Illum previous editions

Illum 20.01.19

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1072986

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

9 Aħbarijiet Il-Ħadd 20 ta' Jannar 2019 | illum 'Niddeċiedu nerġgħux nagħmlu l-istess meta nkunu f 'sitwazzjoni oħra ta' salvataġġ' FIDDISKORS tiegħu, wara li ġiet fi tmiemha l-kwistjoni dwar l-immigranti abbord il- bastimenti ta' Sea-Watch, il-Prim Ministru Joseph Muscat wissa lill-għaqdiet non-governattivi biex dejjem jimxu mar-regoli u jobdu l-ordnijiet li jingħataw mill-awtoritajiet tal-pajjiż. Din il-ġimgħa l-ILLUM tkellmet ma' Giorgia Linardi, il- kelliema ta' Sea-Watch fl- Italja u staqsietha x'se tkun id-deċiżjoni tagħhom jekk xi darba fil-futur qarib jerġgħu jsibu ruħhom f 'sitwazzjoni simili bħal dik li fl-aħħar nett spiċċat biex iddominat l-aħbarijiet lokali. Hi ma tatx risposta konkreta iżda sostniet li, "jekk nerġgħu nsibu ruħna f 'sitwazzjoni simili bħal din se nkunu qegħdin nieħdu deċiżjoni dak il-ħin. Nittamaw li d-deċiżjonijiet tagħna ma jerġgħux jirriżultaw f 'proċeduri kriminali kontrina, kif diġà ġara fil-konfront tal- Kaptan Claus Peter Reisch u l-bastiment tagħna li spiċċa żgumbrat għal diversi xhur," spjegat il-kelliema ta' sea- watch. Claus-Peter Reisch qed ikun akkużat fil-Qorti ta' Malta b'reġistrazzjoni irregolari tal-bastiment, li permezz tiegħu kien salva 234 immigrant. Hi kompliet tgħid li fil-każ tal-immigranti li għall- ewwel ma tħallewx jidħlu Malta, "din ma kinetx operazzjoni ppjanata iżda sitwazzjoni ta' emerġenza fejn il-Kaptan tagħna talab li jistkenn fl-ibħra territorjali Maltin." 'Nif hmu l-pożizzjoni tal- Gvern Malti imma…' Meta sab ruħu affaċċjat bi pressjoni sabiex l-immigranti abbord il- bastimenti jidħlu Malta, Muscat kien qal li "mhux se jippermetti li Malta tispiċċa ċ-ċentru fil-Mediterran tal- immigranti li jkunu salvati mill-NGOs umanitarji u li l-ebda pajjiż ieħor ma jkun iridhom." Għalhekk din il- gazzetta staqsiet lil Linardi jekk taħsibx li l-pożizzjoni hix waħda ġustifikata. Linardi tirrispondi billi tgħid, "nifhmu l-pożizzjoni tal-Gvern Malti u nafu li Malta u l-Italja ma jistgħux jibqgħu jkunu responsabbli waħedhom mill-operazzjoni tas-salvataġġ fiċ-ċentru tal-Mediterran. Għalhekk qegħdin nisħqu fuq dan l-approċċ ta' responsabbiltà mill-pajjiżi kollha stati membri tal-UE." Minkejja din id- dikjarazzjoni, Linardi rrimarkat li, "hi tal-mistħija fuq livell umanitarju kif dawn in-nies tħallew għal ġranet sħaħ bejn sema u ilma. Dan huwa każ li m'għandu qatt jerġa' jirrepeti ruħu," saħqet il- kelliema ta' Sea-Watch. Linardi kompliet tgħid li "nittamaw li l-istati membri tal-UE jibdew jonoraw il- qbil li hemm u l-kelma li huma taw. Għandna bżonn metodoloġija strutturali fuq livell Ewropew. Il- kundizzjoni ta' żbarkament ta' dawn l-immigranti ħolqot preċident ikrah f 'dan il-każ." 'Kieku ma ntlaħaqx qbil kollox kien se jisfaxxa fix-xejn f 'temp ta' jumejn' Mal-ILLUM, il-kelliema ta' Sea-Watch żvelat ukoll is-sitwazzjoni abbord il- bastimenti tal-għaqda. "Is- sitwazzjoni kienet tal-biża'. Kien hemm frustrazzjoni kbira fuq il-vapur. Il-kaptan kien informani li jekk ma kienx se jintlaħaq ftehim kollox kien se jisfaxxa fix- xejn f 'temp ta' jumejn jew tlieta," sostniet Linardi. Hi tkompli tispjega kif, "kienet veru diffiċli sabiex nispjegaw lil dawn l-immigranti li l-Ewropa ma tridhomx ġewwa. Kien hemm ħafna li meta saru jafu li mhumiex se jitħallew jidħlu ġewwa Malta, bdew jirrifjutaw l-ikel u t-trattament mediku." Finalment, nhar id-9 ta' Jannar, il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li: il- Ġermanja, Franza, il- Portugall, l-Irlanda, ir- Rumanija, il-Lussemburgu, l-Olanda u l-Italja kollha qablu li jaċċettaw numru ta' immigranti. Min-numru kollu ta' immigranti li ġew salvati, fosthom 249 immigrant li ġew salvati mill-forzi tal-ordni Maltin f 'lejliet l-ewwel tas-sena, Malta ħadet 74 persuna. "Ħadna r-ruħ meta l-Prim Ministru Malti ħabbar id-deċiżjoni li dawn l-immigranti jitħallew jidħlu Malta. Il-voluntiera u l-membri kollha ta' Sea- Watch għamlu biċċa xogħol tajba ħafna," temmet tgħid il-Kelliema ta' Sea-Watch. Il-ġimgħa l-oħra pajjiżna ftit mill-immigranti li kienu bejn sema u ilma. Min faħħar din id- deċiżjoni u min ikkritikaha. L-ILLUM titkellem ma' Sea-Watch. X'se tagħmel din l-NGO meta jkun hemm dgħajsa oħra f 'nofs il-baħar? Giorgia Linardi twieġeb. lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 20.01.19