Illum previous editions

Illum 20.01.19

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1072986

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

Sports 28 illum Il-Ħadd 20 ta' Jannar 2019 'Minn dejjem ridt nuri li mara m'għandha xejn inqas minn raġel' - Sarah Grech minn Cristian Antony Muscat Sarah Grech - plejer tal-ogħla livell fil-hockey f 'pajjiżna fejn għalkemm hija tilgħab ma' plejers irġiel u tagħmel dan b'suċċess. Tiddeskrivi l-hockey bħala prijorità f 'ħajjitha fejn flimkien mal-familja tagħha jokkupa parti ċentrali f 'ħajjitha. F'dan l-artiklu se nkunu qed insiru nafuha aħjar. "Bdejt nilgħab il-Hockey meta kelli 12-il sena. Kont nieħu pjaċir narah fuq it-televixin, u lanqas qatt ma bsart li jintlagħab ġewwa Malta hekk kif ħlief b'futbol ma tismax. Darba kont qiegħda nitkellem ma' tfajla, Maria Cutajar, u introduċietni għal dan l-isport tant sabiħ mat- tim tal- Floriana Young Stars. Fil-fatt sirna ħbieb kbar u nilagħbu l-hockey flimkien. Ma tajtx kas li jien u ħabibti konna l-uniċi nisa fit-tim, anzi minn ta' età żgħira ħadtha b'iżjed grinta u dedikazzjoni biex bħala plejer nittrenja u xi darba nilħaq il-livell tas-seniors. Għalkemm jiena mara, ir-rispett kbir li jġibu lejja l-plejers tat-tim u tal- klabb huwa inkreddibbli u tassew inħossni parti minnhom, qisna familja, fil-fatt inqishom bħala t-tieni familja tiegħi. Bdejt nilgħab mal-U12 imbagħad tlajt U14, u U18 kif ukoll nilgħab 9-a-side. Il-klabb tiegħi wrieni sapport kbir kemm bħala plejer femminili kif ukoll bħala persuna li kienet fi bżonn. Dawn ir-relazzjonijiet għenuni nsir plejer aħjar kif ukoll permezz ta' gwida u paċenzja minn bosta kowċis biex intejjeb il-ħiliet tiegħi kif ukoll in- nifs għall-ġiri. Bħalissa qiegħda nittrenja tliet darbiet fil-ġimgha mal-Under 18 kif ukoll mas-Seniors. Peressli bħalissa l-klabb tal-White Heart qegħdin b'nuqqas ta' plejers, flimkien mal-kowċ tal-under 18 u l-kowċ tas- seniors ħadna deċiżjoni li nissellef ma' dan il-klabb u b'hekk ikolli aktar ċans ta' logħob kif ukoll inġib l-esperjenza li nilgħab kontra l-kbar (seniors) f 'kampjonat uffiċjali. Dan se jgħinni wkoll nitjieb kemm mentalment kif ukoll fiżikament f 'dan l-isport. Sadanittant qiegħda nilgħab ma' FYS ukoll fin-9-aside kif ukoll fl-U18. Dan kollu qiegħed iseħħ permezz ta' kuraġġ kontiwnu li qiegħda nirċievi mingħand il-klabb ta' Floriana Young Stars. Għalija l-hockey huwa priorita' f 'ħajti,u Hu u familti jiġu l-ewwel. Jiena persuna li nħobb ħafna l-klabb u naħdem biex intejjeb il-kwalità, u l-l- organizzazzjoni tal-klabb, għalhekk nagħmel parti mill-kumitat. Għal ċertu żmien kont kowċ tal- Under 12 kif ukoll kont ninżel ngħin lill-'Junior coaches'. Iżda minħabba raġunijiet personali kelli nieqaf, però fi żmien qasir se nerġa' nibda ninżel ngħin u anke nkompli nikkowċja. Jiena persuna femminista u dejjem ridt nuri li mara m'għandha xejn inqas minn raġel. Fil-fatt fit- training sessions dejjem nagħti kemm nista', iżda fl-aħħar mill-aħħar l-ovvju kulħadd jafu u s-saħħa ta' mara hija differenti minn dik ta' raġel. Iżda din ma nħallihiex twaqqafni milli nkun l-aħjar plejer li nista' nkun u ma nużahiex bħala skuża għan-nuqqasijiet tiegħi li jkolli waqt li nkun qiegħda nilgħab. Minħabba n-nuqqas ta' nisa f 'dan l-isport ma tantx hemm opportunitijiet fejn jistgħu jinħolqu timijiet tan- nisa, iżda din ma ħallitx lilna n-nisa li nilagħbu dan l-isport, twaqqafna. Fil-fatt, kull plejer femminili tal-klabbs ingħaqadna u kkompetejna bħala tim nazzjonali tan-nisa kontra timijiet nazzjonali oħra fil- hockey 5's. Kienet waħda mill-isbaħ esperjenzi fil-karriera tiegħi tal-hockey. Ippruvajna nkomplu nittrenjaw b'dan it-tim iżda minħabba ħafna raġunijiet differenti, dan ma setax iseħħ. Iżda dan mhux se nħallih jaqtagħli qalbi. Għandi determinazjoni kbira biex intella' tim tan- nisa kemm taħt il-HAM (Hockey Association Malta) u kemm taħt l-isem tal-klabb tiegħi u ntihom opportunità, li jien kelli għal żmien qasir, li jilagħbu kontra nisa oħra. Għalkemm m'hijiex faċli, għandi qalb kbira biex naħdem għal dan, kif ukoll permezz ta' dan nippromwovi l-hockey li m'għandux biżżejjed dawl mixħut fuqu. Wara kollox din hija logħba wisq sabiħa għax fiha l-ħsieb u t-teknika. Ftit taż-żmien ilu għamilt l-'umpires' course' u bdejt nipprattika fil-logħob ukoll. Qiegħda nistinka biex mhux biss nitjieb bħala plejer imma anke bħala umpire biex inkun nista' noffri servizz lill-HAM u lil sħabi kif ukoll nitla' nirrefja barra minn Malta f 'kampjonati uffiċjali tal-EHF/FIH. Bħala plejer tal-hockey, l-akbar xewqa li għandi hija li l-hockey jsir magħruf minn kulħadd f 'Malta, speċjalment tfal bniet u subien, ġo skejjel li għadhom qegħdin jidħlu fid-dinja tal-isport. Hemm bżonn ta' aktar varjetà fl-isport li m'huwiex daqstant popolari f 'Malta." Unuri li rebħet Sarah Grech fil-Hockey: Under 12 (2012-2013) Best player Under 17 (2014-2015) Most improved player Under 17 (2015-2016) Most dedicated player Seniors: (2017-2018) Most dedicated member in the club xejn inqas minn raġel' - Sarah Grech l-esperjenza li nilgħab Minħabba n-nuqqas ta' Kienet waħda mill-isbaħ esperjenzi fil-karriera kif ukoll permezz ta' dan nippromwovi l-hockey li hija li l-hockey jsir magħruf minn kulħadd

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 20.01.19