sala prinċipali, fl-ewwel ġurnata ntlagħbu l-kompetizzjonijiet tas-singles waqt li fit-tieni ġurnata kellna d-doubles. It- timijiet inqasmu fi tmien gruppi u wara li għaddew 16-il pajjiż, saru l-kwarti tal-finali, is-semifinali u naturalment il- finali. Kif mort f 'din il- kompetizzjoni? Jien lgħabt it-tliet partiti tal-grupp fejn irnexxieli negħlebplejer Ingliż u tlift kontra l-Portugiż u l-plejer mill- Kamerun. Spiċċajt fit-tielet post tal-grupp u xorta ninsab sodisfatt bil- wirja tiegħi. Kemm iddum logħba Teqball, kif inhu l-punteġġ u kif tispiċċa partita? Nista' ngħidlek li bħalissa qed jagħmlu reviżjoni tar- regoli. Tinsiex li dan l-isport huwa ġdid u għalhekk għadu qed jiġi evalwat sew. Bħalissa l-punteġġ irid jilħaq l-għoxrin punt u b'hekk tispiċċa l-logħba. Fil-fażi tal-gruppi kien hemm biss set wieħed u għalhekk min laħaq l-għoxrin punt rebaħ il-logħba. Ara fil-fażi knock-out, ir-riżultat kellu jiġi determinat billi jkollok l-aqwa minn tliet sets. Il-logħba taf tispiċċa kmieni, qisu 10 minuti iżda taf iddum anke 25 minuta kull set. Kollox jiddependi mil-livell tal- plejers u kemm ir-ritmu tagħha jkun veloċi. Kif tħossok tilgħab dan l-isport li nistgħu nsejħulu emerġenti? Int kellek ukoll xi passat fil- futbol? Ifhem jien minn dejjem kont inħobbu ħafna l-futbol u l-hena tiegħi kien li nara dawk il- mossispettakolari li jafu jagħmlu ċerti plejers. Hemm ukoll dawk li bl- Ingliż isejħulufreestyle football li fuq t-televixin huwa ferm popolari wkoll. Meta mbagħad għandek l-isport tat-Teqball hemm dak l-element spettakolari fejn isir dak li bl-Ingliż isejħulujuggling u xogħlok hu li tirritorna l-ballun fuq il-mejda bit-tama li ġġib lill-avversarju tiegħek f 'diffikulta'. Wieħed jista' jara li t-Teqball huwa speċi ta' table tennis football. Hija logħba verament sabiħa li nissuġġeriha lil kulħadd. Kemm hi kbira l-parteċipazzjoni tal- plejers Maltin f 'dan l-isport? It-Teqball huwa sport relattivament ġdid hawn Malta u għalhekk il- konkorrenza għadha mhux qawwija biżżejjed. F'din it-tazza tad-dinja ta' Franza konna żewġ plejers li rrapreżentajna lil pajjiżna. Jien dħalt f 'turnament f 'Malta u kelli nirbaħ sabiex kelli d-dritt li nieħu sehem f 'din il-kompetizzjoni mondjali. Dan kollu sar xahar u nofs qabel u meta sirt naf li ntgħażilt bdejt nitħarreġ mill-aħjar li nista'. Il- problema li sibt kien li ftit kien hawn avversarji ma' min stajt nitrenja minħabba li kif għedtlek ma tantx hawn plejers li jilagħbuh. Għal min jitħajjar jiġi jilgħab dan l-isport wieħed x'għandu jagħmel? Aħna għandna paġna fuq Facebook bl-isem ta' Teqball Malta u hemmhekk intellgħu diversi ritratti u avvenimenti li jkun qed jiġru. Minn hemm wieħed jista' jibgħatilna messaġġ u jkellimna filwaqt li nirrispondu kull tip ta' domandi li jressqulna. Nixtieqek tagħmel appell lil dawk it-tfal u ż-żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u fl- istess ħin jitħajru jibdew jipprattikaw. It-Teqball huwa sport sabiħ u spettakolari u għal min iħobb dak id-daqsxejn eċitament imħallat ma' dinamiżmu, ħeffa u pjaċir, din il-logħba hija ideali. Iktar ma jkollna nies jipprattikaw aktar ser ikun hemm għażla u kompetizzjoni. Fl-istess ħin l-objettiv tagħna hu li nkabbru l-għarfien ta' din il-logħba sabiex issir dejjem aktar popolari. l-kompetizzjonijiet l-kwarti tal-finali, f mort f 'din il- sew. Bħalissa l-punteġġ mossispettakolari li jafu konkorrenza għadha diversi ritratti u

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 13.01.19