Illum previous editions

Illum 13.01.19

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1070936

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 31

32 Aħbarijiet illum | Il-Ħadd 13 ta' Jannar 2019 Il-leave tal-maternità huwa leave speċjali protett mill-UE u minn Konvenzjonijiet Internazzjonali Mill-Kunsill Nazzjonali għall- Promizzjoni tal-Ugwaljanza ILKUMMISSJONI Nazzjonali għall- Promozzjoni tal- Ugwaljanza (NCPE) tagħraf li l-miżuri favur il- familja huma kruċjali sabiex jintlaħaq bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja, u li opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-irġiel sabiex jagħmlu użu minn dawn il-miżuri jikkontribwixxu għat- tisħiħ tal-ugwaljanza. Diversi miżuri favur il-familja huma disponibbli biex jipprovdu appoġġ lill-ġenituri li jaħdmu jew li jindukraw lill- familjari tagħhom. Dawn jinkludu l-leave tal-maternità għall-ommijiet, il-leave tat-twelid għall-missirijiet, u miżuri oħra, bħal-leave għall-ġenituri (parental leave), u l-leave għall- ġenituri prospettivi li qed jgħaddu mill-proċess tal- IVF. Dawn il-miżuri huma lkoll importanti għall-bilanċ bejn il- ħajja u x-xogħol, iżda l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal- Ugwaljanza (NCPE) tagħraf id-distinzjoni netta bejn il-leave tal- maternità u miżuri ġenerali oħra. Waqt li l-leave tal-maternità huwa leave speċjali maħsub biex jissalvagwardja s-saħħa u s-sigurtà ta' nisa tqal u tat- tarbija tagħhom, kif ukoll ta' ommijiet li għadhom qed ireddgħu, miżuri oħra jgħinu sabiex min jaħdem ikun jista' jqatta' iktar ħin mal-familja. Għaldaqstant m'għandu jsir ebda paragun bejn il-leave tal-maternità u miżuri oħra li joħolqu bilanċ bejn il-familja u x-xogħol. Tant li l-leave tal- maternità, li fl-aħħar snin żdied minn sittax għal 18-il ġimgħa, irid jittieħed bilfors fl-erba' ġimgħat immedjatament qabel id-data tat- twelid mistennija, u sitt ġimgħat immedjatament wara d-data tat-twelid, salv kwalunkwe ftehim ieħor bejn l-omm u min iħaddem. Il-kumplament tal-leave jista' jittieħed qabel jew wara dawn il-perjodi. Min-naħa l-oħra, il- leave tal-paternità huwa maħsub biex il-missirijiet ukoll igawdu l-ħin ma' wliedhom. Dan il-leave bi ħlas għall-missirijiet ivarja bejn ġurnata u ħamest ijiem, skont ir-regolamenti rispettivi li jirregolaw is- suq tax-xogħol. Fid-dawl ta' dan kollu, huwa importanti li jiġi nnotat li l-miżuri li jingħataw sabiex in-nisa jkollhom protezzjoni speċjali matul it-tqala jew wara t-twelid tat-tarbija tagħhom ma jikkostitwixxux diskriminazzjoni. Tant li dawn il-miżuri huma protetti mill-Att dwar l-Ugwaljanza għall-Irġiel u n- Nisa, u rikonoxxuti fi trattati u konvenzjonijiet internazzjonali. Waqt li tisħaq fuq l-importanza ta' dan kollu, il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal- Ugwaljanza (NCPE) tirrikonoxxi li t-tisħiħ tal-miżuri favur il-familja huwa importanti biex il- ġenituri kollha li jaħdmu jkunu jistgħu jipparteċipaw fir-responsabbiltajiet tal- familja. F'dan il-kuntest, ta' wara d-data tat-twelid, salv kwalunkwe ftehim ieħor bejn l-omm u min iħaddem. Il- kumplament tal-leave jista' jittieħed qabel jew wara dawn il-perjodi. Min-naħa l-oħra, il- leave tal-paternità huwa maħsub biex il-missirijiet ukoll igawdu l-ħin ma' wliedhom. Dan il-leave bi ħlas għall-missirijiet ivarja bejn ġurnata u ħamest ijiem, skont ir-regolamenti rispettivi li jirregolaw is- suq tax-xogħol. Fid-dawl ta' dan kollu, huwa importanti li jiġi nnotat li l-miżuri li jingħataw sabiex in-nisa jkollhom protezzjoni speċjali matul it-tqala jew wara t-twelid tat-tarbija tagħhom ma jikkostitwixxux diskriminazzjoni. Tant li dawn il-miżuri huma protetti mill-Att dwar l-Ugwaljanza għall-Irġiel u n- Nisa, u rikonoxxuti fi trattati u konvenzjonijiet internazzjonali. Waqt li tisħaq fuq l-importanza ta' dan kollu, il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal- Ugwaljanza (NCPE) tirrikonoxxi li t-tisħiħ tal-miżuri favur il-familja huwa importanti biex il- ġenituri kollha li jaħdmu jkunu jistgħu jipparteċipaw fir-responsabbiltajiet tal- familja. F'dan il-kuntest, ta' min issir referenza għall- proposta tal-Kummissjoni Ewropea li tinkludi diversi miżuri mmirati li jsaħħu l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja għal ġenituri jew dawk b'responsabbiltà li jindukraw il- familjari tagħhom. L-introduzzjoni ta' leave tal-paternità itwal u bi ħlas, flimkien ma' leave tal- ġenituri bi ħlas u mhux trasferibbli huma biss żewġ eżempji li huma maħsuba biex ikomplu jiffaċilitaw il-bilanċ bejn il-ħajja tax- xogħol u r-responsabbiltajiet tal-familja. Il-proposta tal- Kummissjoni Ewropea, li dwarha ntlaħaq qbil ta' approċċ ġenerali fil-Kunsill Ewropew, hija pass ieħor fl-implimentazzjoni tal- Pilastru Ewropew tad- Drittijiet Soċjali. L-għan ewlieni tal-proposta hu dak li jixpruna s-sehem tal-ġenituri jew dawk li jindukraw il-familjari tagħhom; b'mod partikolari l-ommijiet; fis-suq tax- xogħol. Dan permezz ta' miżuri favur il-familja li jkunu iktar relevanti għall- ħtiġijiet u r-realtajiet tal- lum. Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal- Ugwaljanza tagħraf li t-tisħiħ ta' dawn il- miżuri jkompli jsaħħaħ l-opportunitajiet għan- nisa u l-irġiel f 'ċirkostanzi differenti relatati mal-kura tal-familja f 'kuntest ta' ugwaljanza għall-ġid tas- soċjetà inġenerali.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 13.01.19