Illum previous editions

Illum 20.01.19

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1072986

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 20 ta' Jannar 2019 'Tar-restoranti ilhom biex iqaċċtuna minn hawn… kieku jistgħu anke fil-baħar jitfgħu l-imwejjed.' ISSIBT li għadda, f 'referendum lokali x-Xlukkajri vvutaw sabiex il-monti tal- Ħadd tal-istess lokalità jibda jżarma fit-tlieta ta' waranofsinhar. Fid-dawl ta' din id-deċiżjoni, l-ILLUM żaret ir-raħal pittoresk ta' Marsaxlokk bl-għan li titħaddet ma' diversi bejjiegħa tal-Monti dwar din id-deċiżjoni. 'Jekk inżarmaw aħna tal- monti u minflok joħorġu l-imwejjed tar-restoranti se niġu ċikku briku' Wieħed mill-bejjiegħa li tkellmu mal-ILLUM qal li għalkemm huwa normalment iżarma qabel is-2pm u għalhekk id- deċiżjoni tas-Sibt ma tantx se taffettwah, xorta waħda għandu riżervi kbar. "Jien sat-3pm inkun żarmajt. Noqgħod Marsaxlokk stess, sabiħ li hawnhekk ikun spazju miftuħ," saħaq dan il- bejjiegħ. Minkejja dan, hu qal li, "il-problema hi li jekk lilna se jġegħluna nżarmaw fit-3pm, imbagħad tar-restoranti se jimlew kulm'hawn bl-imwejjed u siġġijiet se niġu ċikku briku," irrimarka Josef. Staqsejt lill-bejjiegħ jekk din hix problema rikorrenti. Hu kien pront iwieġeb, "iva, ikollhom 10 imwejjed u jridu jdaħħlu d-doppju. Ġieli jitfgħu l-imwejjed sax-xifer ta' fejn l-baħar. Jiġi sajjied lanqas ikun jista' jtella' l-affarijiet tiegħu. Hawn bżonn ta' ħafna infurzar u regolamenti mhux abbandun totali," saħaq dan il-bejjiegħ. Żied jgħid li, "min iżomm id-dixxiplina jrid ikun sod u mhux jikkorrompi ruħu b'ħuta jew kafè." "B'din id-deċiżjoni Marsaxlokk spiċċa maqsum fi tlieta." Nikos, bejjiegħ ieħor li ilu għomru u żmienu jaħdem f 'dan il-monti sostna ma' din il-gazzetta li skontu, "din id-deċiżjoni ħolqot diviżjoni fir-raħal ta' Marsaxlokk." "Bil-vot tal-ġimgħa l-oħra, ir-raħal ta' Marsaxlokk spiċċa maqsum fi tlieta. Fuq naħa għandek tar-restoranti, fuq in-naħa l-oħra għandek ir-residenti u fl-aħħar nett għandek lilna tal-monti," spjega Nikos. Skontu, "kien żball kbir min-naħa tal-awtoritajiet ikkonċernati li għal ftit voti ħadu deċiżjoni li finalment se taffettwa l-għixien tan- nies. Kif jista' xi ħadd qatt jivvota fuq xi ħaġa li se taffettwa l-ħobża ta' kuljum ta' xi ħadd ieħor?" temm jistaqsi dan il-bejjiegħ. Fuq il-kwistjoni tar- restoranti, dan il-bejjiegħ stqarr li, "huwa veru li xi ftit minnhom iridu jqaċċtuna minn hawn u li kieku jistgħu anke fil-baħar jitfgħu l-imwejjed però minkejja dan ma tistax titfa' lil kulħadd fl-istess keffa," sostna Nikos. "Normalment inkunu lanqas għadna żarmajna u diġà jiġu biex jarmaw l-imwejjed." Bejjiegħ ieħor li tkellem mal-ILLUM kellu kummenti simili għall-bejjiegħa l-oħra li tkellmu magħna. "Bħala ħin ma tantx taffettwani għaliex l-affarijiet tiegħi nista' nerfagħhom u nipprova nbigħhom darb'oħra. Però min ibigħ il-ħut ovvjament li se taffettwahom peress li dak li jkollhom armat iridu jbigħuh," spjega dan il- bejjiegħ. Hu kompla għid li skontu, "ħafna kienu favur li l-monti jżarma fit-3 ta' waranofsinhar biex ikunu jistgħu joħorġu l-imwejjed u s-siġġijiet. Sikwit ikollna argumenti ma' tar-restoranti. Ġieli jagħlquk bl-imwejjed." Dan il-bejjiegħ żvela mal-ILLUM li huma bħala bejjiegħa kemm-il darba ppruvaw jindirizzaw din il- problema. "Konna qabbadna diversi avukati u periti li ħallasna minn butna stess sabiex naslu għal pjan aħjar. Darba minnhom għamilna pjanta sabiex inkunu nistgħu noqogħdu t-tnejn li aħna. L-imwejjed kienu ġejjin mal- bankina u aħna konna sejrin biswit iċ-ċinta tal-baħar. Ma kinetx għoġbithom għaliex 'ngħattu l-veduta.' Allura għamilnieha bil-kontra, però din ma għoġbithomx lanqas għax skonthom 'ma setgħux jaraw l-imwejjed u s-siġġijiet'," temm jirrakkonta dan il-bejjiegħ partikolari. 'Il-monti kien hawn qabel ir-restoranti' Bejjiegħ ieħor li sema' l-konverżazzjoni preċidenti u li dlonk qabeż jgħid li, "il-monti kien qabel ir- restoranti. Dawn kibru fil-popolarità għaliex in-nies kienu jżuru l-monti. Issa l-ironija li jridu jqaċċtuna minn hawn u jagħmlu l-imwejjed," saħaq dan il- bejjiegħ. Żied jgħid kif skontu, "in-nies jieħdu gost bih il-monti. Mhux biss it- turisti li huwa popolari ferm magħhom iżda anke l-Maltin. Ħafna minnhom jiġu hawn jieħdu belgħa kafè u jimlew il-ġurnata tagħhom." lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter egħ ieħor li sema' bejjiegħ.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 20.01.19