Illum previous editions

Illum 20.01.19

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1072986

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

Sports 30 illum | Il-Ħadd 20 ta' Jannar 2019 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Jien minn Birkirkara allura nikkunsidra ruħi bħala Karkariż pur. Meta kont żgħir kont nilgħab mal- minors ta' Birkirkara. Fl-istess ħin kelli ħanut tal-laħam f 'Birkirkara stess. L-imħabba lejn il-futbol baqgħet hemm. Kien hemm barbier bl-isem ta' Michael li kien ressaqna lejn il-klabb li tant inħobb. Dħalt ngħin u kienet ix- xewqa tiegħi li nkompli għaddej f 'dan il-kumitat. X'differenza tara bejn li tkun plejer u li tkun president? Hemm differenza kbira. Fl-opinjoni tiegħi aħjar tilgħab milli tkun president. Meta int tokkupa din il- kariga hemm piż enormi fiha. Għandi mħabba kbira lejn il-klabb u forsi għalhekk dħalt għal din il-kariga li fl-aħħar mill-aħħar ma tħallilek l-ebda introjtu. Anzi tispiċċa toħroġ ammonti kbar ta' flus sabiex isostni dan il-klabb. Int negozjant ta' suċċess. Imma x'ġiegħlek tidħol fil-futbol meta taf li m'għandekx qligħ lura? Ifhem meta dħalt fil-kumitat ta' Birkirkara, ħajti nqalbet minn lejl għan-nhar. Minkejja kollox m'għandix ħsieb li nieqaf għax żgur li nsibha diffiċli. Meta tkun negozjant ta' suċċess dejjem tipprova temmen fik innifsek. Kważi kważi tibda mix-xejn imma mbagħad bil-mod il-mod tikber. Din hija t-tieni sena tiegħi bħala president. Mhux kuntent għalkollox b'dak li sar u għalhekk l-objettiv tiegħu hu li nitjiebu dejjem aktar. Int kont fl-ammistrazzjoni tal-klabb flimkien ma' Dr Adrian Delia. Kemm tgħallimt minnu? L-ewwel u qabel kollox għandi rispett lejn kull president li kien imexxi lil Birkirkara. Eżempju ta' dan l-eks president Joe Zammit huwa ħabib tiegħi. Niftakar li kont għadni kemm dħalt fil-kumitat meta hu kien imexxi lill-klabb. Dak iż-żmien konna ħadna l-FA Trophy. Jekk insemmi lil Dr Delia narah li huwa bniedem kapaċi u ma jaqtax qalbu. Kellna ħafna deċiżjonijiet x'nieħdu iżda għamilna dan dejjem għall-ġid tal-klabb. Huwa għalhekk li tista' tgħid li jien tgħallimt minn ħafna presidenti. Ix-xewqa tiegħi issa hi li timijiet Maltin jaslu li jkollhom livelli għolja bħal dawk ta' barra minn xtutna. Taraha bħala weġgħa ta' qalb meta ma tantx ikun hemm nies isegwu lill-klabb? Għaliex m'aħniex nattiraw biżżejjed spettaturi lejn l-istadia tagħna? Jien naħseb li l-grawnd ma tantx jgħin. Mhux kwistjoni ta' skużi għax ikun hemm il-logħob ta' barra minn Malta. Jien ftit ilħaqt il-logħob fl- istedjum tal-Gżira iżda meta mort stajt ninnota l-grawnd ippakkjat fejn kont tieħu pjaċir tara dawk in-nies. Illum il-ġurnata naħseb li għandna bżonn li naraw livell ta' futbol tajjeb għax b'hekk biss jiġu n-nies lejn il-grawnd. Bħala Birkirkara intom kellkom it-tlugħ u nżul tagħkom matul dan l-istaġun s'issa. Iżda x'taħseb li mar ħażin? Jien bħala president bdejt dan l-istaġun sa mill-bidu u għalhekk m'hemm l-ebda skużi. Jien lest li nerfa' r-responsabbiltà. Bħala bniedem involut fin-negozju, jien dejjem nara kif nista' nimxi 'l quddiem. L-istess bħala klabb. Jien xtaqt ċerti plejers iżda l-kowċ ġab oħrajn. Minn dawn ma ħadna l-ebda frott u ma tejjibniex il-livell tagħna. Nerġa' ngħid jien nerfa' kull responsabbiltà iżda fl-aħħar mill-aħħar permezz tan-nies ta' madwari bħala kumitat xogħolna dejjem immorru għall- aħjar. U hekk qed nagħmlu. Saħħaħna l-iskwadra permezz ta' akkwisti f 'waqthom u l-kontijiet ser inkunu qed nagħmluhom fl-aħħar ta' dan l-istaġun. X'ġara fil-konfront tal-kowċ Paul Zammit li bħalissa mhux qiegħed ikun preżenti fil-logħbiet u t-taħriġ tat-tim? Ħa nagħmilha ċara mal-ewwel. Jien m'għandi xejn kontra Paul Zammit. Kif dħalt bħala president kont nammirah bil-mod ta' kif jippjana għall-partiti. Minkejja kollox bħal kull partitarju tal-klabb ma konniex ferħanin bil-mod ta' kif kienu qed imorru l-affarijiet. Ħassejt li ma qbilniex fuq il-futbol għalkemm xorta għadu jgawdi rispett kbir mingħandi. Aħna qed niddiskutu u nittama li naslu fiż- żmien li ġej. Jien offrejtlu li naħdmu flimkien iżda s'issa ma wasalniex għal punt komuni. Madankollu, sakemm indum jien president, Paul Zammit jista' jinsa li xi darba għad ikun kowċ ta' Birkirkara. Min-naħa l-oħra intom ġibtu lil John Arne Riise. Din hija xi ħaġa kbira li rnexxielkom tagħmlu. Kif wasaltu għalih? Xi ħaġa li laqtitni f 'John Arne Riise kien li meta lagħab ma' xi tim dejjem kellu l-kuluri aħmar u isfar. Fil-fatt hu kien jilgħab ma' Roma u Liverpool. Nemmen li kieku lagħab bħala plejer, kien ikun tajjeb għal Malta. Kollox beda meta ħriġna nieklu flimkien. Huwa wera x-xewqa li jidħol fil- klabb tagħna u aħna lqajnieh bħala d-direttur sportiv. Ninsabu onorati li jifforma parti mit-tim tagħna għax nafu kemm għandu esperjenza kbira fil-qasam tal-futbol internazzjonali. Il- kuntatti kienu ilhom għaddejjin minn qabel is-sajf. Jien u Riise sirna ħbieb. Hu qalli li 'l quddiem jixtieq jikkowċja. Iżda nemmen li fiż-żmien li ġej hu ser itina dik ix-xi ħaġa 'l quddiem bħala livell. Kien hemm il-ħsieb li ġġibu lil Pietro Ghedin bħala kowċ. Huwa veru dan kollu? Jien u Pietro Ghedin ħbieb ħafna wkoll. Meta niltaqgħu dejjem nispiċċaw nitkellmu fuq il-futbol. Fl- aħħar mill-aħħar kelli nagħżel lil Riise li naf li ser jaqdina sew. Temmen li kieku Paul Zammit u John Arne Riise setgħu mexxew flimkien? Iva, nemmen li kienet tkun koppja tajba. Li kieku baxxa rasu kien ikollna kowċ u kollaboratur mill-aqwa. Jien ngħid li l-ikbar bniedem hu dak li jitgħallem u jaċċetta l-iżball. Għalkemm ma konniex naqblu jien u Paul dejjem konna naslu fi ftehim. Kienet tiswilu ta' ġid li jkollu preżenza bħal Riise. Minnu naqas mhux mill-kumitat. U nerġa' ngħidlek li bil-preżenza tiegħu dan l-eks plejers diġà biżżejjed. Niftakar meta konna ġibna lil Fabrizio Miccoli wkoll kellna akkwist ta' prestiġju. Imma allura int ser tibqa' tħallas lil Paul Zammit minħabba li għandu kuntratt magħkom? Iva, jien ma nsib l-ebda problema li nħallsu għas-sentejn u nofs li ġejjin. Fil-verità jista' jibqa' d-dar għax xorta ser nħallsuh. Intom impressjonajtu ferm f 'dan is-suq tat-trasferimenti meta ħadtu lil Failla, Jorginho u Bezzina fost l-oħrajn. Iva, jien ma naqtax qalbi u nemmen li nistgħu nirkupraw fil-kampjonat. Għandi kumitat li jaħdem bla waqfien. Kienet ix-xewqa tiegħi li nġib lil Jorginho, Failla u Bezzina. Dan tal- aħħar huwa Karkariż pur u jtini ċertu sens ta' sodisfazzjon li rġajt ġibt plejer tar-raħal hawnhekk. Jien nemmen li jekk nakkwista Maltin ta' kwalità dejjem aħjar milli mmorru għall- barranin. 'Sakemm indum jien president, Paul Zammit jista' Cristian Antony Muscat Frank Zarb - president ta' Birkirkara FC li tant jaħdem għall-akbar ġid ta' dan il-klabb. Jien m'għandi xejn kontra Paul Zammit. Kif dħalt bħala president kont nammirah bil-mod ta' kif jippjana għall-partiti. Minkejja kollox bħal kull partitarju tal-klabb ma konniex ferħanin bil- mod ta' kif kienu qed imorru l-affarijiet. Ħassejt li ma qbilniex fuq il-futbol għalkemm xorta għadu jgawdi rispett kbir mingħandi. Aħna qed niddiskutu u nittama li naslu fiż-żmien li ġej. Jien offrejtlu li naħdmu flimkien iżda s'issa ma wasalniex għal punt komuni. Ix-xewqa tiegħi hi li jkollna l-enclosure mimlija bil-partitarji ta' Birkirkara. Meta niftakar fil- mumenti tal-glorja li konna għaddejjin minnhom u nara l-grawnd ippakkjat kien jaqbadni l-bard. Madankollu nħeġġiġhom biex ma jaqtgħux qalbhom. Aħna mhux ser naqtgħu qalbna. Għandna bżonn lill-partitarji tagħna għax ġejjin logħbiet iebsin fit-tieni rawnd tal-kampjonat Premier.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 20.01.19