Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1072986
Sports 26 minn Cristian Antony Muscat CHANTAL Graziani - 'body-fitness model' ewlenija f 'pajjiżna u li kisbet suċċess kbir f 'dan l-isport wara esperjenza fil-ballet u l-għawm artistiku. F'dan l-artiklu, se nkunu qed insiru nafuha aħjar. "Minn dejjem kont involuta fl-isport. Ippruvajt kull tip ta' sport iżda meta kelli dawk it- tliet snin, iffukajt iktar fuq il-ballet u fuq kollox għawm artistiku. Fi ftit taż-żmien bdejt nikkompeti kontra għawwiema oħra mill- Ewropa kollha. B'xorti ħażina meta għalaqt 14-il sena kelli nieqaf minħabba li weġġajt fl-irkoppa. B'hekk bdejt nitħarreġ fil-gym minħabba li ridt nerġa' lura għal li kont malajr kemm jista' jkun. Bqajt nattendi dawn is-sessjonijiet ta' taħriġ u fis-sena 2013 bdejt niffoka iktar fuq is-saħħa u fuq kollox bdejt nerfa' xi piżijiet. Iż-żmien beda għaddej ġmielu tant li ddeċidejt li nitla' fuq il-palk għall- ewwel kompetizzjoni tiegħi tal-bikini. Kien avveniment prestiġġjuż u importanti dak li sar fl- Italja. B'sodisfazzjon ngħid li spiċċajt fit-tielet post ta' din il-kompetizzjoni. Fl-2016 ġejt lura Malta u ddeċidejt li nbiddel il-klassi li kont qed nikkompeti fiha tant li bdiet il-karriera tiegħi fil-Body Fitness. Waqt il-kampjonati nazzjonali tal-IFBB irnexxieli nikseb suċċess u nispiċċa bħala Bodyfitness National Overall. F'dan iż-żmien ġejt ukoll fit-tieni post fil-Malta Grand Prix u fl-ewwel post fil-mixed pairs flimkien mal-partner tiegħi. Xi tmiem il-ġimgħa dak! Niftakar li kont ferm motivata biex naħdem aktar u aktar. Fil-fatt ġimgħat wara ħadt sehem fl-ewwel kampjonat Ewropew tiegħi li kien sar fi Spanja. Irnexxieli niġi mal-ewwel 15 tal-kompetizzjoni li nista' nsejħilha li kienet ferm ħarxa. Fil-fatt kien hemm madwar 36 atleta li kollha kemm huma kellhom ħila kbira. Fl-istess ħin spiċċajna fir- raba' post bħala koppja. F'April 2017, irnexxieli nirbaħ għat-tieni darba l-kampjonati nazzjonali tal- IFBB u spiċċajt fir-raba' post ġurnata wara fl- ewwel edizzjoni tat-tazza Diamond li saret f 'pajjiżna. Din ukoll kienet kompetizzjoni prestiġġjuża li fiha jipparteċipaw atleti mill- Ewropa kollha. Imbagħad ħadt deċiżjoni li jekk jien ridt nagħmel pass 'il quddiem fil- karriera tiegħi, ridt nagħmel sena mistrieħa. Barra minn hekk, ridt intejjeb il-livell tiegħi f 'dawn it-12-il xahar. F'din is-sena li għamilt wieqfa ħadt ħseib ngħin u nħarreġ nies oħrajn. Bdejt ngħallem lil dawn l-atleti kif jippużaw u mitt elf ħaġ'oħra. F'Awwissu li għadda, erġajt tlajt fuq il-palk u kont backstage f 'Hard Crew, proġett innovattiv li ħloqna jien u l-partner tiegħi wara tliet snin involuti f 'dan l-isport. Tlajt fuq il-palk u rnexxieli nirbaħ l-avveniment imsejjaħ "The Battle." Ġejt magħżula bħala Overall Bodyfitness kif ukoll l-aqwa kowċ ta' dan l-avveniment. Kont sodisfatta li l-atleti kollha li kont qed immexxi rebħu xi ħaġa fil-kategorija tagħhom. Ġimagħtejn wara ġejt fit-tieni post tal-IFBB Tiger Classic fir- Rumanija. Eventwalment ħadt midalja oħra, dik tad-deheb, fil-Xi'An China Belt and Road IFBB World Fitness Competition. L-entużjażmu kiber wisq fija u komplejt nikseb aktar suċċessi fil- kompetizzjonijiet li ħadt sehem fihom. Fil-Fillandja ħadt sehem fin-Nordic Cup li saret fil-belt ta' Lahti u spiċċajt fir-raba' post. Finalment fl-aħħar kompetizzjoni li pparteċipajt matul din is-sena saret fil-Polonja fejn fil-kampjonati IFBB kont ma niflaħx u ferm għajjiena. Minkejja kollox spiċċajt mal- ewwel 15 għalkemm kont diżappuntata li kellu jaqbadni virus proprju f 'din il-ġurnata. M'hemmx x'tagħmel, huma affarijiet li jiġru!" illum Il-Ħadd 20 ta' Jannar 2019 Mill-ballet u l-għawm artistiku għal suċċess l-Body-Fitness kif jippużaw u mitt elf magħżula bħala Overall Bodyfitness kif ukoll Belt and Road IFBB World Fitness Competition. pparteċipajt matul din